Għaliex in-nies jaraw il-pornografija?

Għaliex in-nies jaraw il-pornografija?

Il-pornografija huwa suġġett li jġib miegħu ċerti mistoqsijiet. F’dan l-artiklu se niddiskutu mistoqsijiet dwar il-pornografija, kif ukoll xi ideat żbaljati li hemm dwaru.

Għaliex in-nies jaraw il-pornografija?

Fl-Ungerija, tim ta’ psikoloġisti għamlu riċerka dwar l-użu problematiku tal-pornografija. Bħala parti minn din ir-riċerka, dan it-tim studja x’inhuma l-iktar raġunijiet komuni għaliex in-nies jaraw il-pornografija.

Il-maġġoranza tan-nies jaraw il-pornografija l-iktar għal pjaċir sesswali. Filwaqt li nies oħra jarawh għal kurżità sesswali, fantasija u esplorazzjoni sesswali.

Il-pornografija jikkawża aggressjoni sesswali?

Aggressjoni sesswali huwa meta persuna tinvolvi ruħha f’attività sesswali mingħajr il-kunsens tal-persuna l-oħra.

Il-mudell ta’ konfluwenza jgħidilna dwar it-tip ta’ riskji li hemm għal aggressjoni sesswali. Dawn huma (1) maskulinità ostili, (2) Is-sesswalità impersonali u (3) l-użu tal-pornografija.

Maskulinità ostili – dan ifisser meta persuna tkun ostili u ma jkollhiex stima lejn in-nisa. Dan huwa xi ħadd li għandu stima baxxa man-nisa u narċissist ukoll. Dan jobgħod in-nisa, b’hekk wieħed li għandu maskulinità ostili huwa misoġinu. Din it-tip ta’ persuna taqla’ gratifikazzjoni sesswali meta tiddomina u tikkontrolla mara.

Sesswalità impersonali – dan meta mara hija magħrufa bħala oġġett sesswali għall-unika raġuni biex tagħti sodisfazzjon sesswali lir-raġel.

Użu tal-pornografija – meta l-maskulinità ostili u s-sesswalità impersonali huma ikkumbinati. B’hekk il-pornografija tista’ tiġi interpretata bħala xi ħaġa li timbutta lil xi ħadd biex ikun aggressiv b’mod sesswali. Dan għaliex il-pornografija tista’ jkun mudell għalih ta’ kif ikun aggressiv sesswalment. Però dan jiddependi mit-tip ta’ persuna, kif ukoll it-tip ta’ pornografija li jaraw.

Ir-riċerka turi li ħafna nies li jaraw il-pornografija mhumiex aggressuri sesswali, dan l-istess bħall-vjolenza fil-video games, ħafna nies jisirqu il-karozzi ġo GTA, imma ftit nies li hemm li veru jisirqu karozzi fil-ħajja ta’ kuljum. L-użu tal-pornografija ma jikkawżax problemi mentali u lanqas li huma misoġni.

Il-moħħ jinbidel wara li tara l-pornografija?

Le. Il-moħħ jinbidel skont sitwazzjonijiet li tgħaddi minnhom. Però, jekk tara xi ħaġa li togħġbok għandha tendenza li tibqa’ fil moħħ, filwaqt li jekk tara xi ħaġa li ma togħġbokx ma terġax tirritorna għaliha, iżda tipprova tinsiha. Huwa magħruf li ħafna nies iqisu lilhom infushom bħala ‘porn addicts’. Self perceived problematic porn use (SPPPU) huwa meta individwu jirreferi għalih innifsu bħala dipendenti fuq il-pornografija, jiġifieri li wieħed ma jħossux li jista’ jiffunzjuna mingħajr l-użu tal-pornografija u li m’għandux kontroll fuq kemm-il darba jara l-pornografija.

Il-pornografija taffettwa kif tħares lejk innifsek??

Is-sess huwa ftit li xejn mitkellem f’ċerti familji fejn hemm ħafna riġidità u strettezza. B’hekk forsi jkun hemm nuqqas ta’ edukazzjoni sesswali. Ħafna drabi, iż-żgħażagħ jesperjenzaw mistħija u ħtija meta jesperjenzaw fantasija sesswali.

Tant hu hekk, li ħafna minn dawn is-self perceived problematic porn use, ikunu riżultat ta’ umilazzjoni. Is-self perceived problematic porn use hija dipendenza fejn ikun hemm kunflitt mal-valuri li huma mgħallmin mill-familja u l-kultura ta’ madwar il-persuna. Il-valuri li wieħed jassorbi minn madwaru huma s-sesswalità, ir-reliġjon, normi kulturali, aspettattivi mill-familja, taboos u l-użu tal-midja sesswali.

Dawn jinfluwenzaw il-mod ta’ kif wieħed jaħseb dwar; il-mod ‘tajjeb’ ta’ kif ikollok x’taqsam ma’ xi ħadd, kemm-il darba tagħmel masturbazzjoni, l-orjentazzjoni sesswali li hija aċċettata, fantasiji sesswali normali, it-tabù tal-masturbazzjoni (kif għal ċertu soċjetajiet huwa ikkunsidrat bħala dnub).

Sib aktar informazzjoni dwar il porn hawnhekk.

“Inħossni komdu bir-relazzjoni sesswali iżda m’iniex komdu nitkellem dwar affarijiet personali mal-partner”

“Inħossni komdu bir-relazzjoni sesswali iżda m’iniex komdu nitkellem dwar affarijiet personali mal-partner”

“Jien raġel ta’ 30 sena. Bħalissa qed noħroġ ma’ persuna u qiegħed għal qalbi. Inkunu intimi u nħossni komdu bir-relazzjoni sesswali iżda ma nħossnix komdu biżżejjed biex nitkellem dwar affarijiet personali żżejjed.”

L-intimità tista’ tiġi deskritta bħala konnessjoni bejn koppja. L-intimità hija importanti ħafna bejn il-koppji għaliex mingħajrha koppja ma jkollhomx sens ta’ sigurtà ma’ xulxin. Ħafna minna naħsbu li l-intimità hija biss intimità sesswali, imma dan mhuwiex il-każ. L-intimità romantika tinqasam fi 3 partijiet, l-intimità emozzjonali, l-intimità intellettwali u l-intimità sesswali.

Intimità Emozzjonali

Koppja li hija intima b’mod emozzjonali jkollha sigurta, imħabba u sapport. B’hekk persuna tħossha li hija l-verżjoni pura tagħha nnifisha mal-partner tagħha. Għalhekk il-koppja tħossha li hemm validazzjoni mingħand il-partner, u anka huma stess ikunu validati minn xulxin. Meta persuna tagħti valur għall-emozzjonijiet tiegħek, inti tħossok komda tiftaħ qalbek u titkellem fuq dak li tħoss. Filwaqt li koppji li ma jiftħux qalbhom ma’ xulxin għar-raġuni li l-persuna l-oħra ma tagħtix kas dak li tkun qed tgħid, jew twaqqagħha għaċ-ċajt, il-persuna tibni ħajt u ma tħosshiex sikura fir-relazzjoni, biex il-persuna tipproteġi lilha nnifisha milli tweġġa’ aktar.

L-intimità Intelletawali

Il-kelma intellett tfisser kif wieħed jirraġuna u jifhem affarijiet b’mod astratt u jifhem dak li ma jarax. Eżempju ta’ diskussjoni intellettwali huwa dwar il-futur tal-koppja, kif ukoll diskussjoni dwar esperjenzi diffiċli. Diskussjoni intellettwali tikkonsisti ż-żewġ persuni jitkellmu u jisimgħu lil xulxin, u mhux persuna waħda biss titkellem. Il-koppja jkollha attitudni u interessi simili ta’ xulxin, l-istess valuri dwar ir-relazzjoni u jkunu leali lejn xulxin. Dan ifisser li jkollhom l-istess idea ta’ x’jixtiequ mir-relazzjoni u jiftehmu fuq x’tip ta’ relazzjoni se ikollhom.

L-intimità Sesswali

L-intimità sesswali tikkonsisti bħala intimità fiżika u tibda minn attrazzjoni. Is-sess jipprovdi mod senswali kif koppja jkollha konnessjoni. Dan huwa meta koppja tħossha maħbuba u mixtieqa mill-persuna l-oħra. L-intimità pura tiġi minn kemm wieħed huwa l-verzjoni vera tiegħu innifsu u komdu li jkun vulnerabbli mal-maħbub tiegħu. Ċerti nies jużaw is-sess sabiex jaħarbu l-intimità, sabiex ma jitkellmux dwarhom infushom u ma jurux il-vulnerabbiltà mal-persuna oħra.

Kif nista nibni l intimità mal-partner tiegħi?

Hawnhekk se nispjega 4 punti li tista’ ssegwi sabiex tibni intimità mal-partner tiegħek.

Il-paċenzja. Għal wħud minnkom hija ovvja din, għaliex ma tkunx l-ewwel darba li l-partner ikun se jġennek! Biex wieħed ikun qiegħed f’relazzjoni intima hemm bżonn ħafna paċenzja għaliex se ssir taf affarijiet li mhumiex daqshekk sbieħ fuq il-maħbub/a tiegħek, dan huwa kollu parti mill-proċess.

Titkellimx fuq affarijiet kbar wisq fil-bidu, dan ma jfissirx li qatt ma titkellem fuq affarijiet koroh jew li trid iddur mal-lewża. Dan ifisser li meta ssir taf lil xi ħadd, tkellem fuq dak li tħossok komda titkellem dwaru, u tħossokx pressured biex titkellem fuq affarijiet li ma tridx titkellem fuqhom. Eventwalment, meta tħossok komdu ma’ persuna, issibha iktar faċli titkellem.

Tkellem fuqek innifsek u dwar il-bżonnijiet tiegħek bħala persuna. Huwa importanti li tikkomunika b’mod effiċjenti u tassumix li x-xewqat tiegħek huma ovvji għall-persuna l-oħra.

Irrispetta d-differenzi bejnek u bejn il-partner. Tinsiex li kulħadd trabba b’mod uniku, u li kulħadd għandu l-identità tiegħu. Intom tistgħu tħobbu lil xulxin, imma ma taqblux fuq kollox.

Fuq kollox, ir-rispett, il-komunikazzjoni u s-sapport huma essenzjali ghal relazzjoni intima u b’saħħitha.

Vaginismus – Komuni aktar milli taħseb! Imma x’inhu eżattament?

Vaginismus – Komuni aktar milli taħseb! Imma x’inhu eżattament?

Meta Amanda tiġi biex ikollha x’taqsam ma’ Mark, tibża’ li se tiddiżappuntah għax għal xi raġuni ma jistax jippenetraha. Bħal donnu hemm ħajt. Tħobbu. Tixtiequ. Però meta tiġi għal att sesswali, tingħalaq.

Dak li jista’ jkun qed jiġri lil Amanda jissejjaħ vaginismus. Vaginismus huwa uġigħ ġenitali li joħloq imblukkar għall-penetrazzjoni. Huwa disturb psikosesswali li huwa komuni f’ħafna nisa, għalkemm mhux spiss nisimgħu bih. Ħafna nies ma jafux dwar din il-kundizzjoni peress li mhux spiss tingħata attenzjoni u xi nisa li għandhom il-kundizzjoni jaf ma jsemmuhiex minħabba mistħija.

Il-vaginismus jiġi f’tipi differenti, skont is-sitwazzjoni u s-severità. Għalkemm mhux l-istess għal kulħadd, li jkollok vaginismus ifisser li mara tesperjenza diffikultà bil-penetrazzjoni vaġinali li tista’ tkun ta’ forom differenti, kemm jekk waqt is-sess, bl-użu ta’ tampuni, bl-użu tas-swaba’, jew anke waqt eżamijiet mediċi.

Situational Vaginismus huwa t-tip fejn iseħħu spażmi vaġinali skont dak li jkun qed jiddaħħal fil-vaġina. Mara tista’ ma tkunx tista’ tagħmel sess, iżda tkun kapaċi tuża tampon, pereżempju.

Spasmodic vaginismus huwa forma oħra li fiha l-persuna tħoss spażmu fil-vaġina anke meta tkun involuta f’attivitajiet li jistgħu jwasslu għal sess, bħal bews jew foreplay.

L-aktar forma severa ta’ vaginismus hija complete vaginismus, fejn mara ma tistax tiflaħ l-ebda forma ta’ penetrazzjoni ta’ kwalunkwe forma, u l-possibbiltà ta’ penetrazzjoni tqanqal il-biża’.

Fil-każ ta’ Amanda, meta l-koppja tipprova tagħmel is-sess, il-muskoli tal-vaġina awtomatikament jidħlu fi spażmu u jinġibdu. Dan il-proċess ħafna drabi jiżviluppa bħala mekkaniżmu ta’ difiża li l-ġisem juża biex jipproteġi lill-persuna minn uġigħ u skumdità antiċipati.

Jista’ jkun hemm varjetà ta’ kawżi psikoloġiċi li jistgħu jkunu kawżi għal din il-kundizzjoni, u li jikkawżaw il-biża’ u l-ansjetà li jistgħu jitqanqlu fl-istennija tal-penetrazzjoni.

Kwistjonijiet relatati ma’ trawmi tal-passat, bħall-istupru u l-abbuż sesswali fit-tfulija jistgħu jħallu biża’ persistenti fil-vittma, li jirriżultaw f’vaginismus li jiżviluppa maż-żmien bħala mekkaniżmu ta’ difiża. Kwistjonijiet oħra li jistgħu jkunu kawża għall-esperjenza ta’ dan id-disturb huma kwistjonijiet ta’ relazzjoni, ansjetà dwar is-sess, kunċetti żbaljati dwar il-vaġina u s-sess, biża’ ta’ tqala u twelid, u informazzjoni skorretta li s-sess huwa ta’ wġigħ, ħażin u tal-mistħija.

Jista’ jkun ukoll minħabba esperjenza sesswali ħażina fil-passat jew li temmen li l-vaġina tiegħek hija żgħira wisq. Il-vaginismus m’għandux jiġi konfuż ma’ kundizzjonijiet oħra li jistgħu jikkawżaw uġigħ simili fil-vaġina bħal Dyspareunia. Dyspareunia, għalkemm ikkaratterizzata wkoll minn sess bl-uġigħ, ħafna drabi hija rizultat għal kwistjonijiet fiżiċi li jistgħu jkunu preżenti fiżjoloġikament, bħal li jkollok ċisti, atrofija vaġinali jew mard infjammatorju pelviku.

Li jkollok dan id-disturb ma jfixkilx lill-mara milli titqanqal sesswalment b’modi oħra. Hemm metodi oħra ta’ pjaċir sesswali li jistgħu jitgawdew u li mhux neċessarjament jinvolvu penetrazzjoni tal-vaġina bħal stimulazzjoni klitorali, stimulazzjoni ta’ żoni eroġeni oħra, u sess anali. Mara bil-vaginismus għandha żżomm libido b’saħħitha, u xorta jirnexxilha tixxarrab meta tħossha imqanqla sesswalment.

Il-vaginismus normalment jiġi ttrattat b’taħlita ta’ terapija ma’ professjonist psikologiku fil-qasam tas-sess, kif ukoll sett ta’ eżerċizzji li għandhom jiġu pprattikati id-dar. L-eżerċizzji użati jgħinu lin-nisa biex jippenetraw u jġebbdu l-vaġina gradwalment, u bil-mod isiru komdi bil-penetrazzjoni bil-pass tagħhom stess. It-tekniki tar-rilassament u tan-nifs huma wkoll ipprattikati, u huma mħeġġa biex jintużaw flimkien meta jsiru l-eżerċizzji.

Dawn it-tekniki eventwalment se jkunu utli ħafna meta jiġi pprattikat l-att sesswali. It-terapija għall-vaginismus tgħin biex timmaniġġja u taħdem fuq il-biża’, ansjetà jew sentimenti negattivi li mara jista’ jkollha dwar il-penetrazzjoni. It-tkissir tal-ostakli mentali jgħin lill-persuna tibda tagħmel sens tal-kawża, u tgħinha tikseb aktar kontroll tas-sitwazzjoni. B’dan il-mod, kemm il-limitazzjonijiet fiżiċi tal-vaginismus, kif ukoll l-imblukkar psikoloġiku jistgħu jingħelbu.

Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

It-tifel tiegħi għandu diżabilità intellettwali – Kif se ngħidlu dwar  is-sess?

It-tifel tiegħi għandu diżabilità intellettwali – Kif se ngħidlu dwar is-sess?

Id-diżabilità hija iktar komuni milli naħsbu. Meta bniedem ikollu diżabilità jfisser li għandu indeboliment tal-ġisem jew tal moħħ. Bħala riżultat ta’ dan, il-bniedem jiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet f’ċerti aspetti ta’ ħajtu. Hemm tlett tipi differenti ta’ diżabilità fosthom diżabiltà fiżika, diżabiltà tat-tagħlim u diżabilità intellettwali.

Id-diżabilità fiżika, hija l-iktar waħda magħrufa għax din hija l-iktar waħda li tidher. Dan huwa meta l-bniedem għandu kundizzjoni fiżika li taffettwa l-mobilità, il-kapaċità fiżika u l-istamina.

Id-diżabilità tat-tagħlim huwa meta l-bniedem ikollu kundizzjoni newroloġika fejn ikollu nuqqas ta’ ftehim f’ħiliet akkademiċi. Dan jispikka fl-użu tal-lingwa u l-kitba.

Id-diżabilità intellettwali hija magħrufa bħala disturb fl-iżvilupp mentali tal-bniedem. Dan huwa n-nuqqas ta’ abilità li jkollu xi ħadd biex jitgħallem informazzjoni ġdida u kumplessa. Dan jaffettwa l-indipendenza tal-persuna għax għandu nuqqas ta’ tagħlim li jirrelata ma’ kif jiffunzjonaw soċjalment. Eżempju ta’ dan huwa l-awtiżmu. F’dan l-artiklu se niffukaw dwar dan it-tip ta’ diżabilità.

Gideb dwar is-sesswalità u d-diżabilità:

Ħafna nies jemmnu li n-nies b’diżabilità qishom tfal żgħar, li m’għandhomx l-istess bżonnijiet sesswali daqs nies abbli. Dan jissejjaħ infantilizzazzjoni u huwa meta nies b’diżabilità jitqiesu bħala tfal żgħar li m’għandhomx ħsibijiet u bżonnijiet sesswali. Dan xorta waħda huwa tabù sal-lum il-ġurnata.

Gidba oħra hija li n-nies b’diżabilità mhumiex attraenti. Din hija idea żbaljata, kulħadd huwa attraenti bil-modi individwali tiegħu. B’hekk kulħadd jattira lil xi ħadd.

Mhuwiex dejjem faċli li bħala ġenitur titkellem dwar is-sesswalità ma wliedek – teħel fuq x’se tgħid, u kif se tgħidu , u kif se jeħodha t-tifel jew it-tifla. Imma fl-istess ħin taf kemm huwa importanti li titkellem dwar is-sesswalità. Fil-punti li gejjin se nagħtik 10 pariri dwar kif inti tista’ titkellem dwar is-sess ma’ uliedek li għandhom diżabilità intellettwali

  • Uliedek għandhom ħsibijiet sesswali – huwa id-dmir tiegħek li tfehemhom dwar is-sess.
  • Wieġeb il-mistoqsijiet li għandhom – jekk ma tweġibhomx inti – probabbli se jfittxu risposti onlajn.
  • Hemm diversi riżorsi li jistgħu jgħinuk tfiehem is-sess lil uliedek, fosthom il-kotba. Fost il-kotba li jistgħu jgħinuk huma:

Sex, Puberty, and All That Stuff ta’ Bailey, J. and J. McCafferty.: A Guide to Growing Up.

What’s the Big Secret? Talking About Sex with Girls and Boys ta’ Brown, L.K. and M. Brown.

Asking About Sex and Growing Up: A Question-and-Answer Book for Kids ta’ Cole, J.

  • M’hemmx raġuni għalfejn għandek tistħi titkellem ma’ uliedek dwar is-sess. L-importanti huwa li titkellem b’mod li tħossok komdu bih u li ma ddurx mal-lewża. Ma jfissirx li għax uliedek għandhom diżabilità, m’għandekx titkellem magħhom dwar is-sess jew li hemm x’taħbi dwar dan is-suġġett. Huwa essenzjali li titkellem magħhom daqs li kieku huma abbli.
  • Importanti li tfehemhom dwar it-tipi differenti ta’ sess bħal sess ta’ bejn koppji mhux eterosesswali biss. B’hekk inti qiegħed turi lil uliedek li taċċetta liema sesswalità għandhom.
  • Spjegalhom dwar il-partijiet differenti tal-ġisem li għandhom in-nisa u l-irġiel.
  • Spjegalhom dwar il-masturbazzjoni u li huwa importanti li jekk isseħħ tkun xi ħaġa privata.
  • Tajjeb li tagħti spjegazzjoni wkoll ta’ x’inhu orgażmu. Dan huwa meta l-bniedem jkun eċitat b’mod sesswali (stimulates contractions) u dan jonvoli kontrazzjonijiet fil-ġenitali tagħhom waqt l-interkors.
  • Kellimhom dwar x’inhu kontraċezzjoni, kif għandu jintuża u għaliex huwa importanti.
  • Ibqa’ kalm. Dan l-artiklu ġie miktub sabiex inti ma tħossokx waħdek meta tiddiskuti s-sess ma’ uliedek. Jekk tirrikjedi iktar informazzjoni jew għajnuna tibżax titkellem ma’ xi ħadd professjonali.

“M’għandi lil ħadd f’Jum San Valentinu”

“M’għandi lil ħadd f’Jum San Valentinu”

Kemm nixtieq naqla’ bukkett fjuri sabiħ mingħand xi ħadd … imma spiċċajt waħdi … qed inħoss qalbi maqsuma speċjalment meta nara n-nies jinħabbu … u jiena qiegħda waħdi … x’nista’ nagħmel biex inħossni aħjar?

Se nibda dan l-artiklu billi nfakkrek li hemm aktar minn tip wieħed ta’ mħabba, mhux dak minn partner romantiku biss. B’kollox hemm seba’ tipi:

  • Eros – Din it-tip ta’ mħabba hija mħabba materjalistika u ta’ attrazzjoni fiżika.
  • Filja – L-imħabba Filja hija mħabba li tinstab fi ħbiberija sinċiera li element importanti huwa r-rispett.
  • Agape – Din hija l-imħabba bla kundizzjoni.
  • Storge – Dan jirreferi għall-imħabba li hemm bejn il-ġenituri u l-ulied.
  • Ludos – Dan jinstab bejn il-koppji, iżda ludos mhijex imħabba serja.
  • Pragma – Pragma jikkonsisti f’imħabba bejn koppja mingħajr attrazzjoni fiżika, hija bbażata fuq qbil fil-pjanijiet għall-futur.
  • Philautia – L-imħabba Philautia hija meta wieħed iħobb lilu nnifsu, fil-fatt dan imur id f’id mal-istima tal-persuna.

F’dan l-artiklu se niffukaw fuq il-Philautia, kif inti tista’ turi mħabba lilek nnifsek f’Jum San Valentinu.

Il-Philautia tikonsisti f’ dawn l-4 punti:

  • Għarfien dwarek innifsek – aħseb fuq kif il-ħsibijiet tiegħek jaffettwaw l-azzjonijiet tiegħek. X’inhuma l-emozzjonijiet tiegħek? X’taħseb li jġiegħlek taħseb b’dan il-mod? X’jagħmlek kuntenta? Tista’ taqsam dan kollu fuq djarju, hawnhekk tista’ tikteb il-ħsibijiet tiegħek u dan jista’ jkun ukoll mod kif tiżvoga.
  • L-għarfien tal-valur tiegħek – inti għandek il-potenzjal tagħmel dak li tixtieq qalbek. Minħabba esperjenzi li tkun għaddejt minnhom fil-passat mhux dejjem faċli li tagħraf il-valur tiegħek innifsek. Kulħadd għandu s-sabiħ tiegħu, int ukoll, anke jekk ma tarahx. Ħu l-opportunità u rrifletti fuq is-sabiħ tiegħek. Għandek is-saħħa, talenti u potenzjal.
  • Stima – dan jiġi mill-valur li inti tagħti lilek innifsek. Jekk inti tagħti valur għoli lilek innifsek u tirrealizza l-potenzjal tiegħek, se tara li jkollok stima għolja. L-istima hija wkoll dwar kemm inti kuntenta u komda b’ħajtek bħalissa. Ħaġa importanti li tiftakar hija li ma tikkumparax lilek nnifsek ma’ ħaddieħor. Jekk inti għandek ħolm differenti min-nies ta’ madwarek, jew it-triq li qbadt m’għandhiex x’taqsam ma’ dik li għandhom sħabek, inti m’għandek xejn nieqes minn ħaddieħor.
  • Kura personali – għandha iktar x’taqsam ma’ kif inti tieħu ħsieb lilek nnifsek fiżikament. Għandu x’jaqsam mal-ikel li tiekol, l-affarijiet li tieħu gost tagħmel, u t-tip ta’ ħbieb li għandek.

Hawnhekk nixtieqek tirrifletti fuq dawn il-mistoqsijiet:

  • X’qed tagħmel biex iżżomm lilek innifsek b’saħħtek?
  • X’tista’ tagħmel biex tieħu ħsieb lilek innifsek aħjar?

Nista’ nifhem li tħoss emozzjonijiet ta’ dwejjaq, jew anke ta’ firda. F’din il-ġurnata nħeġġek li tbiddel il-mentalità tiegħek dwar Jum San Valentinu. M’hemmx għalfejn ikun hemm ġurnata li fiha nuru mħabba lejn xulxin, iżda nistgħu nużaw dan il-jum biex niċċelebraw l-imħabba li għandna lejn ta’ madwarna. L-imħabba tiġi f’ħafna forom u ma tikkonsistix partner bilfors.

Enable Notifications OK No thanks