Il-kliem innifishom jirriflettu t-tifsira tagħhom. Iżda sa kemm għandha tibqa’ relevanti t-tifsira?
Wara l-kontroversja li qamet ilbieraħ hekk kif ġew żvelati konverżazzjonijiet personali bejn deputat u allegat kompliċi fl-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia, wieħed jista’ josserva reazzjonijiet kompletament differenti.
Kienu ħafna li kkritikaw bl-aħrax il-fatt li ġew ippubblikati minħabba li huma jsostnu li huma konverżazzjonijiet privati u għandha tiġi protetta l-ħajja personali tal-individwi.
Iżda sa kemm għandha tibqa’ privata l-ħajja personali ta’ individwu li l-kariga tiegħu ġġorr awtorità, irrelevanti huwiex politiku, pulizija, professur, qassis u oħrajn, jekk l-azzjonijiet tiegħu jkunu qed jiksru d-dmirijiet, l-obbligi u l-valuri tal-istess kariga?
Għandha tinżamm privata l-ħajja personali f’każijiet bħal dawn? Jew huwa dritt tal-poplu li jkun jaf x’qed jiġri fejn jidħlu azzjonijiet li se jaffettwaw il-mod ta’ kif qed jiġu mħarsa l-interessi tal-poplu u tal-pajjiż?
Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, it-tim ta’ Puttinu Cares sellem il-memorja tal-Konsulent Victor Calvagna hekk kif proprju llum jimmarka l-jum ta’ għeluq sninu.
I”Kieku llum qed niċċelebraw il-birthday tiegħek. Illum kieku xtrajnilek kejk. Illum kieku qed niddiskutu l-maratona tal-Ġimgħa l-Kbira. Illum kieku rajnik! Imma xejn ma nistgħu nagħmlu minn dan hlief nimmisjawk, inxerrdu xi demgħa, nidħku b’xi memorja ħelwa,” tgħid il-kitba.
Fl-istess kitba, it-tim ta’ Puttinu Cares qal li għalkemm ma jistax jagħti rigal lil Dr Victor Calvagna, l-isbaħ ħaġa li jista’ jagħmel hi li l-binja ta’ Londra tissemma proprju għalih. “Binja Victor Calvagna… Għalik għażiż li tant xtaqt tara dan il-proġett iseħħ, inti li tant kellek għal qalbek il-pazjent. Insellmulek Dr. Calvagna, żgur li ma nistgħu ninsewk QATT”
F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu l-memorja ta’ Dr Victor Calvagna.
Meta twieled, it-tobba qalu lill-familja tiegħu li jista’ jkun li ma jitkellem qatt.
Illum, mhux talli jitkellem, iżda huwa wieħed mill-istilel tal-film An Irish Goodbye, li għadu kemm rebaħ premju tal-Oscar.
Dan huwa l-attur James Martin, li għandu 31 sena u proprju f’għeluq sninu għex dan il-mument uniku fil-95 edizzjoni tal-Academy Awards.
James Martin żviluppa l-ħiliet tar-reċtar tiegħu wara li ngħaqad ma’ kumpanija teatrali f’Belfast, li twaqqfet madwar 20 sena ilu għal tfal li jkollhom aktar għajnuna biex jitgħallmu.
Huwa ħa sehem fil-film Ups and Downs u fis-sensiela televiżiva Marcella.
Iżda bla dubju, il-parti li ħaditu fuq livell ieħor ta’ reċtar kienet dik li interpreta fil-film li kiseb l-aktar popolarità s’issa, An Irish Goodbye.
B’direzzjoni u kitba ta’ Ross White u Tom Berkeley, il-film jirrakkonta l-istorja ta’ żewġt aħwa li jerġgħu jingħaqdu flimkien wara l-mewt ta’ ommhom.
Il-kummiedja sewda, ambjentata f’razzett rurali, għandha l-protagonisti ta’ Martin bħala Lorcan flimkien ma’ Seamus O’Hara li jinterpreta l-karattru ta’ ħuh il-kbir, Turlough.
James Martin, li jsostni li ma jħallix il-kundizzjoni tad-Down’s Syndrome żżommu lura, għandu ħafna sapport mill-familja u l-kollegi tax-xogħol tiegħu, kif ukoll tat-tfajla tiegħu Barbara Norris, li ilu 14-il sena f’relazzjoni magħha.
Fl-għeluq il-ħamsa u għoxrin anniversarju, il-grupp tad-drama ta’ San Sebastjan bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa San Sebastjan u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, se jtella’ d-Dramm tal-Passjoni bl-isem, ‘L-Akkuża’ fuq kitba ta’ Joanne Debrincat, taħt id-direzzjoni ta’ Shaun Formosa.
Għalkemm id-dramm huwa ambjentat u jlaqqana’ ma’ karattri fi żmien Ġesù Kristu, il-ġrajja tlaqqagħna ma’ diversi personaġġi fittizji, li permezz tal-immaġinazzjoni tal-awtriċi, tippreżentalna diversi esperjenzi u s-sitwazzjonijiet, li s-soċjetà tagħna tgħaddi minnhom ta’ kuljum, għalhekk nistgħu nirreletaw iżjed magħhom.
Ħagar. Mara tad-dar, tgħix ħajja komuni u kieku mhux għax għandha lil uliedha, monotona. Ftit kienu jafu bl-eżistenza ta’ Ħagar, ħlief dawk li kienu jgħixu madwarha. Iżda f’daqqa waħda sar jaf biha kulħadd.
“Mgħallem, qed taraha lil din il-mara? Ftit ilu nqabdet tiżni fil-fatt. Hawnhekk, hawn min qed jakkużaha għax raw b’għajnejhom stess. Għalkemm ir-raġel li miegħu nqabdet tidneb irnexxielu jaħrab, dawn huma lesti jixhdu li ma kienx żewġha!”
Spiċċat is-suġġett tal-ġurnata. Inqabdet f’adulterju. Kulħadd beda jipponta subgħajh lejha biex jakkużaha. Iżda l-ġrajja tagħha kienet differenti u għall-kuntrarju ta’ min kien jiġi akkużat bħalha, minflok ma sabet ruħha quddiem il-mexxejja ta’ ġensha, sabet ruħha quddiem Ġesù.
“Ma kontx hawn, kieku jien kont nitfagħlha l-ewwel ġebla. Beżgħu minn dellhom. Ħelsitha minn id il-ġustizzja iżda minn idi mhix se teħlisha!”
X’se jiġri wara li Ħagar tiġi meħlusa minn ħalq il-mewt? Se jerġa’ jigi kollox għan-normal? Żewġha Għażarija lest li jaħfrilha? Uliedhom se jispiċċaw imċaħħda mill-imħabba tal-ġenituri tagħhom?
Dan id-dramm se jkun qed jittella’ ġewwa t-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi, nhar it-Tnejn 3, it-Tlieta 4 u l-Erbgħa 5 ta’ April, fit-8:15 ta’ filgħaxija.
Għal aktar tagħrif u biex tixtri l-biljetti, tista’ tagħmel kuntatt mal-grupp tad-drama ta’ San Sebastjan permezz tal-paġna ta’ Facebook jew billi ċċempel fuq 79092963.
Illum huwa jum speċjali għall-atleta tant maħbub Jake Vella, għaliex huwa l-jum ta’ għeluq sninu.
Minkejja d-diversi sfidi li jiffaċċja, Jake ma jieqaf qatt ikun xempju ta’ ispirazzjoni għal kull wieħed u waħda minna.
Għalkemm se jqatta’ għeluq sninu l-isptar Mater Dei, fejn ilu rikoverat għal diversi ġimgħat, Jake jibqa’ jiffaċċja l-ħajja bi tbissima, determinazzjoni u mħabba, li jittrażmetti wkoll lil ħaddieħor.
F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, missieru Josie, awgura lil ibnu u stqarr li minkejja li mhuwiex l-isbaħ jum ta’ għeluq sninu minħabba li jinsab l-isptar, għalihom huwa jum speċjali li għadhom qed igawduh u jarawh sejjer għall-aħjar. “Bit-tbissima u d-determinazzjoni li għandek kapaċi tirbaħ kull battalja. Inħobbuk,” żied jgħid.
F’dan il-jum, Jake għażel li mill-kamra tal-isptar tiegħu jwassal messaġġ lis-segwaċi tiegħu biex iħeġġiġhom jingħaqdu ma’ Puttinu Cares fil-maratona li se ssir fil-Ġimgħa l-Kbira.
Min-naħa tiegħu t-tim ta’ Puttinu Cares wassal ukoll l-awguri tiegħu lil Jake. “Ħafna jgħidulek li int ta’ ispirazzjoni, imma għalina int aktar minn hekk. Għalina int leġġenda ħajja u timliena bil-kuraġġ, determinazzjoni u fuq kollox, bl-imħabba. Grazzi lill-ġenituri sbieħ tiegħek.”
F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Jake l-isbaħ xewqat għal-lum u kuljum.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.