Proprju lbieraħ Mandy Moore, attriċi mis-sensiela tant segwita ‘This is us’ ħabbret li saret omm għall-ewwel darba.
Mandy Moore, li twieldet fl-10 ta’ April tal-1984, hija kantawtriċi, u attriċi Amerikana, u miżżewġa lill-mużiċist Taylor Goldsmith. Kisbet suċċess kemm fil-karriera mużikali tagħha kif ukoll dik ta’ attriċi. Ħadet sehem f’bosta films, fosthom ‘A Walk To Remember’, film emozzjonali li jittratta storja sabiħa ta’ mħabba u li fih ukoll nisimgħu l-vuċi sabiħa ta’ Mandy Moore.
Fis-sena 2016, Mandy Moore bdiet bl-interpretazzjoni tagħha tal-karattru ta’ Rebecca Pearson fis-sensiela ‘This is us’. Għall-prestazzjoni tagħha hija ġiet innominata għall-Golden Globe Award għall-Best Supporting Actress u għall-Primetime Emmy Award għall-Outstanding Lead Actress f’sensiela tad-drama. Rebħet ukoll żewġ Screen Actors Guild Awards għall-Outstanding Performance minn Ensemble f’sensiela tad-drama.
Fl-2019, ingħatat ukoll stilla fil-Walk of Fame ta’ Hollywood.
Moore ħabbret it-twelid tat-tifel tagħha permezz ta’ post fuq Instagram fejn minbarra li tellgħet ritratt tat-tifel, August Harrison Goldsmith, hija qalet li wasal proprju fid-data preċiża. Żiedet tgħid ukoll li minkejja li kienu ippreparati għall-imħabba ġdida li se jkollhom għat-tifel tagħhom, hija ferm lil hinn minn dak kollu li qatt setgħu jimmaġinaw
Ftit jiem ilu l-Prinċep Philip, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta ta’ kważi 74 sena, iddaħħal l-isptar, irraporta l-Associated Press.
Il-Prinċep, fl-età ta’ 99 sena ddaħħal l-isptar King Edward VII f’Londra wara li beda jħossu ħażin. Buckingham Palace iddeskriva l-ammissjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni u rrakomandata mit-tabib personali tiegħu. Huwa mistenni jibqa’ l-isptar fil-jiem li ġejjin għall-osservazzjoni u mistrieħ.
Sors tal-palazz qal li l-ammissjoni ma kinitx waħda ta’ emerġenza u li daħal ġewwa l-isptar mingħajr għajnuna. Is-sors ikkonferma wkoll li mhemm xejn relatat mal-Covid-19 u r-Reġina bħalissa għadha fil-kastell ta’ Windsor.
Id-Duka ta’ Edinburgu rtira uffiċjalment mid-dmirijiet irjali fl-2017 u minn dakinhar rarament għamel apparenzi pubbliċi flimkien mar-Reġina u l-membri rjali l-oħra. Madanakollu, huwa deher fis-Sajf li għadda għat-tieġ tan-neputija tiegħu l-Prinċipessa Beatrice.
Nhar il-Ħadd li għadda, 14 ta’ Frar, proprju f’Jum San Valentinu, il-Prinċep Harry u Meghan Markle ħabbru li qed jistennew it-tieni wild tagħhom.
Din id-data hi waħda speċjali għall-familja Rjali, partikolarment għall-Prinċep Harry għaliex hija l-istess data li 37 ilu, il-Prinċipessa Diana kienet qasmet l-aħbar tat-tieni tqala tagħha.
Fi Frar tal-1984, il-Palazz ta’ Buckingham kien ħareġ dikjarazzjoni li l-Prinċipessa ta’ Wales kienet qed tistenna t-tieni tarbija.
Ftit xhur ilu, Meghan Markle qasmet l-esperjenza diffiċli li għaddew minnha f’Ġunju, minħabba korriment. Sorsi qrib tagħhom qalu li din it-telfa ressqithom eqreb xulxin f’ħafna modi, u minkejja li għadhom qed iġorru l-konsegwenzi tagħha, taw sapport kbir lil xulxin.
Il-koppja jinsabu eċċitati ħafna għat-tieni wild tagħhom tant li jqisuha bħala ħolma li ħa ssir realtà.
Minkejja d-diżgwid u l-kontroversji li nqalgħu wara li fil-bidu tas-sena li għaddiet Harry u Meghan telqu mill-irwoli tagħhom bħala membri tal-familja rjali, kelliem għall-palazz ta’ Buckingham qal li r-Reġina Eliżabetta, il-Prinċep Philip, il-Prinċep Charles u l-familja rjali kollha jinsabu kuntenti b’din l-aħbar u jawgurawlhom.
Madanakollu, is-sitwazzjoni bejn il-koppja u l-familja rjali kompliet tikkumplika ruħha f’dawn l-aħħar sigħat hekk kif ġie żvelat li Oprah Winfrey se tkun qed tintervista lil Harry u lil Meghan dwar l-esperjenzi tagħhom mal-familja rjali.
Fl-intervista esklussiva ta’ 90 minuta, li se tkun qed tixxandar fuq CBS fis-7 ta’ Marzu, mistennija jiġu żvelati dettalji dwar il-ħajja u l-esperjenzi personali tal-koppja. Minkejja li sors viċin tagħhom qal li huma m’għandhom l-ebda intenzjoni li jagħmlu ħsara lir-Reġina u l-familja rjali, xorta waħda żdiedet ċerta tensjoni għaliex qed jingħad li din l-intervista se tkun qed tiddetermina d-deċiżjoni tar-Reġina dwar jitneħħewx mill-patroċinji rjali li fadlilhom, inklużi t-tliet titli militari li tant huma għal qalb Harry.
Minbarra l-familjari, il-ħbieb tal-qalb u l-fans tiegħu, huma ħafna li esprimew in-niket tagħhom għall-mewt tal-attur Christopher Plummer, li miet nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar fl-eta ta’ 91 sena.
Plummer qed jiġi mfakkar ukoll minn bosta atturi sħabu, inkluża l-attriċi Julie Andrews, stilla oħra li ħadmet miegħu fil-film The Sound of Music, fl-1965.
“Id-dinja tilfet attur brillanti u jien tlift ħabib għażiż.” Qalet fi stqarrija lil NBC News. “Nibqa’ ngħożż il-memorji tax-xogħol tagħna flimkien, l-umoriżmu u l-gost kollu li qsamna matul is-snin. Qalbi u l-kondoljanzi jmorru għand il-mara sabiħa tiegħu Elaine, u bintu Amanda.
Filwaqt li l-karriera ta’ Christopher Plummer kienet waħda twila u b’arkata, b’interpretazzjonijiet impressjonanti kemm fuq il-palk kif ukoll fuq l-iskrin, huwa jibqa’ mfakkar l-aktar għall-parti li interpreta fil-film The Sound of Music, dik ta’ Captain Georg von Trapp, armel u missier ta’ sebat itfal, li jsir iħobb lil Maria, karattru interpretat minn Julie Andrews.
Fatt interessanti huwa li hu ma kienx daqshekk fan tal-film, madanakollu spiss kien ifaħħar lil Julie Andrews għas-sehem tagħha fis-suċċess ta’ dan il-proġett u kien isemmi wkoll li kienu ħbieb ħafna.
Uħud mill-atturi li għadhom ħajjin li interpretaw il-karattri tat-tfal fil-film, bħal Debbie Turner (Marta), Kym Karath (Gretl), Angela Cartwright (Brigitta) u Nicholas Hammond (Friedrich) ukoll qiegħdin itellgħu diversi posts fuq il-midja soċjali, b’ritratti u kummenti ta’ ammirazzjoni lejn Christopher Plummer u jesprimu n-niket tagħhom għall-mewt tiegħu.
Tħabbret il-mewt tal-attur Christopher Plummer fl-età ta’ 91 sena. Huwa miet fid-dar tiegħu stess ġewwa Connecticut, bil-mara tiegħu Elaine Taylor u l-akbar ħabib tiegħu maġenbu.
Christopher Plummer magħruf l-aktar għall-parti li interpretata ta’ Captain Georg von Trapp fil-film The Sound of Music, u aktar riċenti, proprju fl-2019, bħala Harlan Thrombey fil-film Knives Out.
“Chris kien raġel straordinarju li kien iħobb ħafna u jirrispetta l-professjoni tiegħu b’manjiera kbira tal-moda antika, umoriżmu li jn fuqu nnifsu u l-mużika tal-kliem. Kien Teżor Nazzjonali u kien jgħożż ħafna l-għeruq Kanadiżi tiegħu. Permezz tal-arti u l-umanità tiegħu, huwa mess il-qlub kollha tagħna u l-ħajja leġġendarja tiegħu tibqa’ għaddejja għall-ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin,” qal Lou Pitt, il-ħabib tiegħu u l-maniġer ta’ 46 sena, fi stqarrija.
Il-karriera ta’ suċċess tiegħu wasslitu sabiex jirbaħ l-Acadamy Award, żewġ Primetime Emmy Awards, żewġ Tony Awards, Golden Globe Award u Screen Actors Guild Award.
Ċertament li l-memorja ta’ dan l-attur ħa tibqa’ fil-qlub ta’ ħafna.
Kull sena, l-4 ta’ Frar huwa osservat bħala l-Jum Dinji tal-Kanċer sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer u titnaqqas l-istigma fuq din il-marda li hija t-tieni kawża ewlenija ta’ mwiet globalment.
Dan il-jum internazzjonali huwa inizjattiva ta’ għaqda globali immexxija mill-Union of International Cancer Control (UICC) u huwa maħsub biex jinkoraġġixxi l-prevenzjoni, id-dijanjosi u t-trattament tal-kanċer kmieni kemm jista’ jkun.
Il-Jum Dinji tal-Kanċer ġie stabbilit għall-ewwel darba fis-Summit Dinji tal-Kanċer kontra l-kanċer għall-Millenju l-Ġdid li sar f’Pariġi, fl-4 ta’ Frar, 2000.
Sa mill-bidu tiegħu, il-Jum Dinji tal-Kanċer ġie osservat billi jinżammu ċerti temi li jiggwidaw l-aġenda taċ-ċelebrazzjonijiet u l-kampanji. Fl-2019 ġiet introdotta t-tema ‘I am and I will’ u kellha titkompla sal-2021. Il-kampanja hija iffukata fuq il-komunità kollha kemm hi u l-azzjonijiet li kull individwu jista’ jieħu biex inaqqas l-impatt globali tal-kanċer.
Skont is-sit elettroniku tal-Jum Dinji tal-Kanċer, l-għan primarju huwa li tiffoka fuq azzjonijiet pożittivi sabiex tilħaq il-mira li tnaqqas in-numru ta’ mwiet prematuri minn kanċer u mard ieħor li ma jitteħidx b’1/3 sal-2030.
Nibqgħu nisħqu dejjem l-importanza li minbarra li nieħdu tagħna nfusna billi ngħixu stil ta’ ħajja kemm jista’ jkun sana, niċċekkjaw u neżaminaw ġisimna b’mod regolari ħalli f’każ li ninnutaw xi ħaġa li mhijiex tas-soltu nkunu nistgħu nieħdu azzjoni mill-ewwel.
Minkejja li l-kelma nnifisha ‘kanċer’ tqanqal ċerta diqa u biża’, tajjeb niftakru wkoll li għalkemm mhux dejjem, imma ħafna drabi l-possibilità ta’ tama tkun hemm ukoll, speċjalment meta jkun hemm dijanjosi fil-bidu tal-marda.
Il-kura mediċinali hija ħafna drabi neċessarja iżda daqstant ieħor huwa importanti li tieħu ħsieb is-saħħa fiżika u mentali tiegħek b’kull mod li tista’.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.