Nhar Il-Ħadd il-Papa Franġisku qal li l-Knisja Kattolika hija miftuħa għal kulħadd, inkluż għall-komunità gay, u li għandha d-dmir li takkumpanjahom fi triq personali ta’ spiritwalità iżda fil-qafas tar-regoli tagħha.
Il-Papa qal “Skont ir-regoli, ma jistgħux jieħdu sehem f’xi sagramenti pero’ dan ma jfissirx li l-Knisja hija magħluqa għalihom. Kull persuna tiltaqa’ ma’ Alla bil-mod tagħha ġewwa l-Knisja,”
Sa mill-bidu, il-Papa Franġisku ilu jipprova jagħmel il-Knisja aktar milqugħa u inqas tikkundanna, inkluż lill-membri tal-komunità LGBT.
Waqt konferenza oħra tal-aħbarijiet, b’referenza għaż-żgħażagħ, huwa qal: “Min fostna ma għamilx żball morali f’xi punt f’ħajjithom?”
Matul il-vjaġġ lejn il-Portugall, fejn kien sejjer għal avveniment, huwa qal li l-Knisja għandha spazju għal kulħadd, “inklużi dawk li jiżbaljaw, li jaqgħu jew jitħabtu”
Ilbieraħ filgħaxija mijiet iltaqgħu l-Belt Valletta biex jinawguraw il-memorja ta’ Jean Paul Sofia. In-nies jitolbu għall-inkwiżazzjoni maġisterjali wara t-telf ta’ ħajja fil-kostruzzjoni. Mijiet ta’ nies imxew għall-Kastilja jitolbu għall-ġustizzja.
“L-unika kulur huwa dak tal-imħabba” hekk qalet omm Jean Paul
Irriflettu fuqha. It-telf mhuwiex ta’ kulur! La huwa blu u lanqas huwa aħmar imma huwa ta’ kulur ta’ mħabba. Għalhekk din l-imħabba għandha twassal għall-ġustizzja!
Il-ħin kollu nittama li din hija biss ħolma kerha li ma nistax inqum minnha. Kif nista’ naċċetta l-fatt li ma nistgħux nitkellmu aktar? Li ma nistgħux nidħku u niċċajtaw flimkien? Min ser jifhimni bħalma kont tifhimni int?
Inti kellek tweġiba għal kollox. Tkun xi tkun is-sitwazzjoni dejjem kien jirnexxilek tfarraġni. Qatt ma fallejt, lanqas darba.
Ir-relazzjoni li kellna bejnietna kienet b’saħħitha wisq. Sa mindu kont għadni tifla żgħira dejjem iġġorrni miegħek, fejn kont tara lilek ħa ssib lili u fejn ikun hemm jien ser ikun hemm inti. Kemm għandna memorji flimkien għażiża tiegħi.
B’ħarsa waħda konna nifhmu lil xulxin. Kont tafni bl-amment u jien kont naf lilek. Ħadd ma jafni daqs kemm tafni int. Miegħi kont tikseb kull irwol. Kont iċċanfarni meta jkun hemm bżonn, kont insibek ta’ spalla meta kont inħossni imdejqa. Kont l-akbar ħabiba tiegħi u qatt ma naf li ddiżappuntajtni.
Kont mara intelliġenti, irnexxielek tegħleb kull sfida li kellek. Kont ta’ ispirazzjoni għal ħafna.
Ħallejtli ħafna valuri, għamilt impatt kbir f’ħajti, għallimtni ħafna, l-unika ħaġa li ma għallimtnix hija kif nista’ nkompli ngħix il-ħajja mingħajrek.
L- iktar artiklu diffiċli li qed niktbu. L-artiklu li qatt ma stennejna li ser niktbu. Kull mewt hija kerha, imma meta tolqot lil dawk qrib tiegħek, tkun l-aktar iebsa.
Sfortunatament, dalgħodu tħabbret il-mewt tal-editriċi u direttriċi ta’ dan is-sit, Roberta Magri. Roberta kellha biss 32 sena, 32 sena li fihom tat ħafna lis-soċjetà.
Mhux il-mument li nsemmu dak kollu li għamlet Roberta, imma żgur li ser tibqa’ mfakkra għal kemm kienet kuraġġuża. Kienet taffaċċja l-ħajja u tegħleb l-isfidi.
Strieħ fis-sliem Roberta. Minn hemm fuq ħu ħsiebna, speċjalment il-familjari u l-ħbieb kollha, nies li tant ħabbewk u ħabbejt.
L-aħħar tislima ser tkun nhar it-Tnejn fit 8:30am Fil-Knisja ta’ San Ġwann.
Aktar kmieni llum, Kyle Curmi, wieħed mill-kontestanti ta’ Love Island Malta spiċċa l-isptar wara li kien involut f’inċident bil-karozza.
Fi story fuq Instagram, huwa qal li mhuwiex se jtella’ aktar kontenut għal-lum iżda qasam mas-segwaċi tiegħu ritratti tal-ħabta, kif ukoll tiegħu qed jingħata l-kura l-isptar.
Kyle enfasizza li n-nies għandhom bżonn josservaw is-sinjali tat-traffiku.
Tifla ta’ 6 snin irnexxielha ssalva ħajjet ommha darbtejn permezz ta’ Alexa.
Emma Anderson, omm Skoċċiża minn Robroyston fi Glasgow, irċeviet trapjant tal-qalb u kellha 15-il sena meta ġiet iddijanjostikata b’kundizzjoni tal-qalb.
Minn età żgħira, bintha Darcey kienet taf li ommha kellha “barra f’qalbha” u li setgħet issejjaħ għall-għajnuna fuq Alexa
Fil-fatt, għamlet dan darbtejn meta ommha, ta’ 27 sena, ma kinitx tiflaħ.
L-omm issettjat l-Alexa biex meta t-tifla ssejjaħ għall-għajnuna, Alexa ċċempel lil omm Emma li tgħix kantuniera ‘l bogħod minnhom.
Ritratt: BBC
Waqt li kienet qed tirkupra l-isptar, Emma ħolqot filmat fuq TikTok b’ritratti li juru stadji differenti tal-vjaġġ tal-kundizzjoni tal-qalb tagħha, użat il-kanzunetta tal-istilla tal-kant Skoċċiż Tom Walker, The Best Is Yet To Come.
Tant kien kommoss bil-filmat tagħha li Tom Walker stedinha biex tmur Londra biex tidher f’filmat li fih kienu se jidhru nies li ispirawh.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.