Bil-filmat: Kyran jiltaqa’ mal-Papa Franġisku u jkantalu!

Bil-filmat: Kyran jiltaqa’ mal-Papa Franġisku u jkantalu!

Waħda mill-ħolm ta’ Kyran Bonello saret realtà hekk kif irnexxielu jiltaqa’ mal-Papa Franġisku u jkantalu.

F’filmat imtella’ fuq il-paġna ta’ Malta’s Got talent, juri l-mument emozzjonanti li Kyran kanta lill-Papa Franġisku verament mill-viċin tant li tah il-barka tiegħu wkoll.

Kyran, ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, tkellem diversi drabi dwar il-ħolma li minn dejjem kellu, dik li jiltaqa’ mal-Papa.

Il-binja f’Londra se tissemma għal Dr Victor Calvagna

Il-binja f’Londra se tissemma għal Dr Victor Calvagna

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, it-tim ta’ Puttinu Cares sellem il-memorja tal-Konsulent Victor Calvagna hekk kif proprju llum jimmarka l-jum ta’ għeluq sninu.

I”Kieku llum qed niċċelebraw il-birthday tiegħek. Illum kieku xtrajnilek kejk. Illum kieku qed niddiskutu l-maratona tal-Ġimgħa l-Kbira. Illum kieku rajnik! Imma xejn ma nistgħu nagħmlu minn dan hlief nimmisjawk, inxerrdu xi demgħa, nidħku b’xi memorja ħelwa,” tgħid il-kitba.

Fl-istess kitba, it-tim ta’ Puttinu Cares qal li għalkemm ma jistax jagħti rigal lil Dr Victor Calvagna, l-isbaħ ħaġa li jista’ jagħmel hi li l-binja ta’ Londra tissemma proprju għalih. “Binja Victor Calvagna… Għalik għażiż li tant xtaqt tara dan il-proġett iseħħ, inti li tant kellek għal qalbek il-pazjent. Insellmulek Dr. Calvagna, żgur li ma nistgħu ninsewk QATT”

F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu l-memorja ta’ Dr Victor Calvagna.

Mument uniku għall-attur James Martin hekk kif il-film li ħadem fih jirbaħ Oscar

Mument uniku għall-attur James Martin hekk kif il-film li ħadem fih jirbaħ Oscar

Meta twieled, it-tobba qalu lill-familja tiegħu li jista’ jkun li ma jitkellem qatt.

Illum, mhux talli jitkellem, iżda huwa wieħed mill-istilel tal-film An Irish Goodbye, li għadu kemm rebaħ premju tal-Oscar.

Dan huwa l-attur James Martin, li għandu 31 sena u proprju f’għeluq sninu għex dan il-mument uniku fil-95 edizzjoni tal-Academy Awards.

James Martin żviluppa l-ħiliet tar-reċtar tiegħu wara li ngħaqad ma’ kumpanija teatrali f’Belfast, li twaqqfet madwar 20 sena ilu għal tfal li jkollhom aktar għajnuna biex jitgħallmu.

Huwa ħa sehem fil-film Ups and Downs u fis-sensiela televiżiva Marcella.

Iżda bla dubju, il-parti li ħaditu fuq livell ieħor ta’ reċtar kienet dik li interpreta fil-film li kiseb l-aktar popolarità s’issa, An Irish Goodbye.

B’direzzjoni u kitba ta’ Ross White u Tom Berkeley, il-film jirrakkonta l-istorja ta’ żewġt aħwa li jerġgħu jingħaqdu flimkien wara l-mewt ta’ ommhom.

Il-kummiedja sewda, ambjentata f’razzett rurali, għandha l-protagonisti ta’ Martin bħala Lorcan flimkien ma’ Seamus O’Hara li jinterpreta l-karattru ta’ ħuh il-kbir, Turlough.

James Martin, li jsostni li ma jħallix il-kundizzjoni tad-Down’s Syndrome żżommu lura, għandu ħafna sapport mill-familja u l-kollegi tax-xogħol tiegħu, kif ukoll tat-tfajla tiegħu Barbara Norris, li ilu 14-il sena f’relazzjoni magħha.

Ritratt: Irish News

“Bit-tbissima u d-determinazzjoni li għandek kapaċi tirbaħ kull battalja”

“Bit-tbissima u d-determinazzjoni li għandek kapaċi tirbaħ kull battalja”

Illum huwa jum speċjali għall-atleta tant maħbub Jake Vella, għaliex huwa l-jum ta’ għeluq sninu.

Minkejja d-diversi sfidi li jiffaċċja, Jake ma jieqaf qatt ikun xempju ta’ ispirazzjoni għal kull wieħed u waħda minna.

Għalkemm se jqatta’ għeluq sninu l-isptar Mater Dei, fejn ilu rikoverat għal diversi ġimgħat, Jake jibqa’ jiffaċċja l-ħajja bi tbissima, determinazzjoni u mħabba, li jittrażmetti wkoll lil ħaddieħor.

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, missieru Josie, awgura lil ibnu u stqarr li minkejja li mhuwiex l-isbaħ jum ta’ għeluq sninu minħabba li jinsab l-isptar, għalihom huwa jum speċjali li għadhom qed igawduh u jarawh sejjer għall-aħjar. “Bit-tbissima u d-determinazzjoni li għandek kapaċi tirbaħ kull battalja. Inħobbuk,” żied jgħid.

F’dan il-jum, Jake għażel li mill-kamra tal-isptar tiegħu jwassal messaġġ lis-segwaċi tiegħu biex iħeġġiġhom jingħaqdu ma’ Puttinu Cares fil-maratona li se ssir fil-Ġimgħa l-Kbira.

Min-naħa tiegħu t-tim ta’ Puttinu Cares wassal ukoll l-awguri tiegħu lil Jake. “Ħafna jgħidulek li int ta’ ispirazzjoni, imma għalina int aktar minn hekk. Għalina int leġġenda ħajja u timliena bil-kuraġġ, determinazzjoni u fuq kollox, bl-imħabba. Grazzi lill-ġenituri sbieħ tiegħek.”

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Jake l-isbaħ xewqat għal-lum u kuljum.

Bil-filmat: Id-diffikultajiet ma jiddefinixxux il-ġmiel tal-persuna

Bil-filmat: Id-diffikultajiet ma jiddefinixxux il-ġmiel tal-persuna

Wara l-vidjow mużikali u l-kollezzjoni tal-ġojjellerija li tnedew matul il-ġimgħa li għaddiet, aktar kmieni llum, Claudia Faniello nediet it-tielet u l-aħħar parti tal-proġett Ġmielek. Dokumentarju li jkompli jibni fuq il-messaġġ qawwi tal-kanzunetta Ġmielek.

Dan id-dokumentarju jagħti ċans lil għadd ta’ persuni jitkellmu dwar l-esperjenza individwali tagħhom b’kundizzjoni jew b’diffikultà partikolari. Ifissru realtajiet li kultant ma jinftiehmux mill-bqija tal-pubbliku.

Fid-dokumentarju li jinkludi lil Claudia Faniello nnifisha, juru li l-personalità individwali tagħhom tmur lil hinn mill-kundizzjoni jew id-diffikultà tagħhom.

Dan huwa preċiżament il-messaġġ importanti li twassal il-kanzunetta li misset daqstant qlub u realtajiet. Il-proġett Ġmielek kien intiż biex ikompli jibni fuq il-ġid li għamlet il-kanzunetta. Fil-fatt filwaqt li nżamm l-użu tal-lingwa tas-sinjali, kemm il-kollezzjoni tal-ġojjellerija kif ukoll id-dokumentarju komplew jixħtu dawl fuq realtajiet differenti li jgħixu nies differenti fostna.

Claudia Faniello ddeskriviet id-dokumentarju bħala għeluq speċjali tal-Proġett Ġmielek għax tassew irnexxielu jitfa’ dawl fuq ġrajjiet u esperjenzi reali li jeżistu madwarna.

Hija esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-effett li ħallew it-tliet partijiet tal-Proġett Ġmielek li flimkien itambru l-messaġġ li l-arti għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd.

“Għadni kemm għext wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajti” – Bjorn

“Għadni kemm għext wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajti” – Bjorn

Ftit tal-ħin ilu, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn qasam mument speċjali mas-segwaċi tiegħu, hekk kif ħabbar li sar parrinu tat-tifla ta’ oħtu!

F’kitba li tella’ flimkien ma’ ritratt li juri dan il-mument tant speċjali għal Bjorn u l-familja tiegħu, Bjorn stqarr li feraħ ħafna xħin sar jaf li oħtu kienet qed tistenna tarbija. Fil-fatt, huwa ddeskriva t-twelid tan-neputija u l-filjozza tiegħu bħala miraklu.

Bjorn qal li l-isem li ta lit-tifla ta’ oħtu, huwa Maria. “B’hekk, bi pjaċir nippreżentalkom il-filjozza tiegħi Kate Maria. Inħobbok Kate, nittama li ngawdik u narak tikber,” żied jgħid Bjorn.

Enable Notifications OK No thanks