Il-ħin kollu nittama li din hija biss ħolma kerha li ma nistax inqum minnha. Kif nista’ naċċetta l-fatt li ma nistgħux nitkellmu aktar? Li ma nistgħux nidħku u niċċajtaw flimkien? Min ser jifhimni bħalma kont tifhimni int?
Inti kellek tweġiba għal kollox. Tkun xi tkun is-sitwazzjoni dejjem kien jirnexxilek tfarraġni. Qatt ma fallejt, lanqas darba.
Ir-relazzjoni li kellna bejnietna kienet b’saħħitha wisq. Sa mindu kont għadni tifla żgħira dejjem iġġorrni miegħek, fejn kont tara lilek ħa ssib lili u fejn ikun hemm jien ser ikun hemm inti. Kemm għandna memorji flimkien għażiża tiegħi.
B’ħarsa waħda konna nifhmu lil xulxin. Kont tafni bl-amment u jien kont naf lilek. Ħadd ma jafni daqs kemm tafni int. Miegħi kont tikseb kull irwol. Kont iċċanfarni meta jkun hemm bżonn, kont insibek ta’ spalla meta kont inħossni imdejqa. Kont l-akbar ħabiba tiegħi u qatt ma naf li ddiżappuntajtni.
Kont mara intelliġenti, irnexxielek tegħleb kull sfida li kellek. Kont ta’ ispirazzjoni għal ħafna.
Ħallejtli ħafna valuri, għamilt impatt kbir f’ħajti, għallimtni ħafna, l-unika ħaġa li ma għallimtnix hija kif nista’ nkompli ngħix il-ħajja mingħajrek.
Bejn l-14 u 16 ta’ Marzu tas-sena 2024, ser tittella’ ir-raba’ edizzjoni tal-festival Mużika Mużika, festival illi żgur se jpaxxina b’mużika u kanzunetti bil-lingwa sabiħa Maltija, simili ta’ kif rajna fit-tlett snin li għaddew.
Il-festival, organizzat minn Festivals Malta se jsir fl-MFCC Ta’ Qali. L-awturi, kompożituri u kantanti għandhom sa 17 t’Ottubru sabiex jissottomettu il-kanzunetta oriġinali tagħhom.
L-ewwl edizzjoni tal-festival (2021) kienet intrebħet mill-kantant Glen Vella, bil-kanzunetta popolari ” Ħarsa Biss”, fuq kliem ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Philip Vella. Is-sena ta’ wara, kien il-kantant Kurt Calleja li rebaħ dan il-festival bil-kanzunetta sabiħa ” Bla Tarf”, li kellha kliem tiegħu stess, fluq mużika tal-istess Kurt Calleja flimkien ma’ Peter Borg u Alessandro Spiteri Monsigneur.
L-awtur Joe Julian Farrugia u l-kompożitur Philip Vella rebħu l-fetsival għat tieni darba fl-2023, meta din id-darba kitbu l-kanzunetta rebbieħa ” Sabiħa”, kantata minn Gianluca Bezzina.
Nawguraw illi bħal ma rajna fl-episodji passati, fl-2024 nerġgħu nitpaxxew b’kanzunetti mill-isbaħ.
Aktar kmieni llum, Kyle Curmi, wieħed mill-kontestanti ta’ Love Island Malta spiċċa l-isptar wara li kien involut f’inċident bil-karozza.
Fi story fuq Instagram, huwa qal li mhuwiex se jtella’ aktar kontenut għal-lum iżda qasam mas-segwaċi tiegħu ritratti tal-ħabta, kif ukoll tiegħu qed jingħata l-kura l-isptar.
Kyle enfasizza li n-nies għandhom bżonn josservaw is-sinjali tat-traffiku.
Tħabbret il-mewt tal-attur popolari Ray Bone fl-età ta’ 66 sena.
Ray Bone ħa sehem f’diversi produzzjonijiet televiżivi Maltin, fosthom Deċeduti, Ipokriti, Santa Monika u Dun Benit.
F’Mejju li għadda kien sar appell għat-talb għall-attur fuq il-paġna tas-sensiela Nostalġija, li kienet l-aħħar produzzjoni li Ray Bone ħadem fiha bħala Dun Mundu.
Bosta atturi, produtturi, diretturi u kittieba fakkru l-memorji li għandhom ma’ Bone filwaqt li esprimew in-niket tagħhom għall-aħbar tal-mewt tiegħu fuq il-midja soċjali.
Insellmu l-memorja ta’ Ray Bone u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u dawk kollha qrib.
Għaddew 13 il-ġimgħa u Home Sweet Home wasal fil-finali!
Fi żmien 3 xhur biss, Ryan u Josmar flimkien ma’ tim professjonali rnexxielhom jirranġaw residenza minn ġebel u saqaf għal kompluta minn kollox!
Fi programm speċjali li ħejjew Ryan u Josmar, se naraw it-tibdil totali ta’ dan il-proġett.
“Żgur mhux forsi li kien vjaġġ b’ħafna ostakli però bl-għajnuna tat-tim professjonali kollu, it-telespettaturi se jkunu jistgħu jaraw trasformazzjoni mill-isbaħ fil-ġżira Għawdxija,” qalu Ryan u Josmar.
Waqt dan il-programm Ryan u Josmar se jlaqqgħu t-tim kollu ta’ HOME SWEET HOME sabiex flimkien jaraw ix-xogħol magħqud. Kulħadd kellu sehem importanti f’dan il-proġett imma tgħid se jaqblu bejniethom dwar it-trasformazzjoni finali?
Ingħaqdu ma’ Ryan u Josmar għat-trasformazzjoni finali tal-progett HOME SWEET HOME, fuq TVM, illum fil-17:30.
Il-komunità tal-arti Maltija xxukkjata hekk kif nhar il-Ħamis filgħaxija miet l-artist u mużiċista Andrew Schembri fl-età ta’ 29 sena.
Huwa miet f’inċident f’San Pawl il-Baħar.
Schembri kien magħruf partikolarment bħala l-kitarrist tal-grupp mużikali Brikkuni kif ukoll għall-kapaċità artistika tiegħu fl-installazzjoni tad-dawl.
Huwa ngħaqad mal-grupp mużikali Brikkuni fl-2018 u l-aħħar prestazzjoni pubblika li kellu mal-grupp saret għaxart ijiem ilu.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu l-memorja ta’ Andrew Schembri u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u dawk kollha qrib.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.