F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, Kyran Bonello, irringrazzja lil kull min kien hemm għalih u kien parti mill-mument li hu jirreferi għalih bħala “l-isbaħ mument li qatt kelli u li mhu ħa ninsa qatt.”
Kyran irringrazzja fost oħrajn lill-istilisti tal-ħwejjeġ, lill-għalliema tal-kant tiegħu, Gillian, lill-ballerini li kienu parti mill-prestazzjoni tiegħu fis-serata finali u lill-crew kollu ta’ Malta’s Got Talent.
Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li vvutawlu, iżda fuq kollox, lill-akbar persuni għeżież għalih, li għamlu sagrifiċċji u li kienu miegħu mill-bidu sal-aħħar.”
“Inħobbkom kollha. Grazzi kbira li ħafna li ma tispiċċa qatt,” ikkonkluda Kyran.
Kelb Portugiż ta’ 30 sena kiser ir-rekord u sar l-ixjeħ kelb li qatt għex fid-dinja. Skont il-Guinness World Records, il-kelb bl-isem ta’ Bobi, kiser rekord li dam seklu.
Bobi huwa ta’ razza pura bl-isem ta’ Rafeiro do Alentejo, razza li għandha medja ta’ għomor ta’ 12 sa 14-il sena.
L-ixjeħ kelb ta’ qabel kien Bluey tal-Awstralja, li miet fl-1939 fl-età ta’ 29 sena u ħames xhur.
Bobi, twieled fil-11 ta’ Mejju tal-1992, u jingħad li għalkemm għandu diffikultajiet biex jimxi u l-vista sejra lura, jinsab fi stat tajjeb għall-età tiegħu.
L-età tiegħu ġiet ivvalidata mid-database tal-pets tal-gvern Portugiż, li tieħu ħsiebha l-Unjoni Nazzjonali tal-Veterinarji, skont il-Guinness World Records.
Huwa għex ħajtu kollha mal-familja Costa fir-raħal ta’ Conqueiros, qrib il-kosta tal-punent tal-Portugall, wara li twieled ma’ tliet aħwa f’binja.
Leonel Costa, li dak iż-żmien kellu tmien snin, qal li l-ġenituri tiegħu kellhom wisq annimali u kellhom iraqqdu l-ġriewi l-oħra, iżda Bobi ħarab.
Leonel u ħutu żammew l-eżistenza tal-kelb mistura mill-ġenituri tagħhom sakemm eventwalment ġie skopert u sar parti mill-familja.
Costa qal li l-kelb jiekol l-istess ikel li jieklu huma, iżda qabel jitfgħu l-ikel fl-ilma biex jitneħħew ħafna mill-ħwawar li jkollu. “Bejn bott ikel tal-annimali jew biċċa laħam, Bobi ma jaħsibhiex darbtejn u jagħżel l-ikel tagħna.”
Minbarra li fl-2018 ddaħħal l-isptar wara li kien waqa’ minħabba diffikultà biex jieħu n-nifs, Costa qal li Bobi gawda ħajja relattivament mingħajr problemi u jemmen li s-sigriet huwa l-“ambjent kalm u paċifiku” li jjgħix fih.
It-titlu ta’ Bobi bħala l-ixjeħ kelb li qatt għex fid-dinja ġie ġimagħtejn biss wara li l-Guinness World Records semmiet kelb ieħor, Chihuahua, bl-isem ta’ Spike bħala l-ixjeħ kelb li għadu ħaj, li għandu 23 sena.
Minn dakinhar, ir-rekords ġew aġġornati mill-Guinness World Records, u tħabbar li Bobi huwa l-ixjeħ kelb li għadu ħaj, kif ukoll l-ixjeħ kelb li qatt għex.
“Inħossni tassew onorat li sirt parti minn lista’ ta’ Żabbarin li rċevew Ġieħ Ħaż-Żabbar,” żvela Keith Demicoli fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali tiegħu.
Dan l-unur jingħata mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar f’Jum Ħaż-Żabbar għal servizz distint lejn Ħaż-Żabbar.
Waqt li nirringrazzja ħafna lis-Sindku Jorge Grech u l-kunsilliera kollha għan-nominazzjoni u l-għoti ta’ dan l-unur tant prestiġjuż, inħoss li kienet il-komunità Żabbarija li kienet tassew ta’ ‘servizz distint’ lejja u lejn l-għaġna tal-karattru u l-personsalità tiegħi. L-impatt huwa inviżibbli imma enormi.
Keith stqarr li t-toroq u ż-Żabbarin kienu u għadhom l-aqwa “università ta’ ħajtu”.
Iż-Żabbarin ġewnini u qalbhom tajba. Jgħixu l-empatija u l-mogħdrija. Jien xhieda ħajja għax esperjenzajthom fl-aktar mumenti diffiċli tat-tfulija. Ħadt gost immens li rċevejt dan l-unur ma’ ħabib kbir tiegħi Raymond Nazia Gialanze li għalkemm m’għadux magħna, martu u wliedu jagħmlulu ġieħ kbir. Nifraħ ħafna lil dawk kollha li rċevew rikonoxximent.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Keith għal dan l-unur tant prestiġjuż.
L-attur magħruf l-aktar għal Klassi Għalina, Xylon Bristow żvela fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, li hu u l-maħbuba tiegħu Kylie Mizzi qed jistennew tarbija.
Huwa għamel dan proprju f’kitba ddedikata għal għeluq snin l-għarusa tiegħu.
Filwaqt li awguralha għal għel għeluq sninha, Xylon kiteb, “naf li se tkun omm mill-aqwa, u f’dan il-jum sabiħ ta’ ħajtek, nixtieqlek il-ferħ kollu tal-ħajja.”
Xylon u Kylie ilhom flimkien 10 snin.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Xylon u Kylie!
Il-kantant Aidan Cassar ħabbar fuq il-midja soċjali, li nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar, se jkun qed iniedi Reġina, il-kanzunetta li biha kien qed jipparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest.
Dan se jaħbat l-għada tal-finali tal-Malta Eurovision Song Contest.
Ilbieraħ, fl-ewwel kitba pubblika tiegħu minn wara l-iskwalifikazzjoni, Aidan spjega li mhuwiex se jkun qed jipproċedi legalment minħabba li hu qal, li jkollu jwaqqaf il-festival milli jsir. Huwa sostna li ma jridx jagħmel dan b’rispett ta’ sħabu l-kantanti u l-fans tal-Eurovision.
Kulħadd għandu dritt li jsib l-għajnuna meta jiddeċiedi li jrid ibiddel l-istil ta’ ħajja tiegħu, jew jieħu ħsieb aktar tiegħu nnifsu.
Kartieri Boxing Club joffri din l-għajnuna permezz ta’ sessjonijiet b’xejn tal-boxing u fitness.
Kurt Muscat, li l-boxing huwa parti kbira minn ħajtu u li jmexxi dan il-klabb, beda din l-inizjattiva mill-isbaħ għaliex ried li dak li tgħallem hu jaqsmu ma’ ħaddieħor u jagħmel differenza.
L-għan tiegħu huwa li permezz ta’ dawn is-sessjonijiet jgħin partikolarment lit-tfal u ż-żgħażagħ u jżommhom ‘il bogħod minn vizzji ħżiena li bihom jistgħu jipperikolaw ħajjithom.
F’dan il-klabb jattendu diversi persuni li jkollhom mhux biss xi kundizzjonijiet fiżiċi iżda anki psikoloġiċi. Mhux biss tfal u żgħażagħ imma anki adulti.
F’kuntatt li għamilna ma’ Kurt qalilna li x-xewqa tiegħu hija li jsibu aktar negozji li jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dan il-klabb biex b’hekk ikunu jistgħu jagħtu aktar għajnuna lil ħafna nies oħrajn.
Żied jgħid li jixtieq li jkun hawn aktar nies li jagħtu ftit mill-ħin tagħhom lill-komunità u joħolqu inizjattivi bħal dawn. “Inżommu lit-tfal tagħna f’saħħithom u sportivi u fl-istess ħin inżommuhom ‘il bogħod mill-vizzji ħżiena li hawn madwarna.”
Kull min jixtieq jattendi jista’ jagħmel kuntatt mal-Kartieri Boxing Club minn hawn.
skoperta.net iħeġġeġ aktar individwi jintroduċu inizjattivi bħal dawn li ċertament jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja ta’ ħafna nies.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.