Kelb Portugiż ta’ 30 sena kiser ir-rekord u sar l-ixjeħ kelb li qatt għex fid-dinja. Skont il-Guinness World Records, il-kelb bl-isem ta’ Bobi, kiser rekord li dam seklu.
Bobi huwa ta’ razza pura bl-isem ta’ Rafeiro do Alentejo, razza li għandha medja ta’ għomor ta’ 12 sa 14-il sena.
L-ixjeħ kelb ta’ qabel kien Bluey tal-Awstralja, li miet fl-1939 fl-età ta’ 29 sena u ħames xhur.
Bobi, twieled fil-11 ta’ Mejju tal-1992, u jingħad li għalkemm għandu diffikultajiet biex jimxi u l-vista sejra lura, jinsab fi stat tajjeb għall-età tiegħu.
L-età tiegħu ġiet ivvalidata mid-database tal-pets tal-gvern Portugiż, li tieħu ħsiebha l-Unjoni Nazzjonali tal-Veterinarji, skont il-Guinness World Records.
Huwa għex ħajtu kollha mal-familja Costa fir-raħal ta’ Conqueiros, qrib il-kosta tal-punent tal-Portugall, wara li twieled ma’ tliet aħwa f’binja.
Leonel Costa, li dak iż-żmien kellu tmien snin, qal li l-ġenituri tiegħu kellhom wisq annimali u kellhom iraqqdu l-ġriewi l-oħra, iżda Bobi ħarab.
Leonel u ħutu żammew l-eżistenza tal-kelb mistura mill-ġenituri tagħhom sakemm eventwalment ġie skopert u sar parti mill-familja.
Costa qal li l-kelb jiekol l-istess ikel li jieklu huma, iżda qabel jitfgħu l-ikel fl-ilma biex jitneħħew ħafna mill-ħwawar li jkollu. “Bejn bott ikel tal-annimali jew biċċa laħam, Bobi ma jaħsibhiex darbtejn u jagħżel l-ikel tagħna.”
Minbarra li fl-2018 ddaħħal l-isptar wara li kien waqa’ minħabba diffikultà biex jieħu n-nifs, Costa qal li Bobi gawda ħajja relattivament mingħajr problemi u jemmen li s-sigriet huwa l-“ambjent kalm u paċifiku” li jjgħix fih.
It-titlu ta’ Bobi bħala l-ixjeħ kelb li qatt għex fid-dinja ġie ġimagħtejn biss wara li l-Guinness World Records semmiet kelb ieħor, Chihuahua, bl-isem ta’ Spike bħala l-ixjeħ kelb li għadu ħaj, li għandu 23 sena.
Minn dakinhar, ir-rekords ġew aġġornati mill-Guinness World Records, u tħabbar li Bobi huwa l-ixjeħ kelb li għadu ħaj, kif ukoll l-ixjeħ kelb li qatt għex.
Huwa mifhum li l-inċident li seħħ ilbieraħ, li ħalla edukatur b’idu miksura, seħħ fir-Resource Centre ta’ Sannat, u li l-istudent involut għandu diffikultajiet partikolari.
Skont rapport minn TVMNews, l-istudent għandu 16-il sena, u l-edukatur huwa l-Assistent Kap tal-iskola.
Aktar kmieni llum l-MUT ltaqgħet b’urġenza mal-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex jiġi diskuss il-każ.
Il-laqgħa saret bejn uffiċjali tal-MUT, il-Ministru tal-Edukazzjoni, is-Segretarju Permanenti u uffiċjali oħra tal-Ministeru.
Fi stqarrija, l-MUT qalet li l-Ministeru informa lill-MUT li qiegħed iwaqqaf kumitat biex jistabilixxi l-fatti b’rabta ta’ dan il-każ. L-MUT insistiet li l-Ministeru jagħti s-sapport kollu lill-edukatur li safa’ vittma ta’ dan il-każ, u kif ukoll lill-edukaturi kollha fl-iskola.
L-MUT pproponiet li jitwaqqaf review board sabiex janalizza s-sitwazzjonijiet diffiċli li qed jaffaċċjaw l-edukaturi fiċ-ċentri tar-riżorsi kollha.
“Dan għandu jwassal għal rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb is-sitwazzjoni. Il-Ministeru aċċetta din it-talba u l-bord se jkollu wkoll rappreżentant mill-MUT,” żiedet tgħid l-istqarrija.
L-MUT qalet li se tibqa’ ssegwi u tagħti s-sapport tagħha fejn hemm bżonn.
Aktar kmieni:
Ilbieraħ 31 ta’ Jannar, edukatur spiċċa b’idu miksura wara li ġie aggredit minn student fi skola f’Għawdex.
Fi stqarrija, l-MUT qalet li l-edukatur safa aggredit minn student u b’konsegwenza t’hekk ġarrab ksur f’idu li, qalet, li jista’ jwassal għal diżabilità permanenti.
L-MUT qalet ukoll li l-union qiegħda f’kuntatt mal-edukatur ikkonċernat, mal-iskola, u qed tattendi laqgħa mal-Ministeru, li ntalbet b’urġenza mill-union, sabiex tiddiskuti s-sitwazzjoni. Il-każ ġie rrapurtat ukoll, u qiegħed jiġi segwit, mill-Pulizija.
Filwaqt li kkundannat bla riservi kull każ ta’ aggressjoni, l-MUT qalet li se tkompli tirraporta, issegwi każijiet ta’ aggressjoni fuq edukaturi u tagħti sapport lill-edukaturi li jiġu bżonn l-għajnuna.
Saħqet ukoll sabiex ikun hemm struttura ta’ sapport adegwat fl-iskejjel sabiex dawn il-każijiet ma jseħħux.
Il-Malta Football Association ħabbret li fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità, m’aċċettatx ir-reġistrazzjoni ta’ Joseph Portelli bħala plejer ma’ Ħamrun Spartans
Din id-deċiżjoni kienet ikkonfermata mill-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association hekk kif illum iltaqa’ biex jiddiskuti t-talba ta’ Ħamrun Spartans li jirreġistraw lil Joseph Portelli bħala plejer wara li rriżenja minn president tal-klabb.
L-attriċi Amerikana Annie Wersching, magħrufa l-aktar għar-rwoli tagħha fis-sensiliet televiżivi 24, Bosch u Timeless mietet waqt li kienet qed tiffaċċja battalja tal-kanċer, fl-età ta’ 45.
Wersching kompliet bil-ħidma tagħha bħala attriċi anke wara d-dijanjosi tagħha fl-2020, bi rwoli prominenti fi Star Trek: Picard fit-tieni staġun u The Rookie. Hija għamlet ukoll il-vuċi ta’ Tess fil-video game popolari The Last Of Us, li ġiet adattata f’serje televiżiva minn HBO.
Wersching twieldet u trabbiet f’San Louis. L-ewwel rwol ewlieni tagħha kien bħala Amelia Joffe fuq General Hospital. Hija kompliet tieħu sehem bħala Renee Walker fis-7 u t-8 staġun ta’ 24.
Wersching ħadmet ukoll f’The Vampire Diaries, Runaways, Charmed, Frasier, Extant, Timeless, Bosch u The Rookie.
Wieħed mir-rwoli finali tagħha kien fit-tieni staġun ta’ Star Trek: Picard eżattament għoxrin sena wara li għamlet id-debutt tagħha f’episodju ta’ Star Trek: Enterprise.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ngħatat il-premju “Il-Mara tas-Sena” waqt ir-raba’ edizzjoni tal-Konferenza Women in a Legal World fi Spanja.
Il-premju ġie ppreżentat lil Metsola mill-Ministru tal-Ekonomija ta’ Spanja Nadia Calviño.
Metsola ngħatat il-premju għall-ħidma tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew, partikolarment fuq l-azzjonijiet tagħha b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna, għall-impenn tagħha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u tiddefendi b’mod qawwi l-valuri tal-UE.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li tħossha profondament onorata li ngħatat dan il-premju u tħossha kommossa bir-rispons tal-pubbliku.
Hija rringrazzjat lill-organizzazzjoni Women in a Legal World għal dak kollu li tagħmel biex tappoġġja u tinkoraġġixxi lin-nisa.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet ukoll li tħossha grata lejn dawk in-nisa li ġew qabilna, li tant ġarrbu u fetħu l-bieb għall-ġenerazzjoni tagħna. “issa, l-isfida tagħna hija li nagħmluha aktar faċli għal dawk li jiġu warajna.”
Il-Grupp tar-Riċerka u Monitoraġġ Sismiku mill-Università ta’ Malta rrapporta li dalgħodu nħasset theżżiża oħra għall-ħabta tat-07:54 b’qawwa ta’ 4.1.
Irrapporta wkoll li huwa mistenni li jinħassu aktar theżżiżiet f’pajjiżna fil-jiem, u anki jistgħu jkunu ġimgħat, li ġejjin.
Madankollu, kelliem għall-Grupp tar-Riċerka u Monitoraġġ Sismiku qal li mhux mistenni li bħala qawwa tkun aktar minn dak li diġà ġie rreġistrat.
Huwa qal li l-monitoraġġ isir b’mod kontinwu biex f’każ ta’ allarm, ikunu jistgħu jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-protezzjoni ċivili.
Il-Grupp tar-Riċerka u Monitoraġġ Sismiku mill-Università ta’ Malta qasam ukoll tagħrif dwar kif wieħed għandu jipproteġi ruħu waqt terremot.
Fost l-aktar importanti huwa li jekk tkun ġewwa u tħoss terremot, għandek iżżomm ‘il bogħod minn twieqi, għamara jew apparati tqal u tidħol taħt xi mejda jew skrivanija.
F’każ li tkun fil-kċina, tibqax hemm, ħalli tevita milli jaqgħu affarijiet fuqek.
Huwa importanti li tipproteġi b’mod partikolari, rasek u għonqok.
Jekk tkun barra, żomm ‘il bogħod minn bini, linji tal-elettriku u kull ħaġa oħra li tista’ taqa’ fuqek.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.