F’eżerċizzju etnografigu, l-artisti Mark Mallia u Etienne Farrell innutaw karatteristiċi li jsawru lis-soċjetà tagħna, u mmortalizzawhom fl-arti.
Is-suppervi, dawk ta’ wiċċ b’ieħor, ta’ qalb tajba, l-egoisti, it-tosti, iz-zekzieka, it-tantaturi, l-antipatki, il-kwieti u l-fanfaruni, il-misterjużi, dawk ta’ waħedhom u dawk li jħobbu jċarrtu ħalqhom u li waħedhom jimlew kamra, huma wħud mill-karattri li jinsabu f’din il-wirja.
Ritratt: KitzKlikz
Ispirati minn Diane Arbus, Marilyn Manson u Lewis Carroll fost oħrajn, l-artisti ħolqu l-karattri tagħhom ibbażati fuq karatteristiċi li nnutaw f’nies li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum.
Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-ħajja u n-nies li jsawruha dehret b’mod artistiku, bħala ċirku jew ktieb tal-ħrejjef. Dawk li jżuru l-wirja u jħarsu sew, kapaċi jinnutaw nies li jafu, jew lilhom infushom qalb il-karattri mpinġija, imnaqqxa jew maħluqa fit-tafal.
Ritratt: KitzKlikz
F’dan l-eżerċizzju, li qed ixebbħu bħal meta tħares ġo mera u tinnota d-difetti tiegħek, l-artisti qed jistiednu lil dawk li jżuru l-wirja biex f’eżami personali, jaraw jekk jistgħux itejbu l-imġiba tagħhom.
Il-wirja nfetħet nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar, bil-parteċipazzjoni artistika ta’ Hayden Grima, li wkoll inbidel f’karattru għas-serata tal-ftuħ.
Il-wirja se tibqa’ miftuħa sa nhar is-Sibt l-4 ta’ Frar, fil-gallerija Obelisk 234, Main Street, Ħal Balzan.
Għal aktar tagħrif żuru l-paġna ta’ Facebook: MALLIA-FARRELL
Illum, il-31 ta’ Jannar, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-qaddis Don Bosco, li huwa l-patrun tal-edituri, il-pubblikaturi, iż-żgħażagħ, l-apprendisti u l-magicians.
San Giovanni Melchior Bosco, jew kif nafuh aħjar aħna bħala Don Bosco, twieled nhar is-16 ta’ Awwissu, 1815, ġewwa Becchi, viċin Turin, f’Piemonte. Bosco twieled waqt nixfa u ġuħ kbir, fi żmien ta’ rikostruzzjoni, wara t-tmiem tal-Gwerer Napoleoniċi.
It-trobbija tiegħu ma kinitx waħda faċli, minħabba li tilef lil missieru meta huwa kellu biss sentejn. Fil-fatt ommu, Margherita Occhiena (li fl-2006 ġiet iddikjarata Venerabbli mill-Knisja), kellha trabi lilu u lil żewġ ħutu oħra subien weħedha. Kienu jgħixu fil-faqar, fejn l-għajxien tagħhom kien jiddependi mill-biedja u mill-annimali.
Meta kien żagħżugħ, kien baqa’ impressjonat b’wirja min-nies taċ-ċirku, tant li beda jgħallem lilu nnifsu l-maġija u l-akrobazija. Kien minn hemm li beda jiġbor gruppi ta’ tfal oħra għall-wirjiet żgħar tiegħu u fl-aħħar kien jirreċta l-omelija li jkun sema’ f’dik il-ġurnata stess, talb, jew innijiet.
Eventwalment, kien Guzeppe Cafasso, (aktar tard sar qaddis), li ħadu taħt il-kura tiegħu u għenu biex ikompli l-edukazzjoni tiegħu fis-seminarju u għallmu dwar l-ispiritwalità ta’ San Franġisk ta’ Sales.
Bosco ġie ordnat saċerdot fl-1841, f’Turin u, influwenzat minn Cafasso, beda jaħdem biex itaffi l-qagħda tat-tfal subien foqra u traskurati li ġew ifittxu impjieg fil-belt. Waqt li kien jaħdem f’bini misluf, Bosco ipprovda lis-subien edukazzjoni, istruzzjoni reliġjuża, u rikreazzjoni.
Aktar tard mexxa fi stabbiliment ikbar, li kien fih skola tal-grammatika, skola tat-teknika, u knisja; kollha mibnija bl-isforzi tiegħu. Huwa kiseb ukoll reputazzjoni lokali bħala predikatur popolari u kien magħruf li juża l-maġija biex jiġbed l-attenzjoni tal-folla.
Fl-1859, f’Turin hu, flimkien ma’ 22 oħra, waqqfu s-Soċjetà ta’ San Franġisk de Sales (magħrufa wkoll bħala s-Salesjani ta’ Don Bosco). Qabel ma miet din is-Soċjetà nfirxet fl-Ingilterra, Franza, Spanja u l-Amerika t’Isfel.
Fl-1872, flimkien ma’ Santa Marija Mazzarello waqqaf l-Ulied il-Madonna Għajnuna tal-Insara (Sorijiet Salesjani ta’ Don Bosco), kongregazzjoni ta’ sorijiet iddedikati għal xogħol simili fost il-bniet.
F’Malta, is-Salesjani joperaw f’firxa wiesgħa ta’ ambjenti, li jipprovdu esperjenza edukattiva u pastorali f’numru ta’ djar residenzjali, skejjel, knejjes u ċentri taż-żgħażagħ.
Inħeġġukom biex tiftakru dejjem f’dak li pprietka Don Bosco – ‘Servite Domino in laetitia!’ (Aqdi lill-Mulej bil-ferħ!)
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar jista’ jsir:
Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 29 ta’ Jannar mit-8:30am sas-1:00pm se jkun quddiem Il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi.
Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 29 ta’ Jannar se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.
Noti importanti ħafna:
Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.
Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.
Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.
Avventura interessanti oħra mal-vlogger lokali Angelo Caruana. Din il-ġimgħa se jeħodna saż-żona msejħa Dwejra Lines, li tinsab fil-limiti tar-Rabat, Malta.
Din iż-żona, li hija waħda mill-isbaħ żoni f’Malta wieħed jista’ jaċċessaha b’mod faċli bil-karozza, jipparkja u jibda mixja ħelwa qalb in-natura fejn wieħed isib fejn jista’ jistrieħ u jieħu xi ħaġa tajba kif ukoll avventura bil-mixi matul il-ħajt mibni mill-Ingliżi, il-Victoria Lines.
Matul din il-mixja wieħed jista’ jinnota diversi mini li kienu jintużaw bħala kmamar għall-ħażna tal-munizzjon. Tajjeb infakkru li dan il-ħajt inbena bħala difiża u qiegħed fi stat li għandu bżonn ta’ intervent malajr kemm jista’ jkun sabiex jiġi restawrat qabel jintilef darba għal dejjem.
Il-mixja twasslek għal parti oħra mill-ħajt li jaqsam il-Wied ta’ Binġemma b’veduti mill-isbaħ tal-irħula tal-madwar u l-istess wied.
Angelo jżid jgħid li wieħed għandu jirispetta l-ambjent meta jżur dan il-post u ma jagħmilx ħsara fil-madwar, għaliex huwa post li jkun iffrekwentat minn ħafna familji speċjalment fi tmiem il-ġimgħa.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:
Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 22 ta’ Jannar mit-8:30am sas-1:00pm se jkun maġenb Il-Knisja Arċipretali ta’ San Bastjan Ħal Qormi.
Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 24 ta’ Jannar se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.
Noti importanti ħafna:
Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.
Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.
Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.
Illum, is-16 ta’ Jannar 2023, il-Librerija tal-Università ta’ Malta nediet wirja li ġġib l-isem ta’ Enduring Ephemera: an exhibition of rare pamphlets from the UM Library’s Archives and Rare Books Collection.
Il-wirja, li tinsab fis-sular t’isfel tal-librerija, tikkonsisti minn sebgħin ktejjeb, li ġew ippublikati bejn il-perjodu tal-Ordni ta’ San Ġwann u żmien l-Inglizi. Dawn il-ktejbiet jitfgħu dawl fuq diversi suġġetti, fosthom fuljetti għall-katekiżmu u kurunelli, battalji marittimi fiż-żmien tal-Ordni, il-kwistjoni tal-lingwa, u dwar ix-xjenza, botanika u saħħa, fost suġġetti ta’ interess oħrajn.
Fost id-diversi fuljetti li qed jiġu esebiti insibu Catechismo religioso per le scuole infantili di Malta u The claims of the Maltese to Self-Government : a letter addressed to Her Majesty’s Principal Secretary of State for the Colonies by Sigismondo Savona.
Jekk inti interessat li tiskopri iktar dwar dawn il-ktejbiet, inħeġġuk tmur tara din il-wirja tant interessanti. Din il-wirja hija miftuħa għal kulħadd u se tibqa’ għaddejja sas-7 ta’ April.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.