by skoperta.net | 27/Jan/23 | Uncategorised
Fil-ġranet li għaddew, fl-istat tal-Amazonja, inkiser rekord mat-twelid ta’ tifel li jiżen 7.5 kilò, u huwa twil 59 ċentimetru.
Skont dak li qed jiġi rrapportat fil-midja barranija, Cleidiane Santos dos Santos, ta’ 27 sena, hija l-omm li waslet għall-konsultazzjoni ostetrika fl-Isptar Padre Colombo, ġewwa f’Parintins, il-Brażil, fil-ġurnata ta’ qabel it-twelid, u li qalulha li t-tifel kien se jkun kbir wisq għal twelid naturali.
Għalhekk, l-għada, hija welldet permezz ta’ ċesarja lil Angerson Santos, tarbija kbira – tmien ċentimetri ikbar mill-medja ta’ tarbija tat-twelid.
L-isptar nieda kampanja biex jgħin lill-ġenituri, li diġà għandhom ħamest itfal oħra, permezz ta’ ħrieqi kbar u ħwejjeġ tat-trabi għal tfal ta’ 9 xhur u ta’ sena għal dan it-tifel.
Għalkemm Angerson kiser ir-rekord f’dan l-istat, ir-rekord dinji tal-akbar tarbija li qatt twildet, jibqa’ ta’ tifel imwieled f’Aversa, l-Italja, f’Settembru tal-1955. Huwa kien jiżen 10.2 kilo.
by skoperta.net | 31/Dec/22 | Uncategorised
Moira Delia għadha kemm ħabbret fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha li Ċikka, il-kelba tagħha, instabet.
Hija stqarret li tinsab bla kliem u rringrazzjat lil kull min għen.
Dan wara li aktar kmieni għamlet appell għall-għajnuna fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha biex tinstab il-kelba Ċikka, li ħarbet mid-dar tal-ġenituri ta’ Moira biex tfittex lil Moira.
by skoperta.net | 25/Dec/22 | Uncategorised
Joe Tanti tal-Greenfields jixtieq lin-nies ma jinsewx lil Carmen imma li jibqgħu jiftakru.
Permezz ta’ filmat, Myra t-tifla tal-Greenfields, u Joe Tanti jistqarru kif fl-aħħar mumenti ta’ ħajjet Carmen kienu mdawrin magħha.
Myra tgħid li ommha u hi kellhom relazzjoni ta’ ħbiberija u kif sal-lum tkun sa taqbad il-mobile u tkellimha imma mbagħad tirrealizza li ma tistax.
Joe jistqarr b’niket il-finali tal-Greenfields u kif iħoss in-nuqqas tagħha. Jgħid li għadu jmexxi l-kor ta’ Santa Venera u fuq is-siġġu ta’ Carmen issa minflok hemm fjura marbut miegħu biex jibqgħu jiftakru fiha. Jistqarr li dik ix-xewqa tiegħu li ma jinsewhiex imma li jibqgħu jiftakru fiha.
Għada, l-Istrina.
Illum nixtiequ nfakkru l-memorja ta’ Carmen; kif nafuha aħjar Carmen tal-Greenfields. Is-sena l-oħra l-Greenfields kienu magħna fl-istudio waqt L-Istrina. Din is-sena lil Carmen kellna niltaqgħu magħha għal intervista, għax xtaqet titkellem dwar L-Istrina, iżda ftit qabel, Carmen ħallietna. Nirringrazzjawk Carmen, ta’ kemm ferħ u mużika qsamt magħna tul is-snin!
Posted by L-istrina on Il-Ħadd, 25 ta’ Diċembru 2022
by skoperta.net | 22/Nov/22 | Uncategorised
Ftit tal-ħin ilu, diversi nies f’inħawi f’Malta u Għawdex ħassew theżżiża.
Skont il-Google Android Earthquake Alerts System, it-terrimot seħħ għall-ħabta tas-13:40pm, b’qawwa ta’ 4.4 f’Sqallija.
Madankollu, fuq is-sit tal-Università ta’ Malta, (Seismic Research Monitoring Group), irrapporta l-qawwa ta’ 4.6, fi Sqallija.
Din it-theżżiża nħasset Ħal Qormi, il-Kappara, kif ukoll Għawdex.
by skoperta.net | 26/Sep/22 | Ġrajjiet, Kurrenti, Uncategorised
Kmieni dalgħodu, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm uża l-paġna ta’ Facebook tiegħu, biex jirringrazzja lil dawk kollha li wieġbu għas-sejħa tiegħu.
Matul dawn l-aħħar jiem, b’mod partikolari lbieraħ, kienu ħafna li marru biex jagħtu id-demm, wara l-appell li sar il-ġimgħa li għaddiet. Huma tennew li bid-donazzjonijiet abbundanti li saru jinsabu f’pożizzjoni vantaġġjuża fejn il-borża tad-demm qed tistenna lill-pazjent, u mhux il-pazjent jistenna lilha.
Madanakollu, huma qed ikomplu jħeġġu iktar nies biex kemm-il darba huma jinsabu f’saħħithom jagħtu d-demm ħalli r-riserva tibqa’ tajba għall-benefiċċju ta’ kulħadd!
Huma appellaw ukoll biex min ma jkunx irid jew ma jkunx jixtieq jagħti demm, issuq dejjem bil-galbu, biex apparti li ma titħarbatx ħajjithom, ma titħarbatx ukoll ir-riserva tad-demm.
It-tim kollu ta’ Skoperta jixtieq jirringrazzja lil kull minn fl-aħħar ġranet wieġeb għas-sejħa. Għaldaqstant aħna nkomplu nħeġġukhom biex tkomplu tagħtu d-demm!
Fil-fatt, kull minn irid, illum l-għoti tad-demm ser issir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa mit-8:00am sas-6:00pm.
by Roberta Magri | 07/Sep/22 | Uncategorised
61 immigrant salvati minn bastiment tal-merkanzija f’Malta, waslu Kreta sigħat wara li tifla ta’ 4 snin li kellha problemi ta’ saħħa mietet waqt li kienet qed tittieħed bl-ajru lejn il-gżira Griega.
Ma kienx ċar jekk dawn kinux l-istess nies li ftit jiem ilu ġie rrappurtat li kienu mitluqin għal ġranet sħaħ fuq dgħajsa tas-sajd li kienet qed tegħreq, qrib Malta, wara li ppruvaw ibaħħru mil-Libanu għall-Italja.
L-immigranti qalu lill-awtoritajiet li kienu Sirjani, Libaniżi u Palestinjani.
Id-dgħajsa telqet mill-belt ta’ Tripli fit-Tramuntana tal-Libanu madwar 10 ijiem ilu lejn l-Italja, u kienu ilhom jiem mingħajr ikel, ilma u ħalib tat-trabi.