Iżda fl-istess ħin, dak il-ħsieb li kont insejt xi ħaġa warajja l-uffiċju, kien qed jiekolni minn ġewwa. Qbadt u qomt bilwieqfa, erġajt lebbitt il-kowt miegħi, ġbidt il-basket għal ma’ spallejja u tlaqt inħaffef ‘il barra f’nifs wieħed. Kelli bilfors immur. Ridt immur nara. Ħassejt li kont insejt xi ħaġa mportanti. Ħaffift tul it-triq kollha. Għaġġilt u ħassejt nifsi kważi jinqata’. Ridt nilħaq il-bini miftuħ qabel ma’ dawk tas-siġurta’ kienu jitilqu lejn id-dar. U wasalt. Wasalt quddiem il-bini tax-xogħol. Mingħajr ebda ħsieb ieħor, ġrejt b’kemm kelli saħħa ‘l ġewwa. Dawk iż-żewġt irġiel ta’ qabel kienu għadhom hemm. Ma ħaristx lejhom. Ġrejt lejn il-lift u tlajt fis-sular lejn l-uffiċju tiegħi. Ridt insib dak li kont insejt. Għax ma kontx se nħossni komda qabel ma nkun naf eżatt………….. U dak il-ħin, eżatt malli wasalt quddiem l-uffiċju tal-ħġieġ tiegħi, ħassejtni ninqata’ mill-art bil-qata’. Qabditni r-rogħda…………. Indunajt. Naf x’kont insejt warajja. Lili nnifsi. Rajtni hemm, mixħuta mal-art b’għajnejja miftuħin beraħ u ħalqi mbexxaq. Dak li nsejt warajja kont jien. Il-flixkun tal-pirmli qawwija kien għadu f’idi, vojt. Kont blajthom kollha, waħda waħda. Ġisem bla ħajja. Ġisem bla ruħ. Kont qiegħda naħseb fih. André. U dak il-ħin indunajt. Indunajt li l-ħajja hija sabiħa. U jien kont tlift iċ-ċans li ngħixha.
Conversations with Nature hija wirja ta’ pitturi mtella’ bħalissa mill-artista lokali Joanne Fenech Portelli fil-Mużew tal-Posta li jinsab f’135, Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta. Din il-wirja hija serje ta’ veduti tan-natura mpittra fl-istudjow li ħarġu mill-esperjenzi ta’ plein air tal-artista.
Dan ix-xogħol artistiku huwa djalogu viżwali bejn in-Natura u l-Artist – waħda toffri sentimenti ta’ benessere u l-oħra tinterpretahom billi tpoġġihom fuq it-tila f’forma u kuluri permezz taż-żebgħa. Fil-qosor, reċiprokazzjoni ta’ emozzjonijiet, pawża biex wieħed jiskopri u jesplora dak is-sens ta’ spazju u konnessjoni man-Natura minkejja l-pass mgħaġġel tal-ħajja tal-lum.
L-artista tgħid li meta tpitter barra fil-pajsaġġ naturali, tħoss li s-sensi kollha jkunu qed jintużaw u għalhekk dan il-ġest isir konverżazzjoni man-natura. Hi tħobb taħrab mir-rutina billi meta tista’ ssib postijiet għall-kwiet fin-natura, fejn ftit nies jgħaddu, jew saħansitra ħadd. Is-siġar, ix-xagħri, u l-pjanti endemiċi huma dak li tfittex Joanne għax jagħtuha dik l-ispirazzjoni u konnessjoni man-natura li tiġi trasformata f’pittura.
L-artista ħadet dawn l-esperjenzi fl-istudjow tagħha u esprimiethom b’mod iktar kreattiv fuq tili akbar. Hi tgħid li meta tpitter fuq il-post ikollha ħin limitat u allura tieħu magħha l-inqas affarijiet possibbli u tili żgħar, anke għaliex id-dawl u d-dellijiet jinbidlu malajr.
B’dan il-mod setgħet terġa’ tgħix dik l-esperjenza ta’ plein air fl-istudjow tagħha stess hi u tkabbar il-pitturi. Għal Joanne Fenech Portelli l-aktar li hu importanti f’din il-wirja mhux fejn hu l-post li pittret, iżda l-atmosfera li nħolqot fil-pittura, u l-emozzjonijiet li wieħed iħoss meta jħares lejhom. Hi tgħid ukoll li tixtieq li żoni naturali jiġu apprezzati u mħarsa aktar, kemm biex jitgawdew issa minna u wkoll minn dawk li ġejjin warajna.
Għall-artista, il-fatt li tpitter barra fuq il-post huwa l-aqwa mod biex toħloq l-arti tagħha, u li permezz tal-pitturi twassal ferħ lil min iħares lejhom. Għaliex inkella xi tkun l-arti bla ferħ?
Conversations with Nature miftuħa sal-31 ta’ Mejju bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mill-10:00 sa l-16:00 u s-Sibt mill-10:00 sas-14:00.
L-arti ta’ Joanne tista’ tiġi segwita fuq Facebook u Instagram fil-paġni msemmija Joanne Fenech Portelli Fine Art.
Il-mużiċist Luke Vella Clark u l-mara tiegħu, l-attriċi Maria Laura, il-kantanti Fabrizio Faniello, Martina Fenech, Josuel Grech, Michela Galea u Glen Vella se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.
Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 70 u s-snin 90.
Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.
Din il-ġimgħa jkompli s-semifinali tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.
Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.
Il-mikroplastiks huma biċċiet żgħar tal-plastik inqas minn ħames millimetri. Dawn il-mikroplastiks instabu kullimkien, instabu fl-oċeani, fl-arja, fil-ħamrija, fl-ikel tagħna, fl-ilma tal-fliexken kif ukoll fl-ilma tal-vit. Instabu f’aktar minn 94% tal-ilma tal-vit fl-Istati Uniti u 72% fl-Ewropa, kif ukoll f’93% tal-ilma tal-fliexken madwar id-dinja.
Huwa stmat li tmien miljun tunnellata ta’ plastik jidħlu fl-oċeani tagħna kull sena. Il-mikroplastiks huma faċli biex jiġu diġeriti, minħabba d-daqs żgħir tagħhom, u issa huma s-suġġett ta’ reviżjoni tas-saħħa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Hemm żewġ tipi ta’ mikroplastiks: mikroplastiks primarji u mikroplastiks sekondarji. Il-mikroplastiks primarji jinkludu microfibers imxerrda minn ħwejjeġ u drappijiet oħra, bħal xbieki tas-sajd, kif ukoll partiċelli maħluqa għal skopijiet kummerċjali, bħall-kożmetiċi.
Il-mikroplastiks sekondarji huma partiċelli ffurmati meta oġġetti tal-plastik akbar, bħal fliexken tal-ilma, jiddegradaw. Din id-diżintegrazzjoni hija kkawżata minn espożizzjoni għal fatturi ambjentali, prinċipalment ir-radjazzjoni tax-xemx u l-mewġ tal-oċeani.
Il-kwistjoni bil-mikroplastiks hija li, bħall-plastiks kollha, ma jiddegradawx faċilment f’molekuli li ma jagħmlux ħsara. Il-plastik jista’ jieħu mijiet jew eluf ta’ snin biex jiddiżintegra, u sadanittant ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-mikroplastiks huma evidenti bħala frammenti żgħar tal-plastik ikkuluriti fir-ramel. Fl-oċeani, it-tniġġis mikroplastiku ħafna drabi jiġi kkunsmat mill-annimali tal-baħar.
Instabu mikroplastiks f’organiżmi tal-baħar li jvarjaw minn plankton sal-baleni, kif ukoll frott tal-baħar kummerċjali u ilma tax-xorb. Is-sistemi standard tat-trattament tal-ilma, b’mod allarmanti, ma jistgħux jeliminaw l-evidenza kollha tal-mikroplastiks. Il-mikroplastiks fl-oċean jistgħu jitħalltu ma’ komposti tossiċi oħra qabel ma jiġu kkunsmati minn ħlejjaq tal-baħar, u jikkomplikaw aktar is-sitwazzjoni.
L-evidenza xjentifika turi li l-mikroplastiks għandhom effetti negattivi fuq l-ekosistemi vulnerabbli (eż. sikek tal-qroll, ibħra fondi, reġjuni polari), il-bijodiversità (il-ħajja tal-baħar kollha mill-plankton sa mammiferi marittimi kbar) u s-saħħa tal-bniedem.
X’nistgħu nagħmlu? Modi sempliċi biex tevita l-mikroplastik fil-ħajja ta’ kuljum tiegħek:
Naqqas il-konsum tal-laħam u l-ħut.
M’hemmx għalfejn issir vegan iżda wieħed jista’ jikkunsidra li jmur għal dieta flexitarian fl-għażla tal-ikel tiegħu. Mhux l-ewwel darba li rajna xi stampa ta’ ħuta maqsuma min-nofs bl-istonku mimli plastik li tkun belgħet maż-żmien, dan iġiegħlna naħsbu li dak li jieklu huma nieklu aħna. Iktar ma t-tniġġis tal-plastik fl-oċean jiżdied, iktar is-sitwazzjoni tiggrava. Hemm evidenza li tissuġerixxi li l-mikroplastiks u n-nanoplastik jistgħu jiċċaqalqu mill-istonku tal-ħut għat-tessut tal-muskoli tagħhom, li huwa dak li l-bnedmin tipikament jieklu.
Li nevitaw il-frott tal-baħar huwa pass importanti biex nillimitaw il-mikroplastiks li nibilgħu. Il-bidla għal dieta vegana tnaqqas ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u tagħmilha waħda mill-aktar għażliet ta’ stil ta’ ħajja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Irkaptu tas-sajd abbandunat bħal xbieki u ħbula, imsejjaħ “ghost fishing gear” jammonta għal madwar 10% tal-iskart kollu fl-oċean, għalhekk l-evitar tal-ħut iżomm il-plastik barra mill-oċean kif ukoll minn ġisimna.
Wieħed isibha iktar faċli meta jsaħħan il-fdalijiet tal-ikel jew ikel tat-take out direttament mill-konenitur, iżda il-BPA u phthalates miżjuda mal-plastik inixxi ħafna aktar faċilment meta msaħħna. Dawn jinkludu plastik tat-Tupperware, għotjien, kaxxi tat-take-away u l-ikel iffriżzat li jissaħħan direttament mill-pakkett. Minflok ittrasferixxi l-ikel għal kontenitur tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika.
Tużax tazzi tat-takeaway.
Tazzi tat-takeaway tal-karti wkoll jirrilaxxaw mikroplastiks meta jkunu esposti għal likwidi sħan. Dan ifisser li t-tazza tal-kafè sħuna ta’ filgħodu tiegħek meħuda f’tazza li tintrema qed iżżid mal-konsum personali tal-mikroplastik tiegħek. Investi f’tazza tal-kafè li tista’ terġa’ tintuża magħmula mill-istainless steel jew mill-ħġieġ biex tużaha fil-ħanut tal-kafè favorit tiegħek. Li wieħed jieħu il-magg tiegħu stess inaqqas l-iskart ukoll.
Ixtri kożmetiċi mingħajr plastik.
Prodotti tal-kura personali ħafna drabi jinkludu komponenti tal-plastik. Lozjonijiet u kremi tal-ġilda, pereżempju, spiss jinkludu plastik biex jippromwovu l-assorbiment. Ħafna minn dawn il-prodotti jiġu wkoll f’kontenituri żgħar tal-plastik li huma diffiċli biex jiġu riċiklati u ħafna drabi jintremew b’mod li jagħmel ħsara.
Minflok, agħżel prodotti naturali b’alternattivi bijodegradabbli jew għażliet mingħajr plastik.
Uża l-weraq tat-te minflokil-boroż tat-te.
Il-biċċa l-kbira tal-boroż tat-te huma magħmula minn bejn wieħed u ieħor 25% tal-plastik, u anke dawk li huma mmarkati bħala karta huma ġeneralment imwaħħlin flimkien bil-polypropylene, li huwa tip ta’ plastik.
Ipprova ssostitwixxi l-boroż tat-te, bil-weraq tat-te, jew uża boroż tat-te li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jerġgħu jimtlew.
Farfar u uża l-hoover regolarment.
Minħabba li dawn il-frammenti ċkejkna tal-plastik huma tant mikroskopiċi, jitħalltu fit-trab taħt is-sodod tagħna, fil-kantunieri ta’ djarna, u fl-arja. It-tfarfir u l-vacuuming fuq bażi regolari jistgħu jgħinu biex nipprevjenu milli niġbduhom man-nifs tagħna. (Idealment meta tuża l-vaccum wieħed għandu juża filtru tal-HEPA).
Ixtri ħwejjeġ magħmula minn materjali naturali.
Huwa tajjeb li nibdew naħsbu b’aktar reqqa dwar il-ħwejjeġ li nixtru. Minflok ma tagħżel ħwejjeġ ibbażati fuq il-plastik, fittex ditti li jutilizzaw biss materjali naturali bħall-qoton, il-ħarir, is-suf, il-qanneb u l-għażel. B’dan il-mod ir-riskju tat-tniġġis mikroplastiku jinżel ħafna.
Ixtri filtru tal-ilma, u waqqaf l-użu tal-ilma fil-fliexken
Uża t-trasport pubbliku.
Il-mikroplastik jinsab ukoll fit-tajers tal-karozzi. Il-frizzjoni mit-triq tikkawża t-tajers li jkissru u jitfgħu partiċelli tal-plastik, li mbagħad jakkumulaw fl-arja.
Wara l-festival ta’ Mużika Mużika, il-kantanta Lyndsay Pace terġa’ tirritorna b’kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Hanging meħuda mill-album tagħha li ħiereġ proprju dan is-sajf.
Lyndsay għadha kif nediet ukoll il-vidjow lirikali tal-kanzunetta.
Din il-kanzunetta hija miktuba minn produtturi ta’ Highkey Music, fl-Ingilterra filwaqt li l-vidjow lirikali huwa maħdum minn Daphne Sammut.
Hanging, li għandha ħoss kummerċjali, tittratta dwar relazzjoni partikolari fejn wieħed qatt m’għandu jitlef l-opportunità tal-imħabba.
Tistgħu ssegwu l-mużika ta’ Lyndsay fuq il-pjattaformi diġitali kollha kif ukoll is-sit uffiċjali www.lyndsaypace.com għal aktar aġġornamenti.
Wara konsultazzjoni ma’ diversi professjonisti u għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali kif ukoll ma’ persuni li għaddejjin jew għaddew minn problemi ta’ saħħa mentali, d-Dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi ppubblika 100 proposta li huma meqjusa bħala prijoritajiet f’dan il-qasam.
Fost il-100 proposta, il-Professur Andrew Azzopardi semma l-ħtieġa ta’ kampanja biex tonqos l-istigma fuq is-suġġett tas-saħħa mentali.
Ippropona wkoll sptar ġdid iddedikat għas-saħħa mentali fil-prossimità tal-Isptar Mater Dei li jinbena f’din is-sena li ġejja, kif ukoll il-ħtieġa ta’ Segretarju Parlamentari għas-saħħa mentali.
Semma wkoll il-ħtieġa ta’ servizzi aktar immedjati għat-tfal bi problemi ta’ saħħa mentali kif ukoll li jiġi studjat u analiżżat is-self harm, anke f’etajiet bikrija, u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.
Prijorità oħra hija li jingħataw aktar korsijiet ta’ first aid għas-saħħa mentali u jsiru mandatorji fost l-għaqdiet u postijiet tax-xogħol.
Il-Professur Andrew Azzopardi semma wkoll il-ħtieġa ta’ aktar persuni pubbliċi li jitkellmu dwar esperjenzi ta’ sfidi ta’ saħħa mentali u kif affettwawhom u jingħataw spazju biex jagħtu s-sehem tagħhom għat-titjib ta’ dan il-qasam.
Semma wkoll il-ħtieġa ta’ programm ta’ appoġġ għal dawk il-persuni li jkunu fil-fażi tranżitorja bħala persuni LGBTI+ u l-familjari tagħhom minħabba l-pressjoni li timponi fuqhom is-soċjetà.
Huwa ppropona wkoll programm għall-ġenituri li uliedhom għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Enfasizza l-ħtieġa ta’ tisħiħ ta’ servizzi għall-familja u sistemi aktar b’saħħithom biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ parental alienation.
Tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ aktar programmi li jqajmu kuxjenza fuq il-midja u li hemm bżonn li jsir aktar xogħol biex il-midja soċjali ma sservix aktar biex tagħmel pressjoni mentali fuq iż-żgħażagħ, kif ukoll dwar l-importanza ta’ aktar taħriġ għat-tfal fuq edukazzjoni tal-midja.
Il-Professur Andrew Azzopardi ppropona wkoll taħriġ għall-ġurnalisti biex ikunu jafu kif jittrattaw stejjer dwar saħħa mentali u ma jkomplux juru lill-persuna ta’ saħħa mentali bħala msieken u fejn ifittxu biss is-sensazzjonaliżmu.
Dwar il-ħabs, fost oħrajn semma l-ħtieġa li jitnaqqas l-użu faċli ta’ trankwilizzanti fil-ħabs u minflok niffukaw fuq talk therapy, kif ukoll servizzi għal dawk li jkunu għadhom kif jidħlu l-ħabs.
Proposta oħra hija li ssir kampanja kif l-annimali jistgħu jservu ta’ sapport u terapija specjalizzata għal min għandu problemi ta’ saħħa mentali filwaqt li nippreservaw il-benesseri tal-annimali wkoll.
Semma wkoll il-ħtieġa biex l-arti, il-mużika u l-isport ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali kemm mil-lat terapewtiku kif ukoll mil-lat ta’ divertiment u ta’ espressjoni tal-ħsus.
Fuq kollox, b’dawn il-100 proposta, il-Professur esprima l-importanza li s-settur tas-saħħa mentali jkun prijorità għall-Gvern matul dawn is-snin li ġejjin minħabba li hija problema li dejjem qed tikber.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.