“Aħseb sew qabel tgħid jew tagħmel xi ħaġa, għax kapaċi toqtol internament lil xi ħadd” – P. Aaron Zahra

“Aħseb sew qabel tgħid jew tagħmel xi ħaġa, għax kapaċi toqtol internament lil xi ħadd” – P. Aaron Zahra

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Patri Aaron Zahra qasam ħsieb riflettiv dwar is-saħħa mentali.

Sfortunatament, ħafna mhumiex konxji biżżejjed kemm dak li ngħidu u nagħmlu jista’ jħalli impatt fuq ħaddieħor, ħafna drabi, jista’ jkun wieħed negattiv ħafna.

Patri Aaron tkellem dwar il-fatt li anki b’sempliċiment kelma, jew b’kumment fuq Facebook, tista’ tkisser persuna mentalment. Daqstant ieħor jekk tagħżel li tinjora lil xi ħadd.

Dwar il-midja soċjali, waħda mill-ikbar sfidi li d-dinja qed tiffaċċja fejn tidħol is-saħħa mentali, Patri Aaron qal li l-użu ħażin tal-midja soċjali huwa arma daqs sikkina jew pistola u jista’ joqtol persuna.

Għaldaqstant, Patri Aaron appella biex wieħed jaħseb sew qabel jikteb, jitkellem jew jaqsam aħbar, “għax kapaċi toqtol internament lil xi ħadd.

Żied jgħid li dik il-persuna taf tkun għaddejja minn perjodu ħażin jew mard mentali, u b’kumment jew azzjoni, tista’ tkissirha minflok tgħinha.

Għal xiex jintuża d-demm li tagħti?

Għal xiex jintuża d-demm li tagħti?

Id-demm jintuża għal firxa kbira ta’ kundizzjonijiet.

L-ewwel għat-trabi u t-tfal żgħar tal-NPICU (eks-SCBU). Matul il-fejqan tagħhom dawn kultant jirċievu d-demm bħala trattament.

Jeżistu każi oħra meta mara, wara li teħles, titlef ħafna iktar demm milli mistenni, bil-konsegwenza li jkollha tingħata d-demm minnufih biex tiġi kkumpensata l-emorraġija.

Tfal, adolexxenti u adulti jiġu bżonn id-demm, jew prodotti oħra maħruġa minnu, bħala parti mill-kura kontra l-kanċer.

Ammont sostanzjali ta’ demm jintuża wkoll għall-operazzjonijiet maġġuri, fosthom tal-qalb, tat-tirojde, skoljożi u ħafna oħrajn.

Id-demm jintuża wkoll għall-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku, kif ukoll dawk ta’ fuq il-post tax-xogħol.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Novembru – Ix-xahar iddedikat għal aktar għarfien dwar saħħet ir-raġel

Novembru – Ix-xahar iddedikat għal aktar għarfien dwar saħħet ir-raġel

Bħalma f’Ottubru għandna l-Pink October, dan ix-xahar għandna l-Movember, fejn irġiel madwar id-dinja jħallu l-mustaċċi biex iqajmu kuxjenza u jinġabru fondi għas-saħħa tal-irġiel.

Novembru huwa x-xahar iddedikat għal aktar għarfien dwar is-saħħa tal-irġiel, speċifikament fuq il-kanċer tal-prostata, il-kanċer testikolari, is-saħħa mentali u prevenzjoni tas-suwiċidju.

Biex tkompli titqajjem il-kuxjenza dwar il-kanċer testikolari, huwa importanti li l-irġiel jagħtu każ ta’ xi boċċa, uġigħ fl-iskrotum t’isfel, toqol, jew akkumulazzjoni ta’ fluwidu fl-iskrotum, xi tip ta’ tkabbir tas-sider u nefħa f’wieħed mit-testikoli.

Fir-rigward tal-kanċer tal-prostata, m’hemm l-ebda mod faċli biex tittestja lilek innifsek fil-kumdità ta’ darek. Għalhekk kun żgur li tibbukkja appuntament għal viżti regolari għand it-tabib, ladarba tagħlaq it-30 sena.

Il-Movember iqajjem aktar għarfien ukoll dwar is-saħħa mentali u l-prevenzjoni tas-suwiċidju fl-irġiel. Huwa importanti li nagħtu importanza kbira lis-saħħa mentali għaliex hija għandha rwol essenzjali fil-benesseri ġenerali tagħna.

Inħeġġu lil dawk kollha li qed ibatu minn kwistjonijiet bħad-dipressjoni u disturbi ta’ ansjetà għal kundizzjonijiet bħall-iskiżofrenja jew id-disturb bipolari, biex iffitxu l-għajnuna u l-appoġġ.

Li tieħu ħsieb tiegħek innifsek huwa essenzjali. Tħallix aktar jiem jgħaddu. Ibda mil-lum!

It-tim ta’ Skoperta jħeġġek ukoll biex tkompli tgħin lil diversi għaqdiet li tant iqajmu kuxjenza u jgħinu fil-komunità tagħna, fosthom The Marigold Foundation u Richmond Foundation.

BIL-FILMAT: “Il-Parkinson’s ma tħallinix norqod fejn il-mara tiegħi” – Mario

BIL-FILMAT: “Il-Parkinson’s ma tħallinix norqod fejn il-mara tiegħi” – Mario

Doris u Mario, koppja li malli tarahom juruk l-imħabba li għandhom lejn xulxin.

Mario jgħix bil-Parkinson’s. Filli kien jagħmel kollox id-dar u issa ma għadux jista’. Madankollu Doris tappoġġjah. Fejn qabel kien jikteb, issa tgħinu jikteb. Fejn qabel kien jitkellem, tgħinu meta jiġi biex titkellem.

Qalb Doris ingħafset meta ġie l-mument li ma jibqgħux jorqdu flimkien. Minħabba l-Parkison’s Mario jitqalleb u jagħti matul illejl u beża’ li jweġġagħha. Għalhekk illum jorqdu f’kmamar separati. Madankollu filgħaxija tiġi tgħattih.

Illum Mario u Doris imorru Step Up for Parkinson’s fejn b’dawn l-moviment jgħinu lil Mario fit-tbatijiet li ġġib magħha l-Parkinson’s fuq il-ġisem.

Il-ħolma ta’ Mario u Doris hi li jinfetaħ ċentru attrazzat għall-persuni li jgħixu bil-Parkinson’s biex jingħaw il-kura li għandhom bżonn.

Inti din il-ħolma tista’ tagħmilha realtà billi ċċempel għada waqt il-maratona li se tittella’ minn 12:00pm sa 12:00 fuq One TV, Net TV u F Living.

Kont taf li għandek toqgħod mill-inqas kwarta kuljum fix-xemx?

Kont taf li għandek toqgħod mill-inqas kwarta kuljum fix-xemx?

Il-Vitamina D kapaċi ssaħħaħ is-sistema immunitarja, l-għadam, is-snien, il-qalb, il-moħħ, u kif wkoll tnaqqas ir-riskju ta’ ċerti tipi ta’ kanċer, dijabete u kundizzjonijiet oħra rewmatoloġiċi.

Però, huwa fatt magħruf li ‘l fuq minn 57% tal-Maltin, għandhom livell baxx fis-sistema tagħhom. Għaldaqstant, huwa importanti li wieħed jagħmel minn tal-inqas kwarta kuljum espost għar-raġġi tax-xemx kif ukoll jiekol ikel rikk fil-Vitamina D bħal: bajd, ħut żejtni, prodotti mill-ħalib, faqqiegħ tat-tipi button jew portobello, ċereali ffortifikati u ġewż/lewż.

Idealment, wieħed għandu jġib is-sorsi primarji ta’ vitamini u minerali minn ikel bnin, bħal frott, ħaxix u x-xemx. Iżda jaf jagħti l-każ li d-dożi rakkomandati għal kuljum ta’ ċerti minerali u vitamini xorta ma jintlaħqux.

Barra minn hekk, min ipejjep, hu alkoħoliku jew għaddej minn perjodi ta’ stress fiżiku jew mentali jaf ikollu l-livelli ta’ dawn il-mikro-nutrijenti f’ġismu baxxi ħafna. Għaldaqstant, wieħed jista’ wkoll jissupplixxi dawn id-dożi meħtieġa, minn pilloli apposta.

Min ibati minn kundizzjonijiet kroniċi, bħal dawk relatati mal-qalb, kliewi, thyroid, parathyroids, jew kanċer, għandu dejjem jirrikorri għand it-tabib tiegħu, qabel ma jibda xi tip ta’ supplimenti sabiex jiddiskuti liema tipi ta’ vitamini u minerali huma l-ideali għalih, mingħajr ma’ joħolqu żbilanċ, jew inkella reazzjoni ma’ pilloli oħrajn li jkun qed jieħu biex jirregola xi kundizzjonijiet oħrajn.

Jekk tixtieq tagħmel kuntatt miegħi tista’ tagħmel dan billi żżur il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× By Dr. Georgiana Farrugia Bonnici | Facebook

“Jien addottat u għalhekk favur il-ħajja”

“Jien addottat u għalhekk favur il-ħajja”

Alexander Joe Camilleri fil-Parlament Nazzjonali taż-żgħażagħ tkellem kif huwa ġie adottat u kif inhu favur il-ħajja.

Beda d-diskors tiegħu billi qal li kieku jeżisti s-servizz tal-abort, kieku mhux ħaj. “Kieku l-abort kien servizz tas-saħħa, kieku qatilni. Jiena għandi 16-il sena u addottat u għalhekk favur il-ħajja.”

Jispjega kif il-ġenituri bijoloġiċi tiegħu kellhom 2 għażliet. “L-abort jew l-addozzjoni. Kieku għażlu l-abort kieku mhux qiegħed hawn niddefendi l-ħajjiet ta’ tant persuni li jridu jgħixu. Il-ġenituri bijoloġiċi rnexxilhom jagħtu ċans lil koppja li xtaqu jaddottaw… li b’mod kburi nsejħilhom ommi u missieri.”

Jistqarr li l-abort joqtol it-trabi u l-ħolm ta’ koppji li jixtiequ jibnu familja. “Għal kull abort li jseħħ mhux talli nkunu qed noqtlu ħajja innoċenti, imma nkunu qegħdin niddeterminaw ħolma ta’ koppja li tixtieq tibni familja. Niddefendi lil dawk li ma għandhomx vuċi.’

Enable Notifications OK No thanks