by skoperta.net | 31/Jan/23 | Ġrajjiet, Kurrenti, L-Aħħar Aħbar, Sport
Il-Malta Football Association ħabbret li fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità, m’aċċettatx ir-reġistrazzjoni ta’ Joseph Portelli bħala plejer ma’ Ħamrun Spartans
Din id-deċiżjoni kienet ikkonfermata mill-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association hekk kif illum iltaqa’ biex jiddiskuti t-talba ta’ Ħamrun Spartans li jirreġistraw lil Joseph Portelli bħala plejer wara li rriżenja minn president tal-klabb.
Id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata.
by skoperta.net | 10/Jan/23 | Ġrajjiet, Kurrenti, Sport, Stejjer Umani
Jacob Parnis, iben Silvio Parnis iddedika rebħa li għamel it-tim tal-futbol li jilgħab miegħu, Tarxien Rainbows, lil missieru.
Tarxien Rainbows rebaħ 2-0 kontra Mġarr United.
Jacob Parnis liebes flokk abjad bi kliem “RIP Papà. Inħobbok.” Sħabu kellhom flok simili għal tiegħu bil-kliem “Silvio”.
Silvio Parnis ħalla din id-dinja l-ġimgħa l-oħra fl-età ta’ 57 sena.
by skoperta.net | 06/Jan/23 | Ġrajjiet, Kurrenti, Sport
Ftit jiem wara l-mewt ta’ Pelé u Mihajlovic, luttu ieħor iħarbat lid-dinja tal-futbol u l-isport. Fil-fatt ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Gianluca Vialli, fl-età ta’ 58 sena biss. Huwa tilef il-battalja kontra l-kanċer tal-frixa, fl-isptar ġewwa Londra.
Matul il-ġimgħat li għaddew, l-eks attakkant ta’ Cremonese, Sampdoria, Juventus u Chelsea, kellu jirriżenja mill-kariga li kellu fi ħdan it-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Roberto Mancini, minħabba li ried imur Londra biex ikompli bil-kura tiegħu, wara saħħtu marret għall-agħar.
Il-battalja kontra l-kanċer bdiet fl-2017, fejn wara diversi trattamenti, saħħtu marret għall-aħjar tant li flimkien ma’ Mancini, waslu lill-Italja għar-rebħ tat-Tazza tal-Euro 2020. Sfortunatament, ftit żmien wara l-marda reġgħet lura bil-forza, li wasslitu biex illum jitlef ħajtu.
Deskritt minn ħafna Vialli kien wieħed mill-aktar futbolers emblemiċi u ta’ suċċess fix-xena Taljana.
by skoperta.net | 29/Dec/22 | Ġrajjiet, Kurrenti, Sport
L-istilla tal-futbol Brażiljan, Pelé, miet fl-età ta’ 82 sena.
Pelé kien meqjus bħala wieħed mill-akbar plejers tal-futbol ta’ kull żmien.
Huwa kien ilu mid-29 ta’ Novembru l-Isptar Iżraelita Albert Einstein f’Sao Paulo.
Rapport mediku li sar qabel il-Milied wera li kellu bżonn il-kura tal-qalb u tal-kliewi. Huwa kien ilu jiġġieled kontra l-kanċer tal-kolon minn Settembru 2021.
Pelé – oriġinarjament jismu Edson Arantes do Nascimento – beda jilgħab ma’ Santos ta’ 15-il sena u sena wara mat-tim nazzjonali Brażiljan, u beda jilgħab fix-xena dinjija tal-futbol bħala żagħżugħ ta’ 17-il sena fit-Tazza tad-Dinja tal-1958.
Matul il-karriera internazzjonali tiegħu, huwa rebaħ tliet Tazzi tad-Dinja – fl-1958, 1962 u 1970 – l-uniku plejer li kiseb dan.
Il-karriera brillanti tiegħu ta’ 20 sena mill-1957 sal-1977 ratu jiskorja 757 gowl fi 831 logħba.
by skoperta.net | 18/Dec/22 | Ġrajjiet, Konf Taf?, Kurrenti, L-Aħħar Aħbar, Sport, Varjetà
Wara li t-tim tiegħu rebaħ it-Tazza tad-Dinja, il-leġġenda tal-Arġentina Lionel Messi ngħata l-Ballun tad-Deheb.
Il-Ballun tad-Deheb huwa premju li jingħata lill-aqwa plejer fil-kampjonat
Dan ifisser ukoll li Messi sar l-uniku plejer fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja li rebaħ il-Ballun tad-Deheb darbtejn. Huwa kien rebħu wkoll fl-2014.
by skoperta.net | 18/Dec/22 | Sport
L-Arġentina rebħu t-Tazza tad-Dinja.
Din hija t-tlieta darba li rebħu t-Tazza tad-Dinja wara 36 sena.
Bil-finali li ntlagħbet kontra Franza, il-logħba ntemmet bil-pentalies hekk kif spiċċaw bid-draw ta’ 3 b’3.
Il-logħba ntemmet b’4 gowls favur l-Arġentina bil-penalties.