by skoperta.net | 21/May/22 | Televiżjoni, Varjetà
Il-mużiċist Luke Vella Clark u l-mara tiegħu, l-attriċi Maria Laura, il-kantanti Fabrizio Faniello, Martina Fenech, Josuel Grech, Michela Galea u Glen Vella se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.
Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 70 u s-snin 90.
Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.
Din il-ġimgħa jkompli s-semifinali tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.
Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.
by skoperta.net | 17/May/22 | Televiżjoni, Varjetà
Sibtek li jmiss mimli karattri differenti u kkuluriti fosthom Joseph Mangion il-kapxi, il-kantanta Cheryl Balzan, Jurgen Manicolo u il-kantanta Jessika.
Se naraw lil dawn il-personalitajiet Maltin jgħaddu minn diversi sfidi u dan il-programm se jispiċċa bil-banda!
Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom mistiedna speċjali li ġejjin fl-istudjow biex jintervistawhom!
Imma għaliex u x’se jkun ir-rwol tagħhom?!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, kif ukoll il-Eurovision Song Contest, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
by skoperta.net | 10/May/22 | Televiżjoni, Varjetà
Sibtek li jmiss se jkun edizzjoni speċjali mimli kantanti li marru jirrapreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest tas-snin li għaddew.
Se naraw ħafna personalitajiet Maltin mix-xena tal-Eurovision fosthom Morena, Olivia Lewis, Miriam Christine u Chiara.
Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom mistiedna speċjali li ġejjin fl-istudjow biex jintervistawhom!
Imma għaliex u x’se jkun ir-rwol tagħhom?!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, kif ukoll il-Eurovision Song Contest, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
by skoperta.net | 07/May/22 | Mużika, Televiżjoni, Varjetà
Il-kantanta Gloriana Arpa Belli u l-preżentatriċi Elaine Sammut, il-kantanti Andreana, Rita Pace u Laura Bruno se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.
Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 80 u s-sena 2010.
Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettaturi.
Din il-ġimgħa jkompli s-semifinali tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.
Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.
by skoperta.net | 04/May/22 | Televiżjoni, Varjetà
Sibtek li jmiss speċjali ma’ ħafna ommijiet għal Jum l-Omm! Imma mhux biss!
Se naraw ħafna personalitajiet Maltin minn xeni differenti. Il-Maestro Aurelio Belli, il-kantanta Eleonor Cassar, il-mudella Claudia Calleja u il-kantanta Petra Żammit.
Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom mistiedna speċjali li ġejjin fl-istudjow!
Imma għaliex u x’se jkun ir-rwol tagħhom?!
Hemm minn se jiltaqa’ ma’ ħbieb antiki ħafna!
Il-blind date se tkun hemm ukoll!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
by skoperta.net | 30/Apr/22 | Mużika, Televiżjoni, Varjetà
L-atturi Antonella Galea Loffreda u Charles Sammut, il-kantanti Gail Attard, Lara Dimech u Michela Galea kif ukoll l-illużjonista Alfred Mifsud se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.
Bi preżentazzjoni ta’ Corazón Mizzi din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 60 u s-snin 2000.
Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.
Din il-ġimgħa jkomplu s-semi final tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.
Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.