Il-Missjoni Tagħna
“Skoperta huwa sit elettroniku indipendenti li l-għan prinċipali huwa li permezz tiegħu nwasslu intervisti, artikli, stejjer, aġġornamenti lokali u internazzjonali, informazzjoni u dak kollu li hu ta’ interess għall-pubbliku. Il-kwalità kif ukoll il-kontribut tal-pubbliku f’dan il-proġett jiddefinixxu l-identità ta’ Skoperta. Naspiraw li mhux biss nipprovdu materjal ta’ kwalità iżda li jirnexxilna nkunu parti mill-ħajja tas-segwaċi u l-qarrejja tagħna, u nagħmlu differenza.“
Merħba,
Jiena Roberta
(Direttriċi u Editriċi)
Data tat-twelid: 09/08/90
Twelidt u għext parti kbira minn ħajti ġewwa San Gwann sakemm kelli 17-il sena.
Passjonijiet tiegħi: Ġurnaliżmu, kitba, drama u mużika.
Għamilt ‘il fuq minn mitt intervista u artiklu. Ħdimt ma’ diversi personalitajiet lokali, magħrufa u oħrajn inqas magħrufa.
Kelli partijiet żgħar fis-sensiliet F’Salib it-Toroq, Iċ-Ċaqqufa u Qalb in-Nies, u partijiet ikbar f’Tereża u Santa Monika.
Ħadt sehem ukoll f’vidjo mużikali tal-kantant Sebastian Calleja.
Ambizzjonijiet: Inkompli nitħarreġ u nevolvi f’xogħli u dak kollu li nagħmel. Kif ukoll inwettaq proġetti oħra relatati mal-passjonijiet u l-
personalità tiegħi.


Merħba,
Jiena Janice
(Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali)
Data tat-twelid: 29/02/2000
Twelidt u għadni noqgħod il-Fgura.
Passjonijiet tiegħi: Dak kollu relatat mal-kitba.
L-interess tiegħi fil-ġurnaliżmu nibet minn snin ilu iżda qatt ma kelli l-opportunità li ninvolvi ruħi f’dan il-qasam. Permezz ta’ Skoperta qed jirnexxili nagħmel dan.
Nistudja l-kummerċjalizzazzjoni.
Ambizzjonijiet: Inkompli navvanza f’xogħli u u fil-ħajja personali tiegħi.