Select Page
Il-Papa Franġisku jwiegħed ġustizzja għall-vittmi ta’ abbuż sesswali wara l-aħħar rapporti li ħarġu

Il-Papa Franġisku jwiegħed ġustizzja għall-vittmi ta’ abbuż sesswali wara l-aħħar rapporti li ħarġu

Il-Papa Franġisku wiegħed ġustizzja għall-vittmi ta’ abbuż sesswali minn membri tal-Knisja Kattolika wara li rapporti żvelaw li l-Papa Emeritus Benedittu XVI naqas milli jaġixxi f’erba’ każi ta’ abbuż meta kien Arċisqof ta’ Munich, il-Ġermanja.

Il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-membri tal-uffiċċju tal-Vatikan li jieħu ħsieb każijiet ta’ abbuż sesswali.

Fid-diskors tiegħu, il-Papa ma semmiex dak li ġie żvelat mir-rapport dwar kif l-arċidjoċesi ta’ Munich trattat każijiet ta’ abbuż mill-1945 u l-2019, iżda qal li l-knisja qed tkompli tiddixxerni t-triq ‘il quddiem fl-iskandlu tal-abbuż, li skredita lill-ġerarkija Kattolika fil-Vatikan u madwar id-dinja.

Huwa qal li l-knisja, bl-għajnuna t’Alla, qed twettaq l-impenn b’determinazzjoni soda li sseħħ ġustizzja mal-vittmi ta’ abbuż mill-membri tagħha, billi tapplika b’attenzjoni u rigorożità partikolari għal-leġiżlazzjoni kanonika prevista.

Ittra li Suldat tat-Tieni Gwerra Dinjija kiteb lil ommu waslet 76 sena wara li ntbagħtet

Ittra li Suldat tat-Tieni Gwerra Dinjija kiteb lil ommu waslet 76 sena wara li ntbagħtet

Ittra mibgħuta minn suldat Amerikan lil ommu f’Massachusetts waslet 76 sena wara li ntbagħtet!

Is-suldat John Gonsalves, li dak iż-żmien kellu 22 sena, kiteb ittra lil ommu f’Woburn waqt li kien stazzjonat fil-Ġermanja fis-6 ta’ Diċembru tal-1945, wara t-tmiem uffiċjali tat-Tieni Gwerra Dinjija.

L-ittra b’mod intilfet u baqgħet ma waslet qatt għand ommu. Fil-fatt baqgħet magħluqa għal tliet kwarti ta’ seklu sakemm ġiet skoperta f’faċilità ta’ distribuzzjoni tas-Servizz Postali tal-Istati Uniti f’Pittsburgh.

“Għażiża ommi, illum irċevejt ittra oħra mingħandek u ninsab kuntent li kollox sew,” tgħid l-ittra. “Min-naħa tiegħi, jien ninsab tajjeb u sejjer tajjeb. Imma l-biċċa l-kbira, l-ikel huwa pjuttost ħażin.”

Huwa ffirma l-ittra: “Imħabba u bews, ibnek Johnny. Narak dalwaqt, nittama.”

Omm Gonsalves ilha ħafna mejta, iżda kien irnexxielu jerġa’ jaraha. Wara l-gwerra, mar lura d-dar mal-familja u l-ħbieb tiegħu f’Woburn, u fl-1949 iltaqa’ ma’ Angelina. Iżżewġu fl-1953, kellhom ħames ulied, u baqgħu flimkien sal-2015, meta Gonsalves miet fl-età ta’ 92 sena.

Il-faċilità ta’ distribuzzjoni tas-Servizz Postali tal-Istati Uniti rnexxielhom isibu l-indirizz ta’ Angelina u wasslulha l-ittra.

Hija qalet li ma setgħetx temmen u li wara 6 snin mingħajr ir-raġel tagħha, din hija xi ħaġa sabiħa ħafna għaliha, li qed taqra l-kitba tiegħu. Żiedet tgħid li ħassitha daqs li kieku reġa’ ġie lura.

Enable Notifications    OK No thanks