Select Page
UE: Iċ-ċertifikat tal-vaċċin irid jiġġedded kull 9 xhur

UE: Iċ-ċertifikat tal-vaċċin irid jiġġedded kull 9 xhur

Il-Kummissjoni Ewropea adottat regoli relatati maċ-ċertifikati tat-tilqima tal-Covid-19.

Iċ-ċertifikat tat-tilqima jrid jiġġedded kull 9 xhur, preċiżament wara 270 ġurnata.

L-għan ta’ dan huwa li jiggarantixxi li l-miżuri tal-ivvjaġġar ikomplu jiġu kkoordinati, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew wara l-aħħar laqgħa tiegħu li saret fis-16 ta’ Diċembru.

Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw li r-restrizzjonijiet ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli hekk kif ukoll kriterji oġġettivi.

Il-Kummmisjoni Ewropea qalet li ċ-ċertifikat diġitali tal-Covid-19 kien suċċess, għaliex ikompli jiffaċilita l-ivvjaġġar sikur għaċ-ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea matul dawn iż-żminijiet tal-pandemija.

S’issa, inħarġu 807 miljun ċertifikat fl-UE. Iċ-ċertifikat diġitali stabilixxa standard globali b’madwar 60 pajjiż u territorju madwar ħames kontinenti ssieħbu mas-sistema s’issa.

Ir-regoli l-ġodda għall-ivvjaġġar ġewwa l-UE jarmonizzaw ir-regoli differenti madwar l-Istati Membri. Dan il-perjodu ta’ validità jqis il-gwida taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, li tirrakkomanda t-teħid tal-booster sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tlestija tal-ewwel sensiela ta’ tilqim.

Aktar kmieni dan ix-xahar, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li fiż-żmien li ġej il-booster se jkun inkluż fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin mal-kumplament tad-dożi.

Is-Snin 60 u 70 waqt The Entertainers tal-lejla – Min se jkunu l-mistednin?

Is-Snin 60 u 70 waqt The Entertainers tal-lejla – Min se jkunu l-mistednin?

Il-personalitajiet Ivan Gaffiero u Therese Ann Cachia, il-kantawtur u artist Frank O’Neill, il-kantanti Pierre Zammit, u Tiziana Calleja, se jkunu fost il-mistednin ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci, din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċenji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin sittin u s-snin sebgħin.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistednin li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettaturi.

Din il-ġimgħa wkoll jingħata bidu għall-ewwel fażi tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenege.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Filmat: Peppi jitkellem dwar il-liġi proposta minn Marlene Farrugia dwar l-abort

Filmat: Peppi jitkellem dwar il-liġi proposta minn Marlene Farrugia dwar l-abort

Għal darb’oħra, Peppi reġa’ wassal il-ħsibijiet tiegħu fuq il-kwistjoni tal-abort.

Permezz ta’ filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank, Peppi tkellem dwar il-liġi li ġiet proposta ftit jiem ilu minn Marlene Farrugia dwar l-abort, fejn huwa qal li din il-liġi tippermetti li tagħmel abort matul id-9 xhur tat-tqala, u allura dan ifisser li anki sa siegħa qabel ma titwieled it-tarbija.

Qal ukoll li r-raġunijiet li qed jingħataw għal din il-liġi mhumiex validi biżżejjed. Għar-raġuni li n-nisa li jwettqu l-abort m’għandhomx imorru l-ħabs huwa wieġeb li filwaqt li l-pożizzjoni tiegħu tibqa’ dejjem li m’għandhiex tintbagħat il-ħabs, f’60 sena ma marritx mara waħda l-ħabs minħabba l-abort.

Żied jgħid li huwa qiegħed jiddefendi lill-persuni kollha, lin-nisa, inklużi l-20 miljun mara li kull sena ma jitħallewx jitwieldu.

Enable Notifications    OK No thanks