Imut il-mużiċist u rappreżentant tal-Eurovision Chris Scicluna

Imut il-mużiċist u rappreżentant tal-Eurovision Chris Scicluna

Il-kantanta u rappreżentantatriċi tal-Eurovision Song Contest Moira ħabbret il-mewt ta’ żewġha Chris Scicluna aktar kmieni llum. Huwa miet fl-età ta’ 62 sena.

Permezz ta’ post fuq Facebook, b’qalbha maqsuma Moira sellmet lil żewġha Chris bħala missier għal binthom Michela, l-aqwa ħabib, mentor tal-mużika, traveling buddy u d-dell tagħha għal dawn l-aħħar 27 sena.

Hija rringrazzjatu tal-ħajja sabiħa li għexu flimkien mimlija mħabba, passjoni għall-mużika, avventuri u vjaġġi flimkien.

Hija qalet li qasmu ħafna esperjenzi mill-isbaħ flimkien kemm relatati mal-mużika kif ukoll bħala miżżewġin.

skoperta.net isellem il-memorja ta’ Chris u jagħti l-kondoljanzi lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib.

Filmat: Sofriet minn vjolenza domestika u sabet l-għajnuna mill-YMCA

Filmat: Sofriet minn vjolenza domestika u sabet l-għajnuna mill-YMCA

Anna, mara ta’ 62 sena u nanna ta’ tnejn, tirrakkonta dwar is-sofferenza li għaddiet minnha meta sfat vittma ta’ vjolenza domestika.

B’emozzjoni u uġigħ li għadha ġġorr magħha sal-lum, Anna tirrakkonta kif wara li sfat armla ta’ età żgħira, iltaqgħet ma’ xi ħadd li miegħu għall-ewwel kollox beda sejjer sew, saħansitra anki bdew jgħixu flimkien.

Wara biss ftit xhur, bdiet tara bidla kbira fil-partner tagħha. Bidla li wasslitha għal esperjenza qarsa ta’ vjolenza domestika li affettwata kemm fiżikament kif ukoll mentalment.

Hija tispjega kif darba waħda rat in-numru tal-helpline tal-YMCA fuq it-televiżjoni u ddeċidiet li ċċempel, u minnufih sabet l-għajnuna li tant kellha bżonn u li għadha tingħata sal-lum.

Bħal Anna hemm mijiet ta’ persuni oħrajn li għaddejjin minn esperjenzi simili u differenti ta’ kull tip ta’ abbuż.

Minkejja li Anna għamlet użu mill-helpline tal-YMCA, hemm ħafna oħrajn li mhux biss jagħmlu kuntatt permezz tal-helpline iżda jirrikorru għall-YMCA minħabba li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.

Minbarra li l-YMCA tipprovdi l-għajnuna u sapport morali u psikoloġiku, tipprovdi wkoll shelter għal dawn il-persuni, iżda tant il-bżonn dejjem jiżdied aktar li waslu fi stat li ma jistgħux iżommu aktar nies minħabba problema ta’ spazju.

Għaldaqstant, għall-ewwel darba, għada 30 ta’ Mejju, il-YMCA se tkun qed ittella’ maratona ta’ ġbir ta’ fondi bit-tema ta’ soliDARjetà, sabiex tkun tista’ tkabbar Dar Niki Cassar u b’hekk ikollha aktar spazju biex tipprovdi l-għajnuna lil aktar vittmi.

Għada, minn nofsinhar sa nofsillejl, b’xandira fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, int tista’ tkun parti minn din il-maratona.

Int tista’ turi soliDARjetà u tagħti sehmek permezz ta’ donazzjoni billi ċċempel fuq:

51702068 – €15

51802007 – €25

51902073 – €50

Enable Notifications OK No thanks