Ċans ieħor biex tmur tara r-restawr tal-forka fil-ħabs li sar mir-residenti stess!

Ċans ieħor biex tmur tara r-restawr tal-forka fil-ħabs li sar mir-residenti stess!

Wara li l-maltemp li seħħ f’Novembru fixkel milli l-Forka tinfetaħ għall-pubbliku kif kien ippjanat, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qed tagħtik ċans ieħor biex tmur tara l-Forka!

Se tkun tista’ tagħmel dan, nhar it-Tlieta, it-13 ta’ Diċembru bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ wara nofsinhar.

Titlifx din l-opportunità biex tara x-xogħol li sar mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva fuq ir-restawr tal-Forka ta’ Malta.

Id-dħul huwa b’xejn minn Ġnien il-Mediterran.

Kont taf li tista’ tmur tara r-restawr tal-forka fil-ħabs li sar mir-residenti stess?

Kont taf li tista’ tmur tara r-restawr tal-forka fil-ħabs li sar mir-residenti stess?

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qed tistieden lill-pubbliku sabiex jaħtaf l-opportunità u jiġi jara l-ħidma fis-snajja’ u l-ħiliet tar-residenti fir-restawr tal-forka li tinsab ġewwa l-ħabs ta’ Kordin.

Minbarra r-restawr tal-forka li sar mir-residenti stess, qabel l-entratura, minn Ġnien il-Mediterran, wieħed jista’ jixtri prodotti bnini tal-ħelu bħal doughnuts, pudina, pasti ħomor u oħrajn, magħmula mill-forn tal-ħabs stess.

Għad għandek ċans mil-lum sa nhar il-Ħadd is-27 ta’ Novembru, mid-9 ta’ filgħodu sal-5 ta’ wara nofsinhar.

Filmat: Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi

Titlifx din l-opportunità unika!

Il-priġunieri se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ wliedhom ‘il bogħod mill-ħabs

Il-priġunieri se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ wliedhom ‘il bogħod mill-ħabs

Fi żmien ftit ġimgħat oħra, se jibda jkun possibbli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikunu jistgħu jibdew jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma’ wliedhom f’binja apposta fil-Marsa, ‘il bogħod mill-ħitan tal-istess faċilità taħt il-ħarsien ta’ professjonisti soċjali.

Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa’ tfal f’ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda se jkun assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta’ sigurtà. Din l-inizjattiva se tkun qed titwettaq mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza b’kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl.

F’sessjoni ta’ informazzjoni mal-mezzi tax-xandir, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri stqarr kif għal ħafna snin kien kien hemm l-idea li jkun hemm post aħjar fejn il-ġenituri li qed jiskontaw sentenza jiltaqgħu mat-tfal tagħhom għaliex wieħed jifhem li l-esperjenza ta’ ħabs mhux il-post ideali għat-tfal.

“Nifhmu li ħafna drabi jkun xokk għat-tfal li jaraw lil xi ħadd mill-ġenituri tagħhom fil-ħabs u huwa għalhekk qed nimplimentaw din l-idea flimkien mal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl”, saħaq il-Ministru. Il-Ministru Camilleri spjega kif ħabsijiet oħra madwar l-Ewropa għażlu li tkun parti mill-istess faċilità, iżda hawnhekk ittieħdet id-deċiżjoni li jkun post lil hinn mill-faċilità.

Min-naħa tiegħu ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl George Busuttil qal li wara l-esperjenza ta’ proġett ieħor li għaddej, dak tal-Locked Out, li huwa proċess ta’ terapija u għajnuna lill-qraba u tfal ta’ priġunieri, il-fondazzjoni riedet tagħmel il-pass li jmiss. “Se nkunu qed nużaw ftit logħob, ambjent iktar kwiet u aktar ta’ dar, biex permezz ta’ interazzjoni diretta u attenzjoni minn professjonisti li se jkunu hawn waqt is-sessjonijiet, se naraw li jsiru laqgħat tajbin bejn it-tfal u l-ġenituri,” spjega Busuttil.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni sostna li permezz ta’ dan il-proġett se jaraw li t-tfal iżommu kuntatt dirett u adegwat mal-ġenituri u bl-istess mod anke l-ġenituri jżommu kuntatt tajjeb mat-tfal. Dan se jwassal sabiex meta tasal dik il-ġurnata li ż-żewġ partijiet jingħaqdu flimkien fil-ħajja ta’ kuljum ikun hemm diġà ħidma fuq ir-relazzjoni tagħhom.

F’intervent ukoll waqt l-istess attività, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Robert Brincau sostna li l-Aġenzija qed turi tabilħaqq kemm temmen fi proċess tajjeb ta’ rijabilitazzjoni. Huwa spjega kif l-għan ewlieni huwa li fi ftit ġimgħat oħra jibdew l-ewwel viżti wara li jkun tlesta x-xogħol kollu li fadal mil-lat ta’ sigurtà u sorveljanza.

“Se naraw li nibdew bi ftit priġuniera, li sintendi jkunu eleġġibli, wara li jsir l-assesjar neċessarju b’mod intern u b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u l-professjonisti”, qal Robert Brincau filwaqt li spjega kif se tiżdied aktar is-sorveljanza fil-Faċilità biex jitnaqqsu l-abbużi filwaqt li qabel kull sessjoni se jiġi assigurat li jsir l-iċċekjar u l-verifika kollu meħtieġ mhux biss fil-binja iżda anke fil-madwar.

Enable Notifications OK No thanks