L-attriċi Stefania Attard Vella ssellem lil oħtha Mariel Galea Vella f’għeluq is-sentejn u sitt xhur minn mindu ħalliet din id-dinja, permezz ta’ poeżija emozzjonali li tirrifletti l-uġigħ li ġġib magħha l-firda u l-imħabba bla limitu, li flimkien mal-memorji, jgħaddu kemm jgħaddu snin, jibqgħu għal dejjem.
Għażiża oħti llum ġa sentejn u sitt xhur Kemm hu kiefer għalina dan id-dulur ma għadekx magħna ħallejtna għallarrieda kiefra wisq din il-firda qerrieda
Jgħaddi kemm jgħaddi hemm jibqa’ l-uġigħ b’qalbna mnikkta, vojt kbir, min jista’ jimlieh u mhux veru li jtaffi ż-żmien nerġgħu ngħixu l-mument kuljum, kullimkien
Kemm insemmuk f’kull ħaġa li nagħmlu niftakru, nitbissmu u spiss anke nibku kemm hu iebes għażiża li ngħixu mingħajrek meta ħlief ġid ma rajniex mingħandek
Karattru bħal tiegħek dejjem tferraħ in-nies kif stajna qatt aħna ma nħobbukx bla qies ċerti li fil-ġenna qed tagħmel l-istess tferraħ u tnissel tbissima, f’kulħadd turi interess
Kemm nixtieq li għal darba, nreġġa lura ż-żmien u imqar tgħanniqa oħra ntik bla tmiem inbusek u ngħidlek li nħobbok immens kif dejjem kont nagħmel fil-veru sens
B’fidi kbira nemmen li tkun magħna kuljum inkellmek u nitolbok tieħu ħsiebna mal-jum Tħallina qatt għażiża tagħna ibqa’ ħu ħsiebna u ibqa’ magħna sa ma niltaqgħu miegħek fil-ġenna qalbna maqsuma se tibqa tistenna. Inħobbuk għal dejjem Sis x x x x
Hawn min jgħid li r-rabja hija kurazza li tipproteġina mill-għemil ħażin ta’ ħaddieħor. Hawn min isostni li r-rabja hija velenu li jħassarlek saħħtek.
Dan forsi minnu, u forsi le; li hu żgur hu li wara r-rabja dejjem ikun hemm moħbija emozzjonijiet oħra. Inti forsi taħseb li qed tirrabja ma’ xi ħadd, imma dak il-ħin ma tkunx qed tqis is-sentimenti li tqajmu fik. Din insejħulha l-Anger Iceberg, għax naraw biss li jidher, u d-dwejjaq, il-mistħija, id-dipressjoni, u l-biża’ ma jidhrux.
Ir-rabja ġġiegħel id-demm jiċċirkola f’idejna, ir-rata tat-taħbit tal-qalb tiżdied, u l-ormoni, fosthom l-adrenalina, joħloqu spinta t’enerġija u hawn tidħol l-espressjoni Ingliża “fight or flee”.
Hawn familji fejn ir-rabja ma titħalliex teżisti; kulħadd irid iżomm l-emozzjonijiet negattivi msakkrin fih; u meta niltaqgħu magħhom f’xi ħaddieħor, niksħu.
Identifika s-sentimenti li mhux qed jidhru; Antida tirrabja għax xi ħadd ipparkja fejn soltu tipparkja hi. Imma fil-fatt, illum għeluq sninha, u ħadd ma ftakar.
Janet irrabjata għax il-kolazzjon tal-iskola illum bil-perżut, mhux bil-mortadella; imma fil-fatt, Shanice għaddietha b’żewġ marki fit-test tal-Germaniż. Irene irrabjata għax ix-xita xarbitilha l-ħasla. Imma fil-fatt, qed tibża’ li għandha kanċer. Sophia irrabjata għax inkisrilha difer. Imma fil-fatt, qed tħoss li hi biss, minn sitt aħwa, qed tieħu ħsieb il-ġenituri, “għax baqgħet xebba”.
Kultant ir-rabja tkun l-emozzjoni bażika li nuru għal xi ħaġa li ma tkunx, jew ma tmurx, kif nixtiquha aħna. Imma għalkemm din qisha xi ħaġa normali, ma tibqax hekk, jekk int tagħmel il-ħajja ta’ ħaddiehor miżerja minħabba xi ħaġa li mhux tort tagħhom, u li int ma tistax tirranġaha.
Min ikun qed jirrabja miegħek, mhux bilfors li jkun qed jirrabja għalik; imma dak il-ħin… int hemm quddiemu. Ir-rabja tgħin li dak li jkun biex ma jħossux vulnerabbli; jaħseb li int se titwaħħax, u ma tweġġgħux iżjed.
Jekk int tipprova tifhem il-kawża tar-rabja, forsi tasal biex tifhem lill-persuna li qed tirrabja. Min qed jirrabja forsi jaħseb li s-sentimenti tiegħu qatt ma jkunu indirizzati jew validati, u r-rabja hija l-frustrazzjoni li jħoss.
Jista’ jkun li r-rabja hija talba għall-għajnuna għax il-persuna tħossha megħluba minn xi sitwazzjoni li tkun fiha – abbuż, vizzji, dejn, mard, ġlied…
Jeħtieġ li meta jkun hemm ir-rabja, kemm tagħna u kif ukoll ta’ ħaddiehor, inħarsu lil hinn minnha.
Importanti li meta naraw lil xi ħadd jirrabja, la niddieħqu bih, u wisq inqas, ma ngħidulux biex jikkalma għax qed tirreaġixxi żżejjed. B’hekk, inkunu qed ngħidulu li m’għandux dritt juri li jħoss; aħseb u ara kemm se jrabbi l-kuraġġ biex jiftaħ qalbu dwar dak li mhux qed jidher.
Dan l-aħħar qamet kontroversja dwar il-fatt li wħud, inkluż il-kummissarju Ewropew għall-ugwaljanza, Helena Dalli, qed jissuġġerixxu li nbiddlu l-kelma “Milied” fl-awguri tagħna f’dan iż-żmien għal “vaganzi”, minħabba li l-kelma Milied tista’ ddejjaq lil xi wħud bi twemmin differenti.
Din il-kontroversja qajmet bosta reazzjonijiet, partikolarment ta’ rabja minn dawk li assolutament ma jaqblux li dan għandu jsir.
B’reazzjoni għal dan, Mark Laurence Zammit, qasam filmat fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, fejn staqsa kif ħafna Maltin qed jiddefendu l-Milied meta skont hu, ma fadal xejn mill-ispirtu tal-Milied.
Fost oħrajn, hu staqsa kif Malta tista’ tiddefendi u tinkwieta li mhux se tkun tista’ tiċċelebra l-festa ta’ bniedem li ġie fid-dinja biex jgħidilna la tibżgħux, meta tara l-korruzzjoni u tibqa’ b’ħalqha magħluq għax tibża’ mill-poter.
“L-ikbar farsa mhijiex li qed jeħdulna l-Milied, imma li aħna għadna naħsbu u nemmnu li vera għad fadlilhom xi Milied x’jeħdulna. X’fadlilna mill-ispirtu tal-Milied? X’qed niddefendu eżatt?” – Mark Laurence Zammit
Jekk beħsiebek torganizza xi tip ta’ festin f’dan iż-żmien ta’ festi u qed taħseb x’se tagħmel dwar l-ikel, aħna għandna soluzzjoni għalik!
Il-Maypole huwa l-għażla ideali għalik jekk tixtieq tagħmel il-festin tiegħek komplut!
Xi trid tagħmel? Faċli ħafna!
Il-Maypole għandu tim ta’ rappreżentanti li dejjem lesti biex jassistuk f’dak kollu li għandek bżonn, u jiggwidawk skont il-preferenzi u l-bżonnijiet tiegħek.
Tista’ jew iċċempel fuq 22581581 jew tibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook: Maypole, sabiex tikkonsulta u tagħmel l-ordni tiegħek.
Mod ieħor kif tagħmel l-ordni tiegħek huwa billi tidħol fuq is-sit elettroniku www.maypole.com.mt u tagħżel l-ikel li tixtieq.
Għalhekk, jekk qed tfittex ikel ġenwin, b’togħma tajba u tajjeb għal kulħadd inkluż għal dawk veġeterjani jew b’dieta speċifika, agħżel Maypole u kemm int kif ukoll il-mistednin toħorġu sodisfatti żgur!
Aħmar ħelu w’Qares, hija r-reazzjoni istintiva tal-artist Darren Tanti għall-mumenti l-aktar profondi f’ħajtu; mumenti ta’ ferħ bla qies ta’ ħajja twarrad u mumenti storiċi mqanqlin mir-riflessjoni dwar tmiem il-ħajja. Għalkemm dawn huma istanti personali fil-ħajja tal-artist, nistgħu ngħidu li kull wieħed u waħda minna jgħaddi minn episodji bħal dawn, episodji li jagħmluna dak li aħna u li jibqgħu jiġġerrew fil-kuriduri ta’ moħħna tul ħajjitna kollha. Dawn l-istejjer ngħixuhom kuljum u ta’ dan għandna prova tal-arti.
Ispirat mir-riflessjoni tiegħu stess, Tanti jagħtina xogħlijiet li jorbtu l-passat mal-preżent, f’għoqda li għalkemm mhux marbuta, ma tinħallx malajr. Ix-xogħlijiet kbar tiegħu jippreżentaw il-Kamra ta’ Fuq b’tali mod li il-viżitatur se jħossu preżenti fl-istess kuriduri ta’ moħħ Tanti, l-istess kuriduri li f’kull rokna għandhom ħsieb, emozzjoni jew xi sigriet moħbi. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet huma rappreżentazzjoni ta’ xogħlijiet minn artisti oħra, magħmula tul is-snin u li juruna kif, l-esperjenzi li l-umanità tgħaddi minnha tul il-vjaġġ mortali tibqa’ tirrepeti ruħha ad infinitum bħall-ħolqa f’idejn id-destin.
Tanti jagħmel użu b’mod estensiv tal-kulur iswed, il-ġibs u lapes abjad u żebgħa taż-żejt fuq it-tila. F’ċerti istanti, il-forom jinkixfu u joħorġu mistħija minn bejn is-saffi ta’ kulur, u f’waqtiet oħra jipproġettaw irwieħħhom bħal-logħba psikoloġika stil Rorschach. Huwa dan il-varjant mix-xogħlijiet oriġinali li jgħaqqad il-passat mal-preżent, l-esperjenzi u r-riflessjonijiet tal-predeċessuri tagħna ma’ dawk li l-artist irnexxielu jgħaqqad.
Xogħlijiet interessanti w uniċi li jgħinu l-dak li jkun isib lilu nnifsu jew, minn angolu ieħor, iġiegħlu jistenbaħ u jinduna li għal dan iż-żmien kollu kien mitluf fi ħsieb jew ħolma li kulħadd huwa parti minnha.
Il-wirja Aħmar ħelu w’Qares fetħet il-bibien tagħha nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru u se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 12 ta’ Diċembru.
Idħol fil-paġna ta’ Facebook, Il-Kamra ta’ Fuq, għal dettalji dwar il-ħinijiet tal-ftuħ.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.