Select Page
“Irċevejt dan ir-ritratt u qabiżli d-dmugħ” – Bjorn

“Irċevejt dan ir-ritratt u qabiżli d-dmugħ” – Bjorn

Ilbieraħ Bjorn qasam ritratt mas-segwaċi fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, li emozzjonah u ċertament qanqallu nostalġija.

Ir-ritratt li rċieva Bjorn juri lilu meta kien żgħir jilgħab il-futbol bħala goalkeeper.

Irċevejt dan ir-ritratt u qabiżli d-dmugħ. Lanqas għandi ritratt wieħed tiegħi fil-futbol! Kemm nimmisjah dak iż-żmien! Kont nilgħab bħala goalkeeper. L-isport kien is-serħan tal-moħħ tiegħi. Grazzi ħafna ta’ dan ir-ritratt!

Bjorn jirritorna d-dar!

Bjorn jirritorna d-dar!

Bjorn għadu kemm qasam aħbar tajba mas-segwaċi tiegħu!

Wara diversi jiem rikoverat l-isptar Mater Dei, Bjorn jinsab lura d-dar!

F’kitba li tella’ flimkien ma’ ritratt li juri lilu flimkien ma’ Maria u Dar, Bjorn qal li għada huwa jum ferm speċjali.

Dan għaliex se jiġi ċċelebrat il-5 snin anniversarju mill-ftuħ ta’ Dar Bjorn.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni, Bjorn qed jistiednek tingħaqad miegħu għada filgħaxija għal buffet fi Planet Hollywood Malta!

Fadal 20 post ieħor biss!

Jekk tixtieq tattendi, ibbukkja issa minn hawn.

Jidher li hemm xi sorpriża ppreparata wkoll!

Xaqq ta’ dawl għal Bjorn

Xaqq ta’ dawl għal Bjorn

Aħbar li kulħadd kien qed jistenna dwar Bjorn!

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Bjorn ftit tal-ħin ilu, tħabbar li jidher li minkejja t-tbatija u l-kumplikazzjonijiet li nqalgħu wara l-operazzjoni riskjuża li saret fuq Bjorn, hemm xaqq ta’ dawl.

Se nippruvaw noħorġu nhar it-Tnejn. Kemm tbatija però, imma l-ħajja hekk hi. Żgur li xejn ma jiġi faċli. Inkomplu nħarsu lejn il-ftuħ ta’ Dar Bjorn, Żebbuġ, biex inkunu nistgħu ngħinu aktar nies u b’entużjażmu nibdew naħdmu fuq Dar Bjorn Respite. Kuraġġ, ma naqtgħu qalbna qatt!

Int tista’ tkompli tgħin lil Bjorn ikompli jgħin aktar nies, minkejja t-tbatija li għaddej minnha hu, billi tagħti donazzjoni fuq:

SMS – 50618936 – € 6.99

Revolut – 79209420

BOV Mobile Pay – 79096249

Enable Notifications OK No thanks