Imbassra arja aktar kiesħa b’possibilitajiet ta’ riħ u xita għall-jiem li ġejjin

Imbassra arja aktar kiesħa b’possibilitajiet ta’ riħ u xita għall-jiem li ġejjin

Kif kien imbassar, mil-lum bdiet tinħass arja ferm aktar kiesħa milli esperjenzajna matul il-ġranet li għaddew.

Ħalbiet tax-xita laqtu wkoll diversi lokalitajiet matul il-jum.

Dan ġej minn ċiklun polari bl-isem ta’ “Thor” li laqat I-Italja u qed jolqot ukoll il-gżejjer Maltin.

Jidher li l-arja kiesħa u x-xita li jġib miegħu dan iċ-ċiklun se jkomplu jippersistu matul il-ġranet li ġejjin.

Fil-fatt, skont l-uffiċċju meteoroloġiku fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta, għal mill-inqas is-sitt ijiem li ġejjin huwa mbassar li jkollna ħalbiet tax-xita li f’xi waqtiet ikunu bir-ragħad, riħ u temperaturi baxxi. L-inqas temperatura mistennija tinżel għal 7°C.

Enable Notifications OK No thanks