Għalkemm jeżistu aktar minn tip wieħed ta’ awtiżmu, ġeneralment, l-awtiżmu jaffettwa l-komunikazzjoni, l-interazzjoni soċjali u l-mod ta’ kif wieħed jitgħallem. Jaffettwa wkoll kif wieħed jaħseb, iħoss u jġib ruħu.
Minkejja li sfortunatament, sal-lum, għad hawn min iħares l-awtiżmu bħala xi ħaġa negattiva, u li persuni li jgħixu bl-awtiżmu għandhom xi ħaġa inqas minn ħaddieħor, dan mhuwiex minnu.
Naturalment, fil-ħajja xejn mhu faċli, u kull sitwazzjoni torbot magħha diversi sfidi, iżda sfortunatament, il-mentalità msemmija hawn fuq hija ħafna drabi l-kaġun ta’ sfidi diffiċli u intoppi li persuni li jgħixu bl-awtiżmu u l-familji tagħhom ikollhom jiffaċċjaw.
Kollox jibda mill-mentalità, għaliex hija dik li tiddetermina l-kwalità tal-ħajja tal-persuna.
Int li qed taqra dan l-artiklu, tajjeb li tkun taf li:
L-interess speċjali li persuni li jgħixu bl-awtiżmu jkollhom dwar qasam jew suġġett partikolari, mhijiex “ossessjoni”. Filwaqt li huwa tajjeb li ninkoraġġixxu lit-tfal biex jitgħallmu dwar suġġetti differenti, l-interess u l-entużjażmu speċjali dwar suġġett partikolari jista’ jwassal biex ‘il quddiem jaslu għall-karriera li jixtiequ.
Persuni li jgħixu bl-awtiżmu huma onesti, affidabbli u realistiċi. L-opinjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom huma onesti. Persuni li jsibuha diffiċli biex jigdbu jew ikunu sarkastiċi u allura tista’ tafda li se jgħidulek il-verità.
Persuni li jgħixu bl-awtiżmu mhux dejjem jistgħu jikkomunikaw bil-fomm, iżda jikkomunikaw b’mod differenti. Osserva u isma’, u ċertament tagħraf dak li qed jippruvaw iwasslu. Bil-fomm mhuwiex l-uniku mod kif titkellem u tikkomunika ma’ ta’ madwarek. Ħafna drabi niffukaw fuq kif it-tfal ma jistgħux jikkomunikaw bil-fomm iżda ħafna jesprimu ruħhom permezz tal-arti, il-kitba u l-viżwali.
Persuni li jgħixu bl-awtiżmu jagħtu attenzjoni qawwija għad-dettall. Ħafna drabi kapaċi jinnutaw dettalji żgħar li oħrajn ma jindunawx bihom. Ikunu kapaċi jiffukaw fuq dettalji kkumplikati, jinnutaw u jikkoreġu żbalji li tipikament, oħrajn ma jindunawx bihom. Jistgħu jkunu wkoll kapaċi jiftakru dettalji żgħar iżda importanti ta’ avvenimenti li ħaddiehor ma jindunax bihom. Din il-karatteristika tista’ tkun importanti f’ħafna sitwazzjonijiet.
Persuni li jgħixu bl-awtiżmu jużaw is-sensi kollha biex jitgħallmu. Ħafna drabi jsibuha aktar faċli li jitgħallmu bil-prattika milli bil-kitba.
Sempliċiment għax wieħed jipproċessa s-sensi b’mod differenti, b’mod aktar qawwi minnek, ma jfissirx li hija xi ħaġa negattiva. Sens tax-xamm qawwi jew sensittività għal meta xi ħadd imiss persuna li tgħix bl-awtiżmu, ma jfissrux diżabilità.
Ħafna individwi li jgħixu bl-awtiżmu jistgħu jidhru jew jitqiesu “eċċentriċi” iżda fil-verità, il-personalitajiet uniċi jirriflettu s-sbuħija tagħhom. Ma jħossux il-bżonn li jaġixxu b’ċertu mod li s-soċjetà tistenna iżda jkunu eżattament dak li huma.
Persuni li jgħixu bl-awtiżmu jistgħu jirnexxu fil-ħajja! Huwa veru li tfal bl-awtiżmu jistgħu jkollhom bżonn aktar attenzjoni u sapport biex jifhmu sitwazzjonijiet perikolużi jew biex jitgħallem ħiliet speċifiċi, iżda bl-imħabba, gwida u tagħlim b’modi rispettużi, jistgħu jirnexxuf’dak kollu li jixtiequ jwettqu fil-ħajja!
Matul il-jiem li għaddew, ir-reġjun ta’ Marche, l-Italja, kien ikkaratterizzat b’mewġ vjolenti ta’ temp ħażin li swiet il-ħajja ta’ 10 persuni, filwaqt li tlieta għadhom neqsin. Fost il-mitlufa hemm tfajjel ċkejken, Mattia, ta’ tmien snin.
Mattia kien m’ommu, Silvia, spiżjara li kienet għadha kemm lestiet mix-xogħol. Kienu sejrin lura d-dar bil-karozza, bi ftit xita nieżla, meta ħabta u sabta mewġa kannella ġiet lejhom u kaxkrithom.
Kemm l-omm u l-iben irnexxielhom joħorġu minn ġol-karozza. Fil-fatt l-omm tħabtet ħafna biex iżżomm lil Mattia qrib tagħha, tant li idejha tbenġlu. Però dan, kien kollu għalxejn minħabba li l-forza qawwija tal-ilma, kompliet tkaxkarhom ‘l isfel, tant li qaċċtet lil binha minn sidirha.
Silvia rrakontat lill-ġurnalisti kif binha, li huwa tfajjel bl-awtiżmu u li ma jitkellimx, kien imbeżża’, u din il-biża’ kienet tidher sew f’għajnejh.
L-omm bħalissa tinsab rikoverata l-isptar, fejn għandha bidu ta’ pulmonite. Hija ġiet salvata wara li damet sagħtejn u nofs maqbuda ġo siġra. L-omm li għaddejja minn duluri kbir, qed titkarrab “Ġibuli lil ibni Mattia, lura għandi.”
Għall-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu, kif joqrob is-sajf jibda t-tħassib. Speċjalment għal dawk il-ġenituri li jridu jkomplu bir-rutina tax-xogħol tagħhom. Tħassib fuq x’servizzi jeżistu u fejn jistgħu jibagħtu lit-tfal tagħhom biex iqattgħu l-ħin matul il-ġimgħa, jieħdu pjaċir, jitgħallmu u jħossuhom parti mill-komunità bħat-tfal l-oħra.
Dwar dan tkellimna ma’ Justine Grima, omm ta’ żewġt itfal li għandhom l-awtiżmu.
Justine qaltilna li tfal bl-awtiżmu jkollhom bżonn li jżommu ċerta rutina u struttura fil-ġurnata tagħhom, u servizz fejn il-bżonnijiet tagħhom jiġu milqugħa. Sfortunament l-għażliet ta’ faċilitajiet li huma adattati għall-bżonnijiet ta’ tfal bl-awtiżmu mhumiex ħafna u mhumiex konvenjenti għal kulħadd.
“Bħat-tfal kollha hemm is-servizz ta’ SkolaSajf tal-gvern li huwa servizz pjuttost affordabbli (€25 mal-applikazzjoni) u bħala skola tista’ tagħżel fil-lokalità tiegħek li jaf tkun ta’ konvenjenza għal dak li jkun. Għalkemm SkolaSajf hija għat-tfal kolla, għal dawk it-tfal bi bżonn ta ‘shared’ LSE m’hemmx garanzija li t-tfal se jibbenefikaw minn dan is-servizz fi SkolaSajf għax jiddependi skont kemm japplikaw ħaddiema, kemm ikun hemm każijiet bi bzonn ta’ LSE eċċ.
Mill-banda l-oħra, tfal li jikkwalifikaw għall-beneficcju ta’ one-to-one LSE, jingħataw Child Support Worker individwali. Però mhux dejjem huwa l-każ li l-CSW tkun persuna kwalifikata specjalment fejn jidħlu certi abbiltajiet differenti. Ħafna mil-CSW ikunu studenti li għadhom kif bdew jew qed jistudjaw fil-qasam tal-edukazzjoni u ġieli lanqas ikunu esperjenzati. U minħabba f’hekk, għall-genituri mhijiex ta’ serħan il-mohh meta japplikaw għal dan is-servizz.
Hemm ukoll skejjel privati li joffru s-servizz ta’ Skola għas-sajf u hemm minnhom adattati u huma bbażati direttament fuq il-bżonnijiet tat-tfal, anke bħala terapija. Il-vantaġġ ta’ dawn l-iskejjel huwa li huma mmexxijin minn nies professjonali fuq dan il-qasam u l-gruppi ta’ tfal ikunu limitati, sabiex ikunu jistgħu jagħtu tagħlim u attenzjoni individwali għal kull tifel u tifla. Però peress li l-gruppi jkunu limitati, mhux dejjem għandek garanzija li se ssib post, għax l-applikazzjonijiet jittieħdu mill-ewwel u m’hawnx biżżejjed għal kulħadd. Sfortunatament dawn is-servizzi mhumiex affordabbli għal kulhadd għax jiswew il-mijiet. U meta dawn il-ġenituri diġà jħallsu l-mijiet fuq terapiji oħra li huma bżonn għat-tfal, mhux dejjem tkun possibbli jew kwazi impossibli li l-ġenituri jaffordjaw iħallsu għal servizz ieħor apparti. Kien hawn fil-passat skema tal-gvern ma’ ċerti skejjel privati fejn kienu jingħataw rimborz fl-aħħar tas-sajf fuq l-ammont tas-somma totali li titħallas għall-iskejjel tas-sajf però għal min ma jkunx jaffordja jħallas minn qabel din hija inutli, u hemm inċertezza jekk din l-iskema għadhiex teżisti jew le.”
Fl-aħħar nett, Justine qaltilna li x-xewqa tal-ġenituri tat-tfal bl-awtiżmu hija li jkun hawn aktar opportunitajiet għal servizzi għal uliedhom li huma ta’ serħan tal-moħħ u affordabbli u adattati għal dawn it-tfal. Fejn ikollhom post sigur fejn imorru jieħdu pjaċir, jilagħbu, jagħmlu ħbieb, u jilħqu l-potenzjal tagħhom.
Żgur li kemm Sefora kif ukoll Diego huma uċuħ familjari magħkom is-segwaċi, għaliex minbarra li Sefora hija influencer, hija wkoll attivista favur id-drittijiet ta’ persuni li jgħixu bl-awtiżmu.
Fil-filmat, bi tbissima ta’ sodisfazzjon titkellem dwar il-fatt li Diego, li huwa awtistiku, illum il-ġurnata kapaċi jintroduċi lilu nnifsu bħala persuna li għandu l-awtiżmu. Filwaqt li enfasizzat li l-awtiżmu mhuwiex Diego, iżda huwa parti minnu.
Hi stqarret li trid tgħixha biex tkun taf kemm hi diffiċli, kemm għall-persuna nnifisha kif ukoll għal ta’ madwarha, speċjalment għall-ġenituri.
Sefora tgħid li Diego jfisser id-dinja għaliha u ma timmaġinaw ħajjitha mingħajru. Minkejja li jkun hemm mumenti li tgħeja, Diego jagħtiha lura mħabba kbira.
Hija qalet li l-fatt li tarah jikber u jimxi ‘l quddiem bil-pass tiegħu huwa sodisfazzjon, u kull pass li jagħmel, għalihom ifisser id-dinja.
Omm Diego stqarret li l-iktar ħaġa li tbeżżagħha hi meta tiġi nieqsa hi. Spjegat li bħalissa hi tipprova tipproteġih minn kollox u tmexxih fit-triq it-tajba, u l-biża’ tagħha hi li meta tiġi nieqsa hi, Diego jsib ruħu f’soċjetà li ma taċċettahx kif inhu u li meta jikber isibha diffiċli biex ikollu l-ħbieb.
Sefora qalet li hawn ħafna ġenituri li ma joħorġux lit-tfal tagħhom li jkunu bl-awtiżmu għax jibżgħu minn dak li se jgħidu n-nies, jibżgħu li se jħarsulhom bl-ikrah u li forsi t-tfal tagħhom mhux se jġibu ruħhom sew u allura se jdejqu lin-nies li jkun hemm. Hija saħqet li dan huwa żball kbir għaliex fl-opinjoni tagħha, aktar ma t-tfal ikollhom diffikultà jġibu ruħhom kif suppost fis-soċjetà, aktar trid toħroġhom.
“Jien ma rridx biss li s-soċjetà taċċetta lil Diego kif inhu, jien, l-iktar importanti, irrid lilu li jaċċetta lilu nnifsu kif inhu għax jekk int ma tħossokx tajjeb miegħek innifsek, mhux se tħossok tajjeb fis-soċjetà.”
Sefora – Omm Diego
Sefora semmiet li ħafna drabi, tfal li jkollhom l-awtiżmu ma jkunu jistgħu jesprimu xi jkunu qed iħossu u xi jridu. Sostniet li l-Malta Trust Foundation qed tagħmel xogħol inkredibbli għaliex l-apparat li jgħin lit-tfal jikkomunikaw u jesprimu ruħhom jiswa ħafna flus.
Il-fatt li jkollok dan l-apparat li permezz tiegħu t-tfal ikunu jistgħu jikkomunikaw u jesprimu l-bżonnijiet basiċi tagħhom tnaqqas ħafna frustrazzjoni li jgħixu kuljum ħafna tfal u l-ġenituri tagħhom u jagħti serħan il-moħħ.
Sefora u Diego jirrappreżentaw ħafna tfal u ġenituri oħrajn li jgħixu din il-ħajja kuljum.
Int tista’ tagħmel il-ħajja tagħhom inqas diffiċli!
Maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Trust Foundation, illum, sa nofsillejl fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.
Agħti d-donazzjoni tiegħek permezz ta’ dawn in-numri:
51802019 – €25 51902071 – €50 BOV Mobile App – 79520040
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.