Select Page
Filmat: Kont taf li għandna parti fil-baħar magħluqa f’pixxina naturali fil-limiti tal-Qrendi?

Filmat: Kont taf li għandna parti fil-baħar magħluqa f’pixxina naturali fil-limiti tal-Qrendi?

Kont taf li Malta għandna parti fil-baħar magħluqa f’Pixxina Naturali fil-limiti tal-Qrendi?


Kont taf li din timtela’ permezz ta’ mina taħt l-ilma li minnha jidħol l-ilma baħar?


Segwu magħna din l-avventura interessanti li qasam magħna l-vlogger Angelo Caruana fejn għal ġimgħa oħra qed jurina ġawhra oħra mill-gżejjer Maltin, li ftit nies jafu biha.


Sabiex tasal għal din il-pixxina, trid tipparkja l-karozza fejn Għar Lapsi u taqbad mixja qasira direzzjoni lejn Wied iż-Żurrieq. Wieħed irid joqgħod ħafna attent minn fejn jgħaddi peress li l-kosta ta’ dawn l-inħawi hija waħda fraġli u faċli jaqa’ xi blat. Il-veduti minn hawn huma tal-meravilji b’diversi għerien żgħar, bajjiet, irdum kif ukoll xenarju mill-isbaħ tal-baħar u l-gżira ta’ Filfla.

F’dan il-filmat tistgħu taraw ukoll filmati taħt il-baħar tal-mina li tissupplixxi l-ilma baħar għal din il-ħofra fil-blat. Ġawhra naturali oħra li jekk qatt ma żort nissuġġerulek li tmur. Dejjem importanti li tuża l-passaġġi eżistenti sabiex ma tagħmilx ħsara l-post u żżomm l-ambjent nadif.

Awwissu – X’nafu dwar dan ix-xahar?

Awwissu – X’nafu dwar dan ix-xahar?

Bdejna xahar ieħor, ix-xahar t’Awwissu. Dan ix-xahar huwa meqjus bħala l-aktar xahar sħun partikolarment f’pajjiżna, iżda fl-istess waqt inkunu qegħdin ukoll noqorbu lejn tmiem is-Sajf.

Ċertament li għalina dan se jkun xahar ieħor fejn il-heatwave se tibqa’ tippersisti, iżda hija wkoll opportunità biex ingawdu aktar mis-soltu l-bajjiet sbieħ ta’ pajjiżna filwaqt li nieħdu ħsieb li nipproteġu l-ġilda tagħna mix-xemx qawwija u nixorbu ħafna ilma!

Bħal kull xahar ieħor, Awwissu għandu marbutin miegħu diversi fatti u kurżitajiet interessanti li wħud minnhom ma nkunux nafuhom.

Xi skoprejna?

Xi darba, Awwissu kien is-sitt xahar tas-sena. Fil-kalendarju Ruman oriġinali ta’ għaxar xhur, ix-xahar kien iġib l-isem ta’ Sextilis, li tfisser is-sitt xahar bil-latin. Dan inbidel madwar 700 QK, meta Jannar u Frar ġew miżjuda mal-bidu tas-sena mir-Re Numa Pompilius.

In-numru ta’ jiem tax-xahar t’Awwissu inbidel bosta drabi wkoll. Fil-kalendarju Ruman ta’ għaxar xhur, ix-xhur kollha kellhom 30 jew 31 jum, li jammontaw għal 304 jum fis-sena. Pompilius mhux biss żied Jannar u Frar fil-kalendarju, iżda huwa naqqas ukoll in-numru ta’ jiem f’Awwissu għal 29. Kien wara li Ġulju Ċesari introduċa l-kalendarju Ġiljan li n-numru reġa’ żdied għal 31 jum, u baqa’ l-istess minn dakinhar.

Aktar tard, ix-xahar ġie msemmi bħala Awgustu, f’ġieħ l-imperatur Ruman Awgustu.

Awwissu huwa wkoll xi ftit uniku, ħafna drabi. F’sena standard, m’hemm l-ebda xahar ieħor li jibda fl-istess jum tal-ġimgħa bħal Awwissu. F’sena biżestili, madankollu, Awwissu jibda fl-istess jum tal-ġimgħa bħal Frar.

Għal bosta pajjiżi fl-Ewropa, Awwissu huwa perjodu ta’ vaganza. Tant hu hekk fil-fatt, li ssib bliet Ewropej ewlenin bħal Pariġi kważi kompletament vojta min-nies tal-post. Naturalment, xorta waħda jkunu ippakkjati bit-turisti f’dan iż-żmien tas-sena!

Fl-emisfera tat-tramuntana, Awwissu huwa meqjus bħala l-aħħar xahar tas-sajf. Fl-emisfera tan-nofsinhar, huwa l-oppost naturalment, allura huwa l-aħħar mix-xhur tax-xitwa.

Lura fi żmien l-Anglo-Sassoni, ix-xahar kien jissejjaħ Weod Monath. It-traduzzjoni tagħha” ix-xahar tal-ħaxix ħażin” hija pjuttost litterali għaliex f’dan ix-xahar il-ħaxix ħażin u pjanti oħra jikbru aktar malajr fl-emisfera tat-Tramuntana.

Fl-1 t’Awwissu, il-jum Lammas jiġi ċċelebrat bħala l-ewwel jum tal-ħsad fir-Renju Unit. Tradizzjonalment kien il-jum li fih il-qamħa maħsud kien jinħema fil-ħobż u jingħata lill-knisja. Il-ħobż kien jintuża bħala l-ħobż tat-Tqarbin għal quddiesa speċjali biex jiġi ċċelebrat il-bidu tal-ħsad. Din it-tradizzjoni spiċċat meta Enriku XIII qata’ l-konnessjoni minn mal-knisja Kattolika.

Fis-6 t’Awwissu tal-1762, inħoloq l-ewwel sandwich li qatt kien hemm, għallinqas b’dan l-isem. Kien imsemmi wara l-Earl of Sandwich meta talab dixx li jinvolvi laħam bejn żewġ biċċiet ta’ ħobż. Kif tgħid l-istorja, huwa talabha peress li kien f’nofs logħba tal-ażżard u ma riedx iwaqqafha.

Awwissu kien xahar kbir għall-Moviment għad-Drittijiet Ċivili tal-Istati Uniti. Kien fit-28 t’Awwissu tal-1963, meta Martin Luther King Jr ta’ d-diskors famuż tiegħu “Għandi ħolma” lil 250,000 persuna fuq it-tarġiet tal-Lincoln Memorial f’Washington DC. Meqjus bħala wieħed mill-aktar diskorsi emblematiċi fl-istorja tal-Istati Uniti, id-diskors tiegħu talab għat-tmiem tad-diskriminazzjoni razzjali u għal drittijiet ugwali għal kulħadd.

Dan ix-xahar għandu wkoll żewġ fjuri assoċjati miegħu, il-fjura kkulurita u vibranti tal-gladiolus u l-peprin. Il-fjura tal-gladiolus jingħad li tirrappreżenta l-ġenerożità, karattru b’saħħtu u sinċerità profonda. Il-fjura tal-peprin tirrapreżenta l-immaġinazzjoni, irqad etern u oblivion.

Bħal xhur oħrajn, hemm ħafna nies famużi u importanti li twieldu f’Awwissu. Uħud mill-aktar influwenti jinkludu Barack Obama, Usain Bolt, Sean Connery, Jennifer Lawrence u Whitney Houstan.

August huwa isem relattivament komuni għas-subien fl-Iżvezja. Fl-2014 ġie rrappurtat li huwa l-55 isem l-aktar komuni għat-trabi subien. Ironikament, 22 fil-mija biss tas-subien Żvediżi li jisimhom August twieldu fil-fatt f’Awwissu!

Il-mużika Rock tilfet leġġenda fis-16 t’Awwissu tal-1977, meta Elvis Presley ħalla din id-dinja. Minkejja li saħħtu kienet ilha sejra lura, il-mewt tiegħu kienet xokk għad-dinja.

X’inhu l-għan tal-kampanja Saving Our Blue?

X’inhu l-għan tal-kampanja Saving Our Blue?

L-għan tal-kampanja Saving Our Blue hu li tkompli teduka u tqanqal għarfien fuq l-impatt qerriedi tal-plastika u l-iskart fuq il-ħut li nieklu, l-ambjent marittimu u l-ekosistemi tal-baħar u ż-żoni naturali fejn il-baħar.

F’attività ta’ ġbir ta’ skart li saret f’Settembru li għadda nġabar aktar minn 4,250kg skart mix-xtut u l-bajjiet.

Skart li nstab fil-bajja f’temp ta’ ftit minuti

Keith Demicoli li huwa ambaxxatur ta’ din il-kampanja spjega kif minkejja li din is-sena innutaw progress speċjalment fir-rimi inqas ta’ plastik, madanakollu għadhom qed jaraw lil min ipejjep jarmi l-loqom tas-sigaretti bl-addoċċ fil-bajjiet u l-kampanja b’detriment kbir għal saħħitna minħabba li l-kimiċi li fihom (fosthom valenu tal-ġrieden) jikkomtaminaw il-baħar u l-ħut. Huwa jemmen li kampanji bħal dawn qed jagħmlu differenza biex aħna lkoll nirrealizzaw l-impatt kbir li l-azzjonijiet żgħar tagħna jħallu fuq l-ambjent u saħħitna.

Min-naħa ta’ Skoperta inħeġġu li mhux biss nirrikonoxxu l-ħidma ta’ kampanji bħal Saving Our Blue imma wkoll aħna bħala individwi naraw li nkunu parti mis-soluzzjoni u mhux mill-problema.

Enable Notifications OK No thanks