Select Page
“Din id-DAR se tkun iddedikata lil marti Maria”

“Din id-DAR se tkun iddedikata lil marti Maria”

Illum Dar Bjorn tagħlaq 5 snin minn meta nfetħet.

Għaldaqstant waqt ċelebrazzjoni, Bjorn stqarr li mil-lum din id-Dar se tkun iddedikata lil martu Maria.

Mil-lum ‘il quddiem din id-DAR ha tkun iddedikata lil marti Maria, għax-xogħol impekkabbli u għas-sapport infinit lil tatni biex tinfetaħ din l-ewwel DAR newreloġika li qatt eżistit f’Malta.

T
“Nistqarr magħkom li qed nibża'” – Bjorn

“Nistqarr magħkom li qed nibża'” – Bjorn

Bjorn għada se jagħmel operazzjoni.

Ix-xahar li għadda, Bjorn kellu bladder failure minħabba l-ġebla. Huwa kellu intervent żgħir iżda għada se ssirlu operazzjoni.

Dalgħodu huwa mistenni jieħu xi testijiet tad-demm u stqarr magħna l-biża li għandu.

Fi triqitna lejn l-isptar, illum ser issiru t-testijiet tad-demm biex jekk ikunu tajbin għada nagħmel l-operazzjoni. Nistqarr magħkom li qed nibża’ u nħossni eċitat ħafna.

Bjorn tinsab fil-ħsieb tagħna.

“Iddedikajt ħajtek biex tgħinni” – Bjorn

“Iddedikajt ħajtek biex tgħinni” – Bjorn

Illum jaħbat għeluq snin ta’ Maria.

Għaldaqstant, Bjorn kiteb messaġġ biex jirringrazzjaha għad-dedikazzjoni u l-imħabba li għandha lejh u lejn il-pazjenti.

“Grazzi talli dejjem kont hemm biex tgħinni fil-ħolm, xewqat tiegħi u l-bżonnijiet ta’ DAR ukoll. Sa mill-bidu nett iddedikajt ħajtek biex tgħinni u tgħin lill-pazjenti kollha li niltaqgħu magħhom. Tagħmel dan mhux bħala xogħol imma b’dedikazzjoni kbira. Grazzi ħafna.”

Nawguraw lil Maria xewqat sbieħ.

Illum il-maratona b’risq Dar Bjorn Respite!

Illum il-maratona b’risq Dar Bjorn Respite!

Dalgħodu qomna b’aħbar sabiħa ħafna. Fil-fatt fuq il-paġna ta’ Facebook Bjorn kiteb li ħa jkun fil-maratona b’Risq Dar Bjorn Respite.

Wara 21 ġurnata ġewwa l-isptar Bjorn ħareġ u qiegħed fi triqtu biex imur għall-Maratona. Huwa żied jgħid: “Jien hekk …ma naqtax qalbi! Illum niċċelebraw festa ta’ għajnuna lill-persuni Maltin b’mard newroloġiku. Jien ser inkun hemm! Flimkien se NGĦINU AKTAR.”

Huwa rringrazzja wkoll lit-tobba, infermiera u l-istaff kollu ta’ Mater Dei tas-servizz impekkabbli, waqt li huwa kien rikoverat l-isptar.

Issa, ejjew nagħmlu l-parti tagħna u ngħinu lil Bjorn Formosa jiftaħ Dar Bjorn Respite ħalli jkompli jgħin iktar nies.

Intom tistgħu tgħinu billi tagħtu d-donazzjoni tagħkom permezz ta’:

🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249
✉️ SMS – 50619271 – €11.65 👉 https://bit.ly/SMSdonation1165

☎️ CALL – 51802018 – €25 👉 https://bit.ly/CALLdonation25e
☎️ CALL – 51902075 – €50 👉 https://bit.ly/CALLdonation50e

💻 Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite

“Xi kultant naħsbu fil-pazjent u ninsew lill-familja”

“Xi kultant naħsbu fil-pazjent u ninsew lill-familja”

Bħal-lum ġimgħa se tittella’ l-maratona ġbir ta’ fondi b’risq Dar Bjorn Respite.

Bħal-lum ġimgħa jkollna 25 u kumbinazzjoni l-kamra li fiha qiegħed Bjorn l-isptar hija 25.

Fuq Facebook, il-ħbieb ta’ Bjorn spjegaw kemm ġraw affarijiet dawn il-ġimagħtejn! “Imma Bjorn jaħseb għal kollox u jaħdem minn ħafna qabel. Bjorn organizzat immens u dejjem jara li mhu qed jinsa xejn.”

Il-ħidma ta’ Bjorn u Maria baqgħet għaddejja. “Komplew jaraw li r-residenti ta’ DAR Bjorn Qormi ma jonqoshom xejn. Kif ukoll it-300 pazjent ġo djar tagħhom komplew jipprovdu s-servizz meħtieġ.”

L-għan tal-maratona hu li jinġabru flus għal DAR Bjorn respite. “Fih ser jilqa’ pazjenti b’mard newreloġiku għal żmien temporanju sakemm il-membru tal-familja jerġa’ jieħu saħħtu lura. Xi kultant ħafna naħsbu fil-pazjent u ninsew li l-familja tbati wkoll.”

Tista’ tagħti donazzjoni;

➕ BOV Mobile Pay – 79096249
➕ SMS – 5061 8936 – €6.99 👉 https://bit.ly/HelpBjorn699
➕ CALL – 51802018 – €25 👉 https://bit.ly/CALLdonation25e
➕ Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite

Enable Notifications OK No thanks