Żejt għall-qali (Irid ikollok tal-anqas żewġ pulżieri żejt ġo kazzola jew taġen fond)
Metodu:
L-ewwel ibda billi tipprepara kollox.
Fi platt fond ħawwad il-castor sugar mas-cinnamon.
Ġo skutella kbira itfa d-dqiq, il-baking powder u l-melħ. Ħawwadhom sew.
F’buqar ħawwad sewwa l-misħun jagħli u ż-żejt taż-żebbuġa.
Issa ferra’ t-taħlita tal-misħun u ż-żejt ġol-iskutella li fiha t-taħlita tad-dqiq.
Ħawwad sew sakemm ikollok taħlita qisha pejst.
Imla ‘piping bag’ bit-taħlita tal-pejst. Preferibilment il-piping bag ikollu nozzle forma ta’ stilla.
Saħħan iż-żejt fir-reċipjent li se tuża biex taqli. U kif jibda jagħli sew, itfa’ t-taħlita ftit ftit direttament minn ġol-piping bag għal ġoż-żejt ibaqbaq.
Aqli sakemm jiħmaru minn kull naħa.
Imbagħad tellagħhom bil-mod b’imgħarfa mtaqqba.
Poġġihom fuq karti tal-kċina għal ftit sekondi u għaddihom mit-taħlita taz-zokkor u s-cinnamon sakemm jinksew sew.
Servihom sħan ma’ ċikkulata mdewba jew ġelat.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Imma jiena ma’ stajtx nifhem għalfejn. Is-soltu kien iħallini niġri ftit fil-ġnien, iżda llum reġa’ poġġieni fis-sodda tiegħi. Rajt wiċċu nkwetat, hekk kif mar fil-kċina u ġab dak il-bott li kellu kelb fuqu. Il-bott favorit tiegħi, li malli jiftħu tgħidx kemm kienet toħroġ riħa tfuħ! Iżda le, ma ħarġitx riħa tfuħ minnu. Anzi bejnietna, donnu narah biss kien qed idejjaqni. Għalkemm Kurt poġġieh fi plattina nadifa, maġenb buqar ilma frisk qrib is-sodda tiegħi, ħarist in-naħa l-oħra għax ridtu jinduna li ma kellix ġuħ. U kien dak il-ħin, dak il-ħin, li bdejt inħoss il-bard. “Trid kutra?” staqsieni, għajnejh ileqqu bid-dmugħ. Tgħid għalfejn kien beda jibki? Tgħidx kemm ħassejtni ħażin! Verament kienet tinqasam qalbi, kull darba li kont narah imdejjaq. Iżda dak il-ħin………………… Dak il-ħin kien imdejjaq iżjed mis-soltu! Rajtu sejjer iġibli kutra żgħira, b’rasu baxxuta lejn l-art, ħsejjes ta’ qsim il-qalb ħerġin minn fommu. U malli ħassejt il-kutra fuq dahri, ħassejt il-wens………….ħassejt wens kbir, speċjalment xħin Kurt beda jħokkli wara widnejja! Bla ma rrid, eżatt malli jogħrokli dik il-parti fina, kienet tiċċaqlaq saqajja mingħajr ma ninduna! Kont nagħlaq għajnejja u nieħu gost! Iżda llum, sieqi donnha ċċaqalqet bilmod aktar mis-soltu. Donnha kienet xi ftit għajjiena bħall-kumplament ta’ ġismi kollu. Għalaqt għajnejja u erġajt irqadt. Sadanittant kont naf li Kurt kien qed iċempel lil xi ħadd bil-mobajl. Smajt leħnu fil-viċin, imbagħad fid-distanza. Ħassejtni trankwill. Rilassat. U għajjien ħafna. Ħallejt in-ngħas jieħu kontroll ta’ ġismi kollu. Imbagħad stenbaħt għax smajt taħbita ħafifa mal-bieb ta’ barra. Is-soltu kont inqum ninbaħ, nifraħ u nħossni mħasseb għal min seta kien hemm hemm barra, kollox fl-istess ħin.
Kważi l-platti kollha tal-għaġin Taljani jeħtieġu vera ftit ingredjenti … u l-Carbonara mhix eċċezzjoni! Tjubija fis-sempliċità!
Għandek bżonn – (għal 4 porzjonijiet):
400g spagetti 200g guanciale, maqtugħ f’biċċiet żgħar irqaq 4 bajdiet 100g ġobon pecorino romano maħkuk Bżar skont il-gosti tiegħek
Metodu:
Imla borma kbira bl-ilma, żid ftit melħ, u poġġiha fuq in-nar waqt li tipprepara l-ingredjenti l-oħra.
Imbagħad saħħan taġen fond nonstick u aqli l-guanciale fix-xaħam tiegħu stess sakemm isir iqarmeċ.
Ħallih fit-taġen u warrbu għal issa.
Ġo buqar ħawwad il-bajd, il-ġobon, u ftit bżar sakemm ikollok zalza qisha krema. Warrabha.
Agħlli l-ispagetti għal madwar 12-il minuta sakemm isir ‘al dente’.
Ħames minuti qabel ma l-ispagetti jkun sar, poġġi t-taġen bil-pancetta fuq nar medju u żid miegħu żewġ imgħaref mill-ilma tal-għaġin. Ħawwad u ħalliha ttektek.
Warrab tazza mill-ilma tal-għaġin fil-każ li jkollok bżonn tuża ftit aktar tard.
Saffi l-għaġin u immedjatament żidu ġot-taġen mal-pancetta u x-xaħam tagħha.
Ħawwadhom sew għal madwar 2 minuti fuq nar qawwi.
Issa għall-parti delikata – trid tgħaġġel!
Meta l-guanciale u l-ispagetti jitħalltu sew u jkunu sħan sew, itfi n-nar imma ħalli t-taġen fuq l-istess burner, biex jibqgħu fuq is-sħana.
Jekk tħalli n-nar mixgħul, il-bajd se jissajjar wisq u jiġi qisu scrambled eggs.
Kif titfi n-nar, mejjel it-taġen biex l-ispagetti jaqa’ għal naħa waħda, u ferra s-sauce tal-bajd u l-pecorino fuq l-ispazju vojt.
Issa ħawwad malajr kemm tista’ sabiex il-bajd ikun totalment inkorporat fl-ispagetti mingħajr ċapep.
Il-konsistenza hija importanti ħafna. Jekk tara li huwa niexef wisq meta tkun qed tħallat, żid ftit imgħaref mill-ilma li warrabt tal-għaġin.
Jew, jekk hemm wisq likwidu, żid mgħarfa ġobon.
Servi immedjatament.
Żejjen bi ftit biċċiet ta’ guanciale mqarmċin, pecorino maħkuk u bżar.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.