Select Page
“Il-Mulej salvak” – Omm Fabrizio

“Il-Mulej salvak” – Omm Fabrizio

Illum Fabrizio Faniello qed jiċċelebra jum speċjali.

Fuq Facebook huwa kiteb, “Illum jum speċjali għalija. Kuntent b’dak li rnexxieli nikseb u dejjem grat għal dawk li emmnu fija u kienu hemm għalija. Emmen fik innifsek u staqsi dejjem għall-grazzji tiegħU. Qatt mhu tard.”

F’kumment, ommu, Anna Faniello kitbitlu, “Proset ibni. Kompli żomm sod u tħalli xejn jfixxklek. Il-Mulej salvak għax int emmint fil-ħniena tiegħu. Kulħadd jiżbalja. L-importanti li terġa’ temmen fik u tqum fuq saqajk. Grazzi kbira lil kull min kien hemm għalik għax għenuk terġa’ tgħix. GRAZZI. Inħobbok Fabrizio. Jien dejjem hawn għalik ibni.”

Snin ilu fuq Xarabank, Fabrizio kien qasam li kien vittma tad-droga u kif bl-għajnuna ta’ Caritas ħareġ minn dan il-vizzju.

Monsinjur Victor Grech jirbaħ il-Premju Anzjanità Attiva

Monsinjur Victor Grech jirbaħ il-Premju Anzjanità Attiva

Ġurnata qabel il-maratona tal-Caritas bit-tema “Bil-qalb kollha“, il-Monsinjur Victor Grech rebaħ il-Premju Anzjanità Attiva.

Il-Monsinjur Victor Grech għandu 92 sena, u huwa s-saċerdot li waqqaf il-Caritas, li tgħin ħafna nies bil-problemi tad-droga u l-familji tagħhom.

Fis-serata tal-premjazzjoni huwa ġie deskritt bħala persuna li b’ħidmietu kuljum jiġġieled il-faqar, jippromwovi l-iżvilupp uman u l-ġustizzja soċjali, hu ta’ spalla għal persuni b’vizzji u dawk li qed isegwu programmi ta’ rijabilitazzjoni, ma waqaf qatt jaħdem matul dawn is-snin kollha u għadu direttur spiritwali ta’ ħafna sal-ġurnata tal-lum.

Huma ħafna li jqisu lill-Monsinjur Victor Grech bħala pilastru f’ħajjithom.

“Illum għandi 92 sena u għadni kuntent bil-ħajja għax il-ħajja hija sabiħa ħafna. Naturalment, saqajja m’għadhomx kif kienu, għalkemm għadni nsuq kuljum, però qalbi baqgħet ċkejkna. Il-ħajja trid tkun attiv fiha, ma tridx tieqaf.” – Monsinjur Victor Grech

Ilbieraħ waqt il-maratona tal-Caritas li damet għaddejja minn nofsinhar sa nofsillejl, inġabru €268,196, li bla dubju ta’ xejn kien premju ieħor mill-isbaħ li seta’ jirċievi l-Monsinjur Victor Grech.

Filmat: Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq Caritas Malta – Maratona ta’ Mħabba – Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru

Filmat: Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq Caritas Malta – Maratona ta’ Mħabba – Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru

Caritas Malta ilha għal dawn l-aħħar 50 sena sservi lis-soċjetà bis-servizzi tagħha kollha bla ħlas.

Caritas Malta tgħin lil dawk il-persuni li fis-socjetà tagħna għandhom bżonnijiet partikolari u dejjem viċin dawk l-aktar vulnerabbli. Dan tagħmlu permezz ta’ professjonisti fil-qasam tal-ħidma soċjali permezz ta’ counselling, interventi fuq il-postijiet tax-xogħol, gruppi ta’ sapport terapewtiċi, Community outreach u servizzi kontra l-abbuż tad-droga permezz ta’ ċentri ta’ riabilitazzjoni. Caritas Malta kienet il-pijuniera li madwar 35 sena ilu bdiet b’dawn is-servizzi għal min jabbuża mis-sustanzi grazzi għall-viżjoni li kellu dak iż-żmien id-Direttur Monsinjur Victor Grech.

Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru, Caritas Malta se tkun qed torganizza Maratona ta’ Mħabba, maratona ta’ ġbir ta’ fondi li l-entità tant għandha bżonn biex tkompli tevolvi is-servizzi tagħha, liema servizzi jingħataw kollha bla ħlas.

Din il-maratona se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet viżivi kollha fejn minbarra li se jsiru appelli tal-ġbir, se jingħata wkoll għajnuna lil dawk li jċemplu li għandhom bżonn min jgħinhom.

Għal iktar informazzjoni wieħed imħeġġeġ li jċempel fuq 21331000

In-numri tad-donazzjonijiet huma:

51002035            -              €20

51902089            -              €50

Pledge Line – 21331000

How to Share With Just Friends

How to share with just friends.

Posted by Facebook on Friday, December 5, 2014
Enable Notifications OK No thanks