L-attur Taylor Kinney se jieqaf għal xi żmien minn Chicago Fire

L-attur Taylor Kinney se jieqaf għal xi żmien minn Chicago Fire

Aħbar diżappuntanti għas-segwaċi u ammiraturi tal-pumpier tant maħbub inkluż mill-Maltin, Kelly Severide ta’ Chicago Fire!

Skont diversi rapporti minn midja barranija, b’effett immedjat, l-attur Taylor Kinney se jkun qed jieqaf għal xi żmien mis-sensiela Amerikana, Chicago Fire, minħabba kwistjoni personali, iżda ma ngħatawx aktar dettalji.

L-istess rapporti qed jgħidu li l-kast u l-kru kienu infurmati nhar il-Ġimgħa b’din l-aħbar mhux mistennija. Qed jingħad ukoll li x’aktarx, il-kittieba tas-sensiela se jkollhom jiktbu mill-ġdid ċerti episodji

Kinney ilu jinterpreta l-parti ta’ Lieutenant Kelly Severide minn meta bdiet is-sensiela ta’ Chicago Fire, fl-2012. Huwa deher ukoll fl-ispin-offs, Chicago Med, Chicago PD u anki Chicago Justice, li twaqqaf wara l-ewwel staġun.

Bħalissa, Chicago Fire qiegħed fil-11-il staġun tiegħu u għadu kemm ixxandar it-12-il episodju.

Għad irridu naraw kif din l-aħbar se taffettwa l-istorja tas-sensiela, partikolarment ir-relazzjoni ta’ Severide ma’ martu, Lieutenant Stella Kidd, karattru interpretat minn Miranda Rae Mayo.

Enable Notifications OK No thanks