“Dan żgur miraklu kbir” – Bjorn

“Dan żgur miraklu kbir” – Bjorn

L-għada tal-ftuħ tat-tieni Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ, Bjorn tella’ ritratt li juri lilu, lil Maria u lil Dar jieħdu “nagħsa ħelwa” wara diversi xhur ta’ ħidma bla waqfien.

Permezz ta’ dan li Bjorn qed issejjaħlu bħala “miraklu kbir”, Bjorn u Maria se jkunu jistgħu jgħinu 30 persuna li se jgħixu fid-dar ta’ Ħaż-Żebbuġ u 13-il persuna fid-dar ta’ Ħal Qormi minn nhar it-Tnejn li ġej.

Filwaqt li fakkar llejla se jkun qed jiġi mniedi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta Ħin Misluf, Bjorn irringrazzja lil kull min għen biex l-attività tal-bieraħ tkun suċċess.

Int tista’ tkompli tgħin lil Bjorn u Maria biex ikomplu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lil ħafna nies billi tagħti donazzjoni:

SMS – 5061 9271 – €11.65
CALL – 5100 2017 – €20
CALL – 5190 2075 – €50
BOV – 79096249
Online – Donate and Help ALS Patients – Opening DAR Bjorn – ALS Malta eFundraiser

Ħolma oħra ta’ Bjorn issir realtà – Tinfetaħ Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ

Ħolma oħra ta’ Bjorn issir realtà – Tinfetaħ Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ

Ftit tal-ħin ilu, ħolma oħra ta’ Bjorn saret realtà!

Mument speċjali għal Bjorn u Maria hekk kif f’attività li għaliha attendew fost oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, infetħet uffiċjalment it-tieni Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ.

Għal din is-serata tant speċjali, attenda wkoll Peppi Azzopardi, li flimkien mal-WE Media, tant għen lil Bjorn matul is-snin sabiex il-ħolm tiegħu jsiru realtà.

Permezz ta’ din id-dar, Bjorn se jkun jista’ jkompli jgħin aktar nies li jgħixu bil-kundizzjoni tal-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra, li ma jkunux jistgħu jkomplu jgħixu fid-dar tagħhom.

Din se tkun id-dar li kull min jgħix fiha se jkollu mhux biss l-assistenza medika li jkollu bżonn iżda jkun jista’ jkompli jgħix ħajtu b’dinjità u fuq kollox, f’ambjent ta’ serħan il-moħħ u mħabba.

Bjorn jirritorna d-dar!

Bjorn jirritorna d-dar!

Bjorn għadu kemm qasam aħbar tajba mas-segwaċi tiegħu!

Wara diversi jiem rikoverat l-isptar Mater Dei, Bjorn jinsab lura d-dar!

F’kitba li tella’ flimkien ma’ ritratt li juri lilu flimkien ma’ Maria u Dar, Bjorn qal li għada huwa jum ferm speċjali.

Dan għaliex se jiġi ċċelebrat il-5 snin anniversarju mill-ftuħ ta’ Dar Bjorn.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni, Bjorn qed jistiednek tingħaqad miegħu għada filgħaxija għal buffet fi Planet Hollywood Malta!

Fadal 20 post ieħor biss!

Jekk tixtieq tattendi, ibbukkja issa minn hawn.

Jidher li hemm xi sorpriża ppreparata wkoll!

Xaqq ta’ dawl għal Bjorn

Xaqq ta’ dawl għal Bjorn

Aħbar li kulħadd kien qed jistenna dwar Bjorn!

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Bjorn ftit tal-ħin ilu, tħabbar li jidher li minkejja t-tbatija u l-kumplikazzjonijiet li nqalgħu wara l-operazzjoni riskjuża li saret fuq Bjorn, hemm xaqq ta’ dawl.

Se nippruvaw noħorġu nhar it-Tnejn. Kemm tbatija però, imma l-ħajja hekk hi. Żgur li xejn ma jiġi faċli. Inkomplu nħarsu lejn il-ftuħ ta’ Dar Bjorn, Żebbuġ, biex inkunu nistgħu ngħinu aktar nies u b’entużjażmu nibdew naħdmu fuq Dar Bjorn Respite. Kuraġġ, ma naqtgħu qalbna qatt!

Int tista’ tkompli tgħin lil Bjorn ikompli jgħin aktar nies, minkejja t-tbatija li għaddej minnha hu, billi tagħti donazzjoni fuq:

SMS – 50618936 – € 6.99

Revolut – 79209420

BOV Mobile Pay – 79096249

Maria Formosa tirbaħ il-Woman of the Year Award!

Maria Formosa tirbaħ il-Woman of the Year Award!

Ilbieraħ filgħaxija ttellgħet għall-ewwel darba is-serata tal-Mvintage Woman of the Year Award, li intrebaħ minn Maria Formosa, mart Bjorn Formosa.

Matul is-sajf li għadda, il-pubbliku kellu ċ-ċans li jivvota għall-Woman of the Year Award, imnedija mill-kumpanija rinomata l-Mvintage. Għal dan il-premju ġew nominati seba’ nisa li jinkludu: Maxine Attard, Gabi Calleja, Shelley Caruana, Angele Cuschieri, Lara Dimitrijevic, Helga Ellul u Maria Formosa. Dawn in-nominazzjonijiet intlagħu tajjeb mal-pubbliku, għall-fatt li b’kollox irċivew 11,000 vot.

Ilbieraħ, intlaħaq il-qofol permezz ta’ serata li ttellgħet apposta biex titħabbar il-mara tas-sena, organizzata mill-istess kumpanija. Mis-seba’ nominazzjonijiet, dan il-premju intrebaħ minn Maria Formosa, mara ta’ pilastru kemm għal żewġha Bjorn u kemm għall- komunità tal-ALS. Mara devota ta’ żewġha, li flimkien miegħu ħadmu bla heda biex jiftħu Dar Bjorn, dar komunitarja residenzjali li tilqa’ nies b’ALS, MS, u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra.

Wara l-premjazzjoni, spikka ħafna d-diskors li għamlet Maria: “Nixtieq naqsam dan l-unur man-nisa kollha li hemm id-dar b’pazjenti li ma jaf bihom ħadd. Nixtieq ukoll naqsam dan it-titlu ma’ mara li nammira ghax taħdem ħafna ma’ tfal morda bil-kanċer, Angele Cushieri ta’ Puttinu Cares.”

Ma setax jonqos il-kumment emozzjonali ta’ żewġha Bjorn: “Proset Maria! Bikkejtni!”

It-tim kollu ta’ Skoperta jixtieq jifraħ lil Maria Formosa għal dan il-premju tant mistħoqq. Prosit Maria! Aħna kburin bik!

Enable Notifications OK No thanks