Select Page
Il-Kap tal-PN Bernard Grech jaħtar ix-Shadow Cabinet

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jaħtar ix-Shadow Cabinet

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum ħatar ix-shadow cabinet.

Filwaqt li rringrazzja lid-deputati li servew fil-5 snin li għaddew, huwa awgura lill-kelliema l-ġodda għax-xogħol li se jkunu qed jagħmlu fis-snin li ġejjin.

Dan huwa x-Shadow Cabinet tal-Partit Nazzjonalista:

David Agius – Deputy Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali – Responsabbli mill-politika soċjali, il-politika dwar il-familja, s-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet, u s-servizzi ta’ solidarjetà.

Robert Arrigo – Kelliem għat-Turiżmu.

Robert Cutajar – Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u kelliem għas-Self Employed u Intrapriżi ż-Żgħar.

Paula Mifsud Bonnici – Assistent Whip, Kelliema għall-Anzjanità Attiva – Responsabbli mill-anzjani, is-servizzi fil-komunità u d-djar għall-anzjani.

Darren Carabott – Chairperson PAC u Kelliem għall-Gvern Lokali u l-Amministrazzjoni Pubblika – Imexxi l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.

Karol Aquilina – Kelliem għall-Ġustizzja – Responsabbli mill-Qrati, l-Avukat ġenerali, l-avukat tal-istat u n-nutar tal-Gvern.

Graziella Attard Previ – Kelliema għall-Ugwaljanza u d-drittijiet tat-tfal – Responsabbli mill-ugwaljanza, id-drittijiet ċivili, id-drittijiet umani, id-drittijiet tal-minoranzi u l-politika u d-drittijiet tat-tfal.

Charles Azzopardi – Kelliem għad-Delizzji u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja – Responsabbli mill-ħarsien u l-promozzjoni tad-delizzji tradizzjonali inkluż il-kaċċa u l-insib u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja.

Ivan Bartolo – Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-ġlieda kontra l-faqar – Responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-awtorità tad-djar u l-ġlieda kontra l-faqar.

Ivan J Bartolo – Kelliem għall-Ekonomija u ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda – Responsabbli mill-industrija, ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda, l-Airmalta, l-ekonomija diġitali u lintelliġenza artifiċjali.

Toni Bezzina – Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd – Responsabbli mill-politika rurali, is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura, is-sajd u l-akwakultura.

Graham Bencini – Kelliem għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali – Responsabbli mill-politika dwar l-isport, il-kumplessi sportivi, l-ġlieda kontra l-obesità u x-xandir nazzjonali

Bernice Bonello – Kelliema għaż-Żgħażagħ u l-fondi Ewropej.

Alex Borg – Kelliem għal Għawdex.

Eve Borg Bonello – Kelliema għat-tibdil fil-Klima.

Claudette Buttigieg – Kelliema għal-libertajiet ċivili, id-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra d-dijabete – Responsabbli mill-libertajiet ċivili, id-Djalogu Soċjali u l-MCESD u l-ġlieda kontra d-dijabete.

Ryan Callus – Kelliem għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura – Responsabbli mix-xogħolijiet pubbliċi, il-manifattura u s-servizzi u l-proġetti Infrastrutturali tal-Gvern.

Jerome Caruana Cilia – Kelliem għall-Finanzi – Responsabbli mis-settur tal-finanzi, it-tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji.

Ivan Castillo – Kelliem għas-settur Marittimu u x-Xogħol – Responsabbli mill-affarijiet Marittimi, il-freeport, il-portijiet, il-politika nazzjonali dwar ix-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi, Jobsplus u r-relazzjonijiet industrijali.

Janice Chetcuti – Kelliema għall-Ambjent, Ħolqien ta’ Spazji ġodda u Drittijiet tal-annimali – Responsabbli mill-qasam tal-ambjent, l-afforestazzjoni, il-ħolqien ta’ spazji ġodda u l-ħarsien tal-annimali.

Rebekah Cilia – Kelliema għall-Artijiet u drittijiet tal-konsumatur – Responsabbli mill-Artijiet u d-drittijiet tal-konsumatur u membru tal-Bord tal-Artijiet f’isem l-Oppożizzjoni.

Adrian Delia – Kelliem għat-Trasport, Mobilità u l-Proġetti Kapitali – Responsabbli mit-trasport, toroq, l-avjazzjoni u l-proġetti kapitali tal-Gvern.

Beppe Fenech Adami – Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ.

Graziella Galea – Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.

Joe Giglio – Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi – Responsabbli mill-intern, il-korpi dixxiplinati, l-immigrazzjoni, s-sigurtà, is-servizzi korrettivi, ċċittadinanza u r-riformi.

Mark Anthony Sammut – Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża.

Justin Schembri – Kelliem għall-Edukazzjoni.

Stephen Spiteri – Kelliem għas-Saħħa.

Ian Vassallo – Kelliem għall-kura Primarja u s-saħħa mentali.

Julie Zahra – Kelliema għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura.

Stanley Zammit – Kelliem għall-Ippjanar, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Responsabbli mill-indafa pubblika u l-manutenzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, ix-xjenza u tteknoloġija, il-kostruzzjoni u l-ippjanar tal-iżvilupp.

Fil-ġranet li ġejjin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jassenja wkoll il-ħidma fil-kumitati permanenti tal-Parlament.

Carpal Tunnel – X’inhi eżattament? U x’tista’ tagħmel jekk tħoss is-sintomi? – Dr Georgiana Farrugia Bonnici

Carpal Tunnel – X’inhi eżattament? U x’tista’ tagħmel jekk tħoss is-sintomi? – Dr Georgiana Farrugia Bonnici

Il-carpal tunnel tikkonsisti minn passaġġ dejjaq fuq il-parti ta’ quddiem tal-idejn u l-polz, li sservi bħala daħla għall-pala tal-id għal diversi tendini u kif ukoll, in-nerv medjan. In-nerv medjan għandu rwol importanti li jissupplixxi s-sensazzjoni lis-swaba, u kif ukoll li jiffaċilita l-moviment tas-suba’ l-kbir.

Is-sindromu tal-carpal tunnel għandu tendenza li jinqala’ minħabba kompressjoni kontinwa fuq in-nerv medjan. Din il-kundizzjoni tista’ tiġi preċipitata minn ċerti fatturi li jinkludu li tkun mara minħabba anatomija iżgħar tal-polz, ċerti kundizzjonijiet bħal ksur jew dislokazzjonijiet preċedenti fil-polz, artrite, dijabete, obeżità, tqala, menopawsa, disturbi fil-glandola tat-thyroid, mard tal-kliewi, u kif ukoll, permezz ta’ mozzjonijiet ripetittivi tal-idejn, li jinvolvu liwi fit-tul tal-polz waqt ħidmiet speċifiċi ta’ xogħol, bħall-użu ta’ għodod tal-kostruzzjoni, klerikali, tal-catering jew tal-parrukkiera, kif ukoll attivitajiet frekwenti oħra ta’ kuljum, bħas-sewqan, l-użu tat-telefon cellulari jew il-qari.

Is-sintomi gradwali tal-Carpal Tunnel jistgħu jinkludu sensazzjoni ta’ tnemnim jew dgħufija fis-swaba, fl-idejn, jew fid-driegħ. Ċerti individwi jistgħu jwaqqgħu oġġetti, u anke jkollhom it-tendenza li jċaqilqu idejhom sabiex itaffu dawn is-sintomi li jistgħu wkoll jiggravaw matul il-lejl jew malli wieħed iqum kmieni filgħodu.

Is-sindromu tal-carpal tunnel jista’ jinterferixxi mal-attivitajiet ta’ kuljum kif ukoll ifixkel l-irqad. Huwa importanti li wieħed ifittex parir mediku bikri, peress li jekk din il-kundizzjoni ma tiġix ittrattata, maż-żmien tista’ sseħħ ħsara permanenti fin-nervituri jew fil-muskoli.

Is-sindromu tal-carpal tunnel jista’ jiġi djanjostikat permezz ta’ eżami fiżiku, kif ukoll testijiet speċifiċi dwar il-kunduzzjoni tan-nervituri, li huma kapaċi jivvalutaw kwalunkwe tfixkil fl-attività elettrika tal-polz u l-idejn meta l-muskoli jikkuntrattaw u meta jkunu mistrieħa, permezz tal-użu ta’ elettrodi żgħar imwaħħla mal-ġilda.

Modi sempliċi biex titnaqqas il-pressjoni fuq in-nerv medjan u għalhekk jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa s-sindromu tal-Carpal Tunnel jinkludu: li żżomm qagħda tajba waqt il-ħinijiet tax-xogħol li tippermetti r-rilassament tal-idejn, it-teħid ta’ pawżi qosra u frekwenti, speċjalment meta tuża għodod tal-kompjuter jew tal-kostruzzjoni li jivvibraw, imqassijiet tal-parrukkiera jew cash registers.

Għażliet oħra ta’ trattamenti konservattivi għas-sindromu tal-carpal tunnel jinkludu l-użu ta’ splints tal-polz li ġeneralment jintlibsu bil-lejl, vitamini kumplessi tat-tip B li jippromwovu s-saħħa u r-riġenerazzjoni tan-nervituri, kif ukoll użu għal żmien qasir ta’ mediċini anti-infjammatorji jew injezzjonijiet ta’ kortikosterojdi li jtaffu l-uġigħ u n-nefħa.

Barra minn hekk, il-yoga u l-fiżjoterapija jistgħu jgħinu wkoll. Għal każijiet aktar severi li ma jirrispondux għal miżuri li semmejna, id-dekompressjoni tal-carpal tunnel tista’ tinkiseb ukoll permezz ta’ intervent kirurġiku, li tinvolvi dissezzjoni tal-ligament li kontinwament ikun qed jagħfas fuq in-nerv medjan.

Jekk tixtieq issegwi l-blog tiegħi tista’ tagħmel dan billi tagħmel LIKE fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× By Dr. Georgiana Farrugia Bonnici | Facebook

Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibagħtilna fuq info@skoperta.net

Li tiekol tuffieħa kuljum tgħin biex iżżommok aktar f’saħħtek? – Matthaeus Grasso

Li tiekol tuffieħa kuljum tgħin biex iżżommok aktar f’saħħtek? – Matthaeus Grasso

🍎😷👩‍⚕ Ġieli smajt il-frażi bl-Ingliż, “An apple a day keeps the doctor away?”

🍏 Jirriżulta li din mhix sempliċiment frażi biss! Fil-fatt hemm ix-xjenza li turi li t-tuffieħ jista’ jgħin biex iżommna f’saħħitna … u għalhekk l-isfida ta’ din il-ġimgħa hija li tiekol tuffieħa kuljum!

Studji juru li t-tuffieħ u l-prodotti tat-tuffieħ jistgħu jgħinu biex inaqqsu r-riskju li jiżviluppaw:

⛔ Kanċer

🚫Mard tal-qalb

⛔Ażma

🚫Il-marda tal-Alzheimer

Filwaqt li fl-istess ħin ikollok benefiċċji qawwija meta niġu għal:

💪 Il-ġlieda kontra l-effetti tax-xjuħija,

👉 Il-kontroll tad-dijabete

👌 Jgħinu fit-telf tal-piż u biex inżommu piż tajjeb għal saħħitna

👍 Is-saħħa tal-għadam

💪 Il-funzjoni tal-pulmun

👉 Is-sistema diġestiva

🍎🌟 Meta tixtri t-tuffieħ tiegħek din il-ġimgħa, kull meta jkun possibbli, agħżel l-organiku. Tuffieħ li ma jkunx organiku ħafna drabi jiġi sprejjat bil-kimiċi matul il-proċess tat-tkabbir u jkun miksi wkoll biex iżommuhom jidhru tajbin fuq l-ixkafef tal-ħwienet tal-merċa.

Se tingħaqad magħna għal din l-isfida? Għidilna fil-kummenti … flimkien mat-tip favorit tat-tuffieħ tiegħek! ⤵️⤵️⤵️

Kont taf kemm il-yoga tista’ tgħinek ittejjeb il-kwalità ta’ ħajtek? – Matthaeus Grasso

Kont taf kemm il-yoga tista’ tgħinek ittejjeb il-kwalità ta’ ħajtek? – Matthaeus Grasso

⚡Din hija sfida li ġġiegħlek tħossok tajjeb ħafna meta tagħmilha! 🙂 Kull ma tinvolvi huwa li tagħmel workout tal-yoga. Wieħed biss!

🧘‍♂‍💪🧜‍♀‍ Kont taf li l-yoga tgħin ħafna lin-nies iħossuhom aħjar, jimxu aħjar u jtejbu s-saħħa fiżika u mentali tagħhom … li għandha t-taqsima tagħha stess ibbażata fuq ix-xjenza, fuq il-websajt tal-Istituti Nazzjonali tas-Saħħa? 🌞

⛲ U ladarba tkun taf xi wħud mill-pożizzjonijiet bażiċi (imsejħa asanas), il-yoga tista’ tkun eżerċizzju li tista’ tagħmlu kullimkien – li huwa perfett għal meta tkun fuq vaganza jew kwalunkwe ħin li m’għandekx aċċess għal ‘gym’.

Il-yoga tista’ tgħinek:

🌞 Ittejjeb l-istil ta’ ħajja tiegħek … tgħinek tikkumbatti aħjar mal-istress u timmotivak biex tkun aktar attiv u tiekol ikel aktar sustanzjuż.

☯ Tlaħħaq ma’ sfidi tal-ħajja iktar iebsa u tikkumbatti mas-sentimenti ta’ kuljum ta’ dipressjoni u ansjetà.

🌞 Titlef il-piż u / jew tieqaf tpejjep.

☯ Ittaffi l-uġigħ fid-dahar u fl-għonq.

🌞 Ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħek jekk qed tiġġieled kontra mard kroniku bħall-kanċer, mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD) u sklerożi multipla (MS).

☯ Tikseb aktar kontroll fuq iz-zokkor fid-demm tiegħek jekk għandek id-dijabete.

🌞 Tittratta s-sintomi mentali u fiżiċi assoċjati mal-menopawsa.

☯ Torqod aħjar.

✨ Tista’ wkoll tgħinek ittejjeb is-saħħa u l-flessibilità tiegħek. Trid tkun taf aktar informazzjoni bbażata fuq ix-xjenza? Idħol hawn: https://nccih.nih.gov/health/yoga/introduction.htm

🔔 Jekk se tagħmel il-yoga għall-ewwel darba, tippruvax tiġġebbed ħafna jekk ġismek mhux imdorri bl-eżerċizzji tal-flessibilità.

👉 Ħu l-ħin tiegħek, agħmel sakemm tista’ li tħossok neħħejt ftit tensjoni, u ħu n-nifs! Il-benefiċċji huma tal-għaġeb!

🦄 Int se tingħaqad magħna f’din l-isfida? Hemm xi vidjows tajbin li tista’ tara online u tippruvahom..

Dan huwa wieħed minnhom:

⤵️⤵️⤵️ Għidilna fil-kummenti!

X’jikkawża d-Dijabete Tip 2?

X’jikkawża d-Dijabete Tip 2?

Id-dijabete Tip 2, li hija l-aktar tip ta’ dijabete komuni, hija kklassifikata bħala diżordni fis-sistema metabolika, li twassal għall-livelli ta’ zokkor għoli fid-demm. Dan jista jseħħ minħabba nuqqas ta’ produzzjoni tal-insulina, jew inkella minħabba reżistenza għall-insulina fil-ġisem.

L-insulina hija tip ta’ ormona li hija prodotta miċ-ċelloli tal-frixa, u li hija responsabbli għall-kontroll ta’ riservazzjoni tax-xaħam u z-zokkor fil-ġisem. Ir-reżistenza għall-insulina sseħħ meta tinħoloq inabilità miċ-ċelloli f’ġisimna li jużaw l-insulina b’mod adekwat. Dan ifisser li dawk iċ-ċelloli tal-frixa li jipproduċu l-insulina, isiru iżjed stimulati biex iżidu l-produzzjoni tal-insulina, u għalhekk il-livell tal-insulina fid-demm jibda jogħla bil-mod il-mod, u dan jista’ jwassal sabiex tifforma l-kundizzjoni tad-dijabete tip 2.

Il-kundizzjoni ta’ reżistenza għall-insulina, hija relatata mal-obeżità. Infatti, din il-kundizzjoni tkun preżenti f’persuna meta jkun hemm iktar minn 3 fatturi, jew iktar, preżenti minn dawn li ġejjin: livell ta’ zokkor għoli fid-demm, qis ta’ qadd ta’ iktar minn 35 pulzier fin-nisa, u ta’ iktar minn 40 pulzier fl-irgiel, pressjoni għolja fid-demm, flimkien ma’ livell għoli ta’ xaħam fid-demm.

Huwa fatt magħruf li livelli għoljin ta’ zokkor għoli fid-demm jinstabu f’ħafna nies madwar id-dinja, però dan ġieli ma jkunx għoli biżżejjed sabiex il-kundizzjoni tiġi kklassifikata bħala dijabete tip 2. Dawn il-persuni jkunu għadhom fiċ-ċans li jipprevenu din il-marda milli tiżviluppa, billi jsegwu dieta bilanċjata, jitilfu l-piż żejjed, u jagħmlu attività fiżika regolari.

Ċerti sintomi allarmanti li wieħed għandu jagħti każ li huma relatati mal-preżenza tad-dijabete tip 2 huma dawn: għatx kbir, żieda fil-produzzjoni tal-urina, għeja, vista mċajpra jew telf ta’ piż qawwi, li ma kienx mistenni.

Id-dijabete tip 2 mhux ikkontrollata, tista’ twassal għal diversi kumplikazzjonijiet, bħall-mard tas-sistema kardjovaskulari, mard tal-vista, u mard tal-kliewi, fost oħrajn. Għalhekk, huwa importanti li wieħed ikellem lit-tabib tiegħu, jekk jissuspetta li qed ibati minn din il-kundizzjoni.

Normalment, l-ewwel attentat mit-tobba sabiex jikkontrollaw id-dijabete tip 2, huwa li javżaw lill-pazjent biex jitlef il-piż żejjed, iżid l-attività fiżika, u jirregola d-dieta tiegħu billi jiekol ikel mhux ipproċessat, li huwa baxx fiz-zokkor irfinat. Jekk dan l-attentat ifalli, it-tieni pass huwa li tingħata mediċina, bħal Metformina, li tgħin biex wieħed inaqqas iz-zokkor għoli fid-demm, u anke biex wieħed jitlef il-piż żejjed. It-tielet u l-aħħar pass biex wieħed jirregola zokkor fid-demm għoli ħafna, ikun li tingħata l-insulina f’forma ta’ injezzjoni.

Huwa importanti li wieħed jittestja l-livell ta’ zokkor fid-demm regolari, u dan ma għandux ikun iktar minn 6mmol/l jekk wieħed ikun sajjem, jew inkella mhux iktar minn 11mmol/l jekk wieħed ma jkunx sajjem.

Jekk tixtieq issegwi l-blog tiegħi tista’ tagħmel dan billi tagħmel ‘like’ fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook

Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Enable Notifications    OK No thanks