L-użu tal-maskra se jibqa’ obbligatorju biss fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani

L-użu tal-maskra se jibqa’ obbligatorju biss fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar li se jitneħħew il-kumplament tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ħlief għal xi eċċezzjonijiet, id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mit-2 ta’ Mejju, l-użu tal-maskra se jibqa’ obbligatorju biss fl-isptarijiet, kliniċi mediċi u djar tal-anzjani.

Dan ifisser li l-ħlief għal dawn il-postijiet imsemmija, l-użu tal-maskra fuq ġewwa mhux se jibqa’ obbligatorju. Madanakollu huwa rrakkomanda li tibqa’ tintlibes il-maskra fuq mezzi ta’ trasport.

Dr Fearne spjega wkoll li għalkemm mit-Tnejn l-użu tal-maskra fl-iskejjel mhux se jibqa’ obbligatorju, madanakollu dan ma jfissirx li hija pprojbita u għalhekk tista’ tibqa’ tintlibes sakemm ma jkunx hemm regoli oħra mill-amministrazzjoni tal-iskola.

Iċċelebra Jum San Patrizju mal-Maypole – Duq il-Beef & Guinness Pie u tingħata birra b’xejn!

Iċċelebra Jum San Patrizju mal-Maypole – Duq il-Beef & Guinness Pie u tingħata birra b’xejn!

Reġa’ wasal Jum San Patrizju! Il-Maypole huwa l-post ideali fejn tista’ ssib ikel sinonimu ma’ kull okkażjoni speċjali, u din il-festa mhix eċċezzjoni!

Minn kull ħanut tal-Maypole f’Malta u Għawdex, jew minn BOLT u WOLT, għal żmien limitat biss, se tkun qed issib il-Beef & Guinness Pie!

Din hija t-torta sinonima ma’ Jum San Patrizju. L-istorja tagħha tmur lura għaż-żmien madwar 9,500 QK.

Parti mill-popolarità tagħha hija l-versatilità tagħha, fil-fatt din tissajjar b’modi differenti madwar id-dinja.

L-ingredjenti tradizzjonali huma l-laħam, birra Guinness, ħaxix, inbid aħmar u ħwawar fost oħrajn.

Il-Maypole qed jiffrankalek ix-xogħol u joffrilek l-opportunità li tgawdi t-tjubija ta’ din it-torta fi ftit ħin, għaliex se ssibha lesta fil-friża u kemm issajjarha!

Kull ma trid tagħmel huwa li tiddifrostjaha fil-grupp, tilħaq issaħħan il-forn minn qabel għal 180 gradi Celsius u taħmi għal madwar 45 minuta jew sakemm tibda ssir lewn id-deheb fil-kannella (golden brown).

U bilħaqq! Ma’ kull torta li tixtri, se tingħata birra Guinness b’xejn!

X’qed tistenna?!

Filmat: Destiny b’wirja eċċezzjonali fis-semifinali tal-Eurovision Song Contest

Filmat: Destiny b’wirja eċċezzjonali fis-semifinali tal-Eurovision Song Contest

Ftit tal-ħin ilu, Destiny tat il-prestazzjoni eċċellenti tagħha fis-semifinali tal-Eurovision Song Contest.

Kunfidenti bħal dejjem u b’vuċi tant b’saħħitha, ċertament li Destiny għamlet unur lil pajjiżna bil-prestazzjonijiet tagħha.

Destiny kienet qed tikkompeti ma’ 16-il pajjiż ieħor li qed ħadu sehem fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest.

Enable Notifications OK No thanks