X’taf dwar il-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq? – Dr Georgiana Farrugia Bonnici

X’taf dwar il-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq? – Dr Georgiana Farrugia Bonnici

Il-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq (Hand, Foot & Mouth Disease) hija infezzjoni minn virus tat-tip Coxsackie li l-aktar li jolqot huma lit-trabi u lit-tfal żgħar. Ġeneralment is-sintomi jkunu diversi ponot fuq il-wiċċ, l-idejn jew is-saqajn jew anke xi ulċeri fil-ħalq.

Sintomi oħra jistgħu jinkludu wkoll uġigħ fil-ġriżmejn, sogħla, deni jew għeja. Din il-marda hija ta’ natura ħafifa u trid tgħaddi waħedha. Però wieħed jista’ jingħata trattament sapportiv, bħall-mediċina kontra l-uġigħ jew id-deni sabiex itaffi xi ftit mis-sintomi u l-iskumdità li jkollu.

Huwa importanti wkoll li wieħed jixrob spiss. Minkejja li l-aktar komuni huma fost it-trabi u t-tfal, din il-marda tista’ taqbad lill-adulti ukoll.

Dan il-virus idum ġeneralment madwar 10 ijiem u wieħed ikun irid joqgħod jistrieħ id-dar ħalli ma jxerridx il-virus lil nies oħrajn permezz tal-għatis, sogħla jew kuntatt bl-idejn. Din il-marda ġeneralment ma tħallix konsegwenzi serji però tista’ tkun ta’ skumdità għall-marid.

Kull sena jkun hawn infezzjonijiet ta’ din il-marda u din is-sena mhix eċċezzjoni. Għaldaqstant, it-tfal għandhom jerġgħu jirritornaw l-iskola meta jkunu nixfu kompletament il-ponot, wara madwar għaxart ijiem.

Jekk tixtieq issegwi l-blog tiegħi tista’ tagħmel dan billi tagħmel LIKE fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× By Dr. Georgiana Farrugia Bonnici | Facebook

Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibagħtilna fuq info@skoperta.net

Riċetta: Spaghetti alla Carbonara

Riċetta: Spaghetti alla Carbonara

Kważi l-platti kollha tal-għaġin Taljani jeħtieġu vera ftit ingredjenti … u l-Carbonara mhix eċċezzjoni! Tjubija fis-sempliċità!

Għandek bżonn – (għal 4 porzjonijiet):

400g spagetti
200g guanciale, maqtugħ f’biċċiet żgħar irqaq
4 bajdiet
100g ġobon pecorino romano maħkuk
Bżar skont il-gosti tiegħek

Metodu:

  • Imla borma kbira bl-ilma, żid ftit melħ, u poġġiha fuq in-nar waqt li tipprepara l-ingredjenti l-oħra.
  • Imbagħad saħħan taġen fond nonstick u aqli l-guanciale fix-xaħam tiegħu stess sakemm isir iqarmeċ.
  • Ħallih fit-taġen u warrbu għal issa.
  • Ġo buqar ħawwad il-bajd, il-ġobon, u ftit bżar sakemm ikollok zalza qisha krema. Warrabha.
  • Agħlli l-ispagetti għal madwar 12-il minuta sakemm isir ‘al dente’.
  • Ħames minuti qabel ma l-ispagetti jkun sar, poġġi t-taġen bil-pancetta fuq nar medju u żid miegħu żewġ imgħaref mill-ilma tal-għaġin. Ħawwad u ħalliha ttektek.
  • Warrab tazza mill-ilma tal-għaġin fil-każ li jkollok bżonn tuża ftit aktar tard.
  • Saffi l-għaġin u immedjatament żidu ġot-taġen mal-pancetta u x-xaħam tagħha.
  • Ħawwadhom sew għal madwar 2 minuti fuq nar qawwi.

Issa għall-parti delikata – trid tgħaġġel!

  • Meta l-guanciale u l-ispagetti jitħalltu sew u jkunu sħan sew, itfi n-nar imma ħalli t-taġen fuq l-istess burner, biex jibqgħu fuq is-sħana.
  • Jekk tħalli n-nar mixgħul, il-bajd se jissajjar wisq u jiġi qisu scrambled eggs.
  • Kif titfi n-nar, mejjel it-taġen biex l-ispagetti jaqa’ għal naħa waħda, u ferra s-sauce tal-bajd u l-pecorino fuq l-ispazju vojt.
  • Issa ħawwad malajr kemm tista’ sabiex il-bajd ikun totalment inkorporat fl-ispagetti mingħajr ċapep.
  • Il-konsistenza hija importanti ħafna. Jekk tara li huwa niexef wisq meta tkun qed tħallat, żid ftit imgħaref mill-ilma li warrabt tal-għaġin.
  • Jew, jekk hemm wisq likwidu, żid mgħarfa ġobon.
  • Servi immedjatament.
  • Żejjen bi ftit biċċiet ta’ guanciale mqarmċin, pecorino maħkuk u bżar.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Filmat: Destiny terġa’ tagħti wirja spettakolari

Filmat: Destiny terġa’ tagħti wirja spettakolari

Għal darb’oħra, ir-rappreżentatriċi ta’ pajjiżna Destiny terġa’ tagħmel unur lil pajjiżna b’prestazzjoni mill-isbaħ. Il-kunfidenza u l-vuċi b’saħħitha tagħha huma fost l-aktar li jispikkaw f’kull prestazzjoni tagħha, u llum mhix eċċezzjoni.

Fis-serata tal-lejla, qed jieħdu sehem 26 kontestant. Destiny kantat fis-6 post.

L-eċitament ikompli jiżdied hekk kif fi ftit sigħat oħra nkunu nafu l-pajjiż rebbieħ tal-Eurovision Song Contest 2021.

Enable Notifications OK No thanks