Select Page
Filmat: Sorpriża speċjali għal Fabrizio minn missieru waqt Sibtek

Filmat: Sorpriża speċjali għal Fabrizio minn missieru waqt Sibtek

Fost id-divertiment li jżewwaq Sibtek, żgur li fil-programm li għadda spikka l-mument speċjali tas-sorpriża li t-tim ta’ Sibtek ipprepara għal Fabrizio Faniello.

Esklussivament, missier Fabrizio, Vincenzo, li jgħix Florida, ta sorpriża mill-isbaħ lil Fabrizio bil-preżenza tiegħu waqt Sibtek.

Din kienet l-ewwel darba li Fabrizio u missieru kienu fuq it-televiżjoni flimkien.

Fost l-emozzjonijiet, Fabrizio esprima gratitudni li riċentament kellhom l-opportunità li jqattgħu ħin il-familja kollha flimkien.

Ċajta tajba fuq Emmy Bezzina f’Sibtek li jmiss – Tgħid x’għamlulu?!

Ċajta tajba fuq Emmy Bezzina f’Sibtek li jmiss – Tgħid x’għamlulu?!

Emmy Bezzina, Fabrizio Faniello, Josette Sciberras u Miss World Malta Naomi Dingli huma l-mistednin ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem.


Xi ħadd minnhom se jiltaqa’ ma’ persuna li hija ffisata fuqu u se jispiċċaw biex ikollhom blind date flimkien!

Xi ħadd ieħor se jkollu sorpriża oħra, għax waqt dan Sibtek se tirritorna il-prank call ! Se naraw ċajta tajba li se ssir fuq Emmy Beżżina! Tgħid x’għamlulu?!

Se jidħol waqt Sibtek ukoll bħala sorpriża Father Christmas misterjuż! Għal min ġie Father Christmas?

Bħal dejjem, il-mistednin ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Mary Rose Mallia u Hermann Bonaci fost il-mistednin ta’ The Entertainers tal-lejla!

Mary Rose Mallia u Hermann Bonaci fost il-mistednin ta’ The Entertainers tal-lejla!

L-atturi Malcolm u Angele Galea, il-kantanti Fabrizio Faniello, Ludwig Galea u Mary Rose Mallia flimkien mal-produttur u attur Hermann Bonaci se jkunu fost il-mistednin ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Corazon Mizzi, din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistednin. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċenji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 70 u s-snin 90.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Din il-ġimgħa titkompla l-ewwel fażi tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Nifs – Il-kanzunetta rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2021

Nifs – Il-kanzunetta rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2021

Ftit tas-sigħat ilu, ġiet fi tmiemha s-serata tat-30 edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Dan il-festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti li tul l-istorja tiegħu ra diversi rebbieħa, fosthom: Miriam Christine, Claudette Pace, Ira Losco, Fabrizio Faniello, Mike Spiteri, Eleanor Cassar, Claudia Faniello u Ruth Portelli, issa jżid lill-kantanta żagħżugħa Cherylis. Nifs, il-kanzunetta li hija interpretat għandha lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella.


Fuq il-midja soċjali, l-awtur Emil Calleja Bayliss spjega kif li din il-kanzunetta kitibha wara żmien fejn il-kliem li bih jesprimi lilu nnifsu ma setax isibu.

“Biex ħarġu dawn il-versi nistqarr li ma kinitx faċli xejn imma kif tlestew kont naf li kapaċi jmissu l-qlub.”


Wara r-rebħa, Cherylis stqarret li lanqas biss riedet temmen.

“Xħin għajtu ismi bħala r-rebbieħa lanqas biss indunajt għaliex kont għadni qiegħda nifraħ ma’ sħabi l-kantanti li klassifikaw fit-tieni u t-tielet post. Kien biss xħin ġibduli l-attenzjoni li ndunajt u nfexxejt f’bikja, bikja ta’ ferħ. Nixtieq minn qiegħ qalbi nirringrazzja lil kull min kien involut f’din il-kanzunetta tant għal qalbi.”

Hija temmet il-messaġġ tagħha bil-frażi, “Nannu u Nanna, din għalikom.”


Cherylis żgur li mhix wiċċ ġdid għax-xena tal-mużika lokali, bi tliet parteċipazzjonijiet fil-festival L-Għanja tal-Poplu fejn klassifikat fit-tieni post darbtejn, darba bħala solista bil-kanzunetta Tfewwaħ, u darba fi dwett bil-kanzunetta Mhux Kif Ħsibt, kif ukoll seba’ parteċipazzjonijiet fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, erbgħa minnhom bħala solista u tlieta fi dwett.

Hija klassifikat fit-tielet post lura fl-2012 bil-kanzunetta Ħolma ta’ Nazzjon u issa fl-2021 bil-kanzunetta Nifs. Flimkien ma’ Mikhail Attard fi dwett, hija kienet ukoll finalista fil-Malta Eurovision Song Contest fis-sena 2020. Il-kanzunetta tagħhom Breaking Point klassifikat mal-ewwel għaxra.


Il-vjaġġ ta’ Cherylis fix-xena tal-mużika lokali żgur mhux ħa jieqaf hawn għaliex diġà beda jberren xi proġett jew tnejn f’moħħha. Intant, Nifs, ġiet ippubblikata b’mod diġitali mill-kumpanija CAP-Sounds fi sħab ma’ Ironic PR & Artist Management u għaldaqstant tista’ tinxtara minn fuq siti diġitali iTunes jew Amazon kif ukoll tinstema’ permezz ta’ pjattaformi bħal Apple Music u Spotify.

Illejla – L-aħħar Programm ta’ The Entertainers

Illejla – L-aħħar Programm ta’ The Entertainers

L-aħħar programm mis-sitt staġun ta’ The Entertainers se jlaqqa’ lill-finalisti żgħażagħ ta’ The Entertainers Singing Challenge fi dwetti ma’ diversi kantanti stabbiliti Maltin u Għawdxin. Flimkien se jinterpretaw bosta kanzunetti klassiċi Maltin li żgur se jqanqalu nostalġija fl-edizzjoni tas-Sibt li ġej ta’ “THE ENTERTAINERS”, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-20.30.

Il-kantanti stabbiliti li kkonfermaw il-parteċipazzjoni f’dan il-programm speċjali huma dawn: Fabrizio Faniello, Christian Arding, Kaya, Mary Rose Mallia, Ludwig Galea, Nadine Fenech, Michela Galea, Christina Magrin, Ylenia Vella, Kurt Calleja, Jasmine Abela, Francesca Sciberras, Karen Debattista u Roger Tirazona.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, “The Entertainers” iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra għal-lejla tinkludi wkoll Fashion Time flimkien ma’ Josette Sciberras b’pariri siewja dwar il-moda femminili.

Enable Notifications    OK No thanks