Fr. David Muscat joħroġ illiberat mill-akkużi miġjuba kontrih, dawk li bid-diskors tiegħu inċita mibgħeda u vjolenza fuq persuni LGBTIQ.
F’kumment li kiteb fuq Facebook f’Jannar li għadda, Fr. David Muscat kien qal li jekk is-suspettat qattiel ta’ Paulina Dembska, Abner Aquilina, kien omosesswali jew bisesswali, kien ikun agħar milli kieku hu possedut mix-xitan.
Huwa kien qabbel ukoll l-orjentazzjonijiet sesswali flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali ma’ xi ħadd li skont hu jkollu l-pressjoni għolja, zokkor u kanċer f’daqqa.
Madankollu, skont rapport minn TVMNews, Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li bil-kumment tiegħu, Fr. David Muscat esprima opinjoni iebsa, redikola, ħażina, umiljanti għalih u estrema, li anki tista’ titqies potenzjalment insolenti iżda ma tista’ titqies bħala waħda li tinċita mibgħeda jew vjolenza kontra persuni.
Għaldaqstant, Fr. David Muscat ħareġ illiberat minn kull akkuża miġjuba kontrih.
Wara r-ritratt li ttella’ lbieraħ li fih juri blokka appartament mibnija ħdejn kappella antika fil-Manikata, ikkummenta Fr David Muscat.
F’post fuq Facebook huwa kiteb; “Għala dan l-għaġeb kollu? Dan ir-ritratt jikxef ir-realtà … il-Knisja saret irrelevanti.”
Huwa kompla l-istqarrija tiegħu b’kumment; “Huwa perjodu fejn isqfijiet jieħdu ritratt ma’ politiċi favur l-abort wara li jkun qarbinhom, jiċċelebraw id-dawl imżejjen fuq ir-rotunda tal-Malta bil-kuluri tal-LGBT, u jippersegwitaw in-nies li jibqgħu leali għall-Maġisteru. Allura għala dan l-għaġeb kollu? Dan ir-ritratt jirrifletti l-mandat ta’ Scicluna.”
Għal darb’oħra oħra, Fr. David Muscat jerġa’ jqajjem kontroversja wara kumment li kiteb fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu.
Taħt filmat li tella’ fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, jitkellem dwar iż-żjara tal-Papa f’Malta, Fr. David Muscat wieġeb kumment li kien jgħid “You got a nice pussy father.” It-tweġiba tiegħu kienet “how’s yours? Furry as mine?”
Aktar kmieni llum, Fr David Muscat tressaq il-qorti mixli b’diskors ta’ mibgħeda fejn huwa wieġeb li mhuwiex ħati u talab lill-qorti biex jippreżenta żewġ xhieda; eżorċista u opinjonista.
Fr David Muscat deher dieħel il-qorti bil-ktieb tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika f’idejh.
Huwa baqa’ jisħaq li mhux ħati li uża diskors ta’ mibgħeda permezz ta’ kummenti fuq Facebook.
Minbarra li din ma kinitx l-ewwel darba li Fr David għamel rimarki dispreġġjattivi fil-konfront ta’ persuni omosesswali, ir-raġuni li tressaq il-qorti kienet li f’kummenti fuq Facebook huwa qal li jekk l-akkużat qattiel ta’ Paulina Dembska huwa omosesswali jew bisesswali huwa agħar milli kieku kien possedut mix-xitan.
L-akkuża ġiet ikkontestata, u għaldaqstant filwaqt li l-qorti ma laqgħetx it-talba ta’ Fr David li jitressqu x-xhieda, qalet li d-difiża għandha tippreżenta s-sottomissjonijiet sal-4 ta’ Marzu.
Skont rapporti minn sorsi ta’ aħbarijiet lokali, Fr David Muscat se jkun qed jitressaq il-qorti fuq diskors ta’ mibgħeda “hate speech”.
Huwa mistenni jitressaq il-qorti lejn l-aħħar ta’ Jannar.
Dan wara li Fr David Muscat għadda kummenti omofobiċi fuq il-midja soċjali, fejn qal li tkun omosesswali jew bisesswali huwa agħar milli tkun possedut mix-xitan.
B’reazzjoni għal dan u wara li bosta semmgħu leħinhom u esprimew l-uġigħ tagħhom, l-Arċisqof Charles Scicluna wissa formalment lil Fr David Muscat u tah struzzjonijiet biex iħassar il-kummenti u ma jibqax jgħaddi kummenti li jinsulentaw, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru saċerdotali fil-pubbliku.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.