Select Page
Riċetta: Insalata bil-Fusilli

Riċetta: Insalata bil-Fusilli

Għandek bżonn (għal 6 porzjonijiet):

500g għaġin fusilli

Brunġiela kbira, imqatta’ f’dadi żgħar

12-il cherry tomato, maqsumin min-nofs

12-il żebbuġa maqsuma min-nofs

150g mozzarella, imqatta’ dadi

3 imgħaref tursin frisk imqatta’ rqiq

200g perzut tal-koxxa mqatta’ dadi

2 basal aħdar sħaħ imqatta’ roti rqaq

Niskata bżar

Mgħarfa żejt taż-żebbuġa

Metodu:

Ibda billi tgħalli l-għaġin. Kif isir, laħalħu b’ilma kiesaħ sakemm jibred sew. Saffih u poġġih fi skutella kbira.

Sakemm isir l-għaġin poġġi d-dadi tal-brunġiel fuq dixx miksi bil-karta tal-forn. Aħmi f’forn medju għal bejn 10 u 15-il minuta sakemm jirtabu.

Neħħihom minn fuq id-dixx u warrabhom sakemm jibirdu sew.

Ixħet l-ingredjenti kollha mal-għaġin fl-iskutella u ħawwadhom sakemm jitħallat kollox sew.

Għatti l-iskutella u żommha fil-friġġ sakemm tkun trid isserviha.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Riċetta: Fusilli bil-Majjal

Riċetta: Fusilli bil-Majjal

Għandek bżonn (għal 4 persuni):

400g flett tal-majjal, maqtugħ f’biċċiet bitesize

Ftit dqiq plain

600g għaġin fusilli

Mgħarfa butir

Basla waħda kbira, imqatta’ fin

Żewġ imsiemer tat-tewm, imqattgħin b’mod fin

400g tadam imqatta’ , tal-bott jew frisk

100g ġobon cheddar maħkuk

400ml ilma

200ml ħalib

Kuċċarina chilli flakes

Melħ u bżar kemm tiggosta

Daqs zewġ imgħaref ħabaq frisk imqatta’

Metodu:

  • Poġġi l-biċċiet tal-majjal ġo skutella.
  • Roxx il-melħ, bżar u dqiq u ħawwad sakemm il-majjal ikun miksi sew.
  • Saħħan il-butir fuq nar baxx f’taġen fond jew f’borma.
  • Żid il-majjal u aqli għal madwar 7 minuti sakemm isir kannella u jibda jkollu ftit skorċa tqarmeċ fuq barra. Ħawwad kontinwament.
  • Żid il-basla u t-tewm. Ħawwad għal ftit minuti sakemm il-basla tibda tirtab.
  • Issa żid it-tadam imqatta’, l-ilma, il-ħalib, iċ-chilli flakes, u l-għaġin nej.
  • Ħawwad sew fuq nar qawwi, sakemm jibda jagħli.
  • Imbagħad baxxi n-nar, għattih, u ħallih itektek għal 10 minuti. Kultant tih taħwida.
  • Neħħi l-għatu u kompli sajru mikxuf għal 5 minuti fuq nar baxx.
  • Żid iċ-cheddar, ħawwad sew, u ħallih isir għal żewġ minuti.
  • Aqleb fi platti mill-ewwel. Roxx il-ħabaq imqatta’ u servi.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Enable Notifications    OK No thanks