Select Page
Filmat: Skin Deep – Kollaborazzjoni bejn Maxine, Gaia, Michela u Destiny

Filmat: Skin Deep – Kollaborazzjoni bejn Maxine, Gaia, Michela u Destiny

Maxine Pace, Gaia Cauchi, Michela Pace u Destiny Chukunyere, erba’ kantanti żgħażagħ popolari f’pajjiżna ngħaqdu flimkien għal kollaborazzjoni b’saħħitha ħafna u li s’issa tidher li ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku.

Permezz tal-kanzunetta Skin Deep, l-artisti, bi tnejn minnhom l-iktar rappreżentanti riċenti tal-Eurovision Song Contest, qed jesprimu l-importanza li titgħallem tħobb lilek innifsek b’mod awtentiku, anke fl-aktar jiem li tħossok vulnerabbli.

Skin Deep ġiet irrekordjata u prodotta minn Peter Borg u miktuba minn Muxu u Maxine. Il-vidjow mużikali huwa xogħol Steven Levi Vella u Jean Claude Vella.

Jitħabbru l-20 kanzunetta semifinalista għal Mużika Mużika 2022

Jitħabbru l-20 kanzunetta semifinalista għal Mużika Mużika 2022

Wara li ntgħażlu 35 kanzunetta minn 170 sottomissjoni, issa kien imiss il-lajv auditions quddiem seba’ membri tal-ġurija ġodda.

Minn dik il-fażi ġew imħabbra 20 kanzunetta semifinalista, għaldaqstant dawn flimkien mar-rebbieħ tal-programm televiżiv Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli, li se jitħabbar f’Diċembru, se jkunu qed jikkompetu fil-festival li se jsir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.

Dawn huma l-20 kanzunetta semifinalista f’ordni alfabetika:

Aħjar Hekk Inkella Agħar – Artisti: Mara, Kompożitur: Philip Vella, Awtur: Emil Calleja Bayliss


Bla Tarf – Artist: Kurt Calleja, Kompożituri: Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg, Awtur: Kurt Calleja

Dak Kien Żmien – Artisti: Mykill ft. Lyndsay u Kalakku, Kompożitur: Micheal Cini, Awturi: Lyndsay Pace, Matthew Attard u Michael Cini

Fittixni – Artista: Victoria Sciberras, Kompożitur: Gilbert ‘Bibi’ Camilleri, Awtur: Lon Chircop


Għal Dejjem – Artist: Norbert Bondin, Kompożitur: Peter Borg, Awtur: Norbert Bondin


Ġmielek – Artista: Claudia Faniello, Kompożitur: Philip Vella, Awtur: Joe Julian Farrugia


Ħlomt Li – Artisti: Bernie & Pod u Fiona Cauchi, Kompożituri: Bernard Bonnici u Matteo Depares, Awtur: Ivan Farrugia


Idek F’Idi – Artista: Kelly Marie Cassar Hili, Kompożitur: Kelly Marie Cassar Hili, Awtriċi: Janice Debattista


Il-Mużika u Jien – Artista: Nicole Frendo, Kompożitur: George Curmi, Awtriċi: Hilda Curmi


Jien l-Artist – Artista: Cherylis, Kompożitur: Pamela Bezzina, Awtriċi: Pamela Bezzina


Kenn – Artista: Cheryl Camilleri, Kompożitur: Joseph Axiak, Awtur: Joseph Axiak


Kewkba Feġġejja – Artista: Gaia Cauchi, Kompożitur: Elton Zarb, Awtur: Stephen Baldacchino


Mewġ – Artisti: Bloodline, Kompożituri: Glen Vella u Elton Zarb, Awturi: Edwin Balzan, Julia Balzan u Samira Cauchi


Mil-Lenti Tiegħi – Artist: Joseph Refalo, Kompożitur: Pamela Bezzina, Awtriċi: Pamela Bezzina


Minn Taħt l-Ilsien – Artisti: Avenue Sky, Kompożitur: Pamela Bezzina, Awtriċi: Pamela Bezzina


Ossiġnu – Artisti: Danica Muscat u Kapitlu Tlettax, Kompożitur: Cyprian Cassar, Awturi: Mario Joseph Calleja u Emil Calleja Bayliss


Purgatorju – Artisti: Oxygyn, Kompożituri: Zack Camilleri, Janelle Borg u Luke Camilleri, Awtur: Kurt Abela


Tgħidlix Għalfejn – Artist: Kyle George, Kompożitur: Cyprian Cassar, Awtur: Clifton Casha


Tkun ‘L Hawn Għaddi – Artisti: Kantera, Kompożitur: Elton Zarb, Awtur: Joe Julian Farrugia


Wennisni – Artist: Franklin Calleja, Kompożitur: Cyprian Cassar, Awtur: Emil Calleja Bayliss

Filmat: Jitnieda l-Vidjow tal-Lirika ta’ Ħarsa Biss

Filmat: Jitnieda l-Vidjow tal-Lirika ta’ Ħarsa Biss

Jitnieda l-vidjow uffiċjali tal-lirika tal-kanzunetta Ħarsa Biss, li biha Glen Vella rebaħ l-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija.

Ħarsa Biss hija kompożizzjoni ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia. Il-vidjow tal-lirika kien f’idejn Victor Abela bi produzzjoni ta’ Festivals Malta u Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija

Ix-xahar li għadda, Glen flimkien ma’ Jasmine Abela, Gaia Cauchi u Jade Vella niedew verżjoni ġdida ta’ Ħarsa Biss waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għat-tieni Dar Bjorn.

We are the world – Proġett mużikali minn diversi kantanti għal żmien il-Milied

We are the world – Proġett mużikali minn diversi kantanti għal żmien il-Milied

Il-kantant Malti Kurt Anthony, huwa l-moħħ wara dan il-proġett. Kantanti popolari oħrajn se jingħaqdu miegħu dalwaqt għal kanzunetta leġġendarja li kienet ħarġet fis-snin tmenin mill-artisti internazzjonali bħal Michael Jackson, Tina Turner, Lionel Richie fost ohrajn.

Kurt jgħidilna, ”Kanzunetta li tfisser għaqda u imħabba.. Il-mużika hija katina b’saħħitha u din kienet opportunità biex ningħaqdu flimkien fl-iktar żmien diffiċli minkejja xi indifferenzi. Jien bniedem li minn ċkuniti ħabbejt ħafna l-kant u l-kantanti u fl-aħħar se jkolli xi ħaġa li tgħaqqadni ma’ dawn l-artisti li kont insegwi fuq it-televiżjoni mindu kont ċkejken. Artisti bħal Mike Spiteri, William Mangion, Claudia Faniello, Ludwig, Debbie u oħrajn. Meta ġejt biex nagħżel il-kantanti kollha kienet diffiċli. Kellimt ‘il fuq minn 30 artist lokali. Kulħadd wera interess imma minħabba d-dati li kienu ristretti ħafna kellna nagħmlu għażla u nżilna għal 20… Michela Galea, Claudia Faniello, Olivia Lewis, Debbie Scerri flimkien mat-tifla tagħha Nicole Vella, Mark Anthony Bartolo, Kevin Paul Calleja, Maria Luana, Gail Attard, Mark Spiteri Lucas, Gaia Cauchi, Mike Spiteri, William Mangion, Ludwig Galea, Laura Bruno, Nicole Frendo, Lisa Tabone, jien innifsi u finalment act ċkejkna li bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd iżda ma nixtiqux niżvelawha għalissa.”

Kurt jgħidilna wkoll li sab ħafna appoġġ mill-artisti kollha li ipparteċipaw b’ mod speċjali minn Ludwig Galea li kkoordina l-vuċijiet u l-armoniji u Maria Luana li minkejja li tagħmel parti mill-‘cast’ idderiġiet il-filmat li se jitwassal lill-Maltin u l-Għawdxin kollha fil-ġranet li ġejjin.

Jirringrazzja wkoll lil Dar il-Mediterran li tawhom lokazzjonijiet mill-isbaħ ghall-filmat kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li ta sapport kbir lil din l-idea.

Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed naqsmu dan il-proġett fuq skoperta.net

Enable Notifications    OK No thanks