
Riċetta: Majjal bil-Coconut u l-Kari
Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):
500g majjal, maqtugħ f’biċċiet bitesized
200ml ilma
Mgħarfa żejt
Nofs kuċċarina żerriegħa tal-mustarda
Mgħarfa tewm midħun
Mgħarfa ġinġer maħkuk
Żewġ basliet imqatta’ rqaq
4 bżar jaħraq (Ħallihom sħaħ imma fellilhom min-naħa waħda)
Landa (400ml) coconut milk
Mgħarfa Kemmun
Mgħarfa Garam masala
Żewġ imgħaref Kari jaħraq
Żewġ imgħaref Kosbor
Żewġ imgħaref Turmeric
Nofs kuċċarina bżar
Nofs kuċċarina melħ
Metodu:
- Saħħan iż-żejt f’taġen fond.
- Żid iż-żerriegħa tal-mustarda, il-ġinġer, il-kari, il-kosbor, it-turmeric, il-bżar, il-melħ, il-kemmun u l-garam masala.
Nota: Jien nħobb inħallat il-ħwawar kollha flimkien f’tazza qabel.
- Ħawwad kontinwament għal minuta fuq nar baxx.
- Żid il-basal, it-tewm u l-bżar l-aħmar.
- Kompli sajjar fuq nar baxx sakemm il-basal isir artab u jibda jieħu kulur kannella.
- Issa żid il-biċċiet tal-majjal u kompli aqli għal 5 minuti, waqt li tħawwad spiss.
- Żid l-ilma u agħtti t-taġen.
- Ħallih itektek fuq nar baxx għal 30 minuta u kultant tiħ taħwida.
- Wara li jgħaddu t-30 minuta, żid il-coconut milk u ħawwad sewwa.
- Ħallih fuq in-nar sakemm tara li ħa jibda jagħli.
- Neħħih minn fuq in-nar u servi fuq noodles jew ross.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Kontributriċi