“Grazzi lill-għeżież ġenituri tiegħi tas-sagrifiċċji u li kienu miegħi mill-bidu sal-aħħar” – Kyran

“Grazzi lill-għeżież ġenituri tiegħi tas-sagrifiċċji u li kienu miegħi mill-bidu sal-aħħar” – Kyran

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, Kyran Bonello, irringrazzja lil kull min kien hemm għalih u kien parti mill-mument li hu jirreferi għalih bħala “l-isbaħ mument li qatt kelli u li mhu ħa ninsa qatt.”

Kyran irringrazzja fost oħrajn lill-istilisti tal-ħwejjeġ, lill-għalliema tal-kant tiegħu, Gillian, lill-ballerini li kienu parti mill-prestazzjoni tiegħu fis-serata finali u lill-crew kollu ta’ Malta’s Got Talent.

Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li vvutawlu, iżda fuq kollox, lill-akbar persuni għeżież għalih, li għamlu sagrifiċċji u li kienu miegħu mill-bidu sal-aħħar.”

“Inħobbkom kollha. Grazzi kbira li ħafna li ma tispiċċa qatt,” ikkonkluda Kyran.

“Iċ-ċkejkna Georgie, miraklu ta’ veru” – Ryan u Maria Galea

“Iċ-ċkejkna Georgie, miraklu ta’ veru” – Ryan u Maria Galea

Ryan Galea qasam fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu l-ewwel ritratti taċ-ċkejkna Georgie u ddeskriva t-twelid tagħha bħala “miraklu ta’ veru.”

L-atturi Ryan u Maria Galea saru ġenituri għall-ewwel darba nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar.

Fl-14 ta’ Frar, proprju f’Jum San Valentinu, jagħlqu 14-il sena flimkien filwaqt li fis-7 ta’ Settembru ta’ din is-sena jagħlqu 4 snin miżżewġin.

Għal darb’oħra nawguraw lil Ryan u Maria għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom bħala ġenituri!

Clayton u Lenies Pace jerġgħu jsiru ġenituri!

Clayton u Lenies Pace jerġgħu jsiru ġenituri!

L-atturi Clayton u Lenies Pace reġgħu saru ġenituri!

Dan ħabbru Clayton ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, fejn f’kitba huwa ta merħba lit-tarbija bl-isem ta’ Jack. “Kemm Lenies u kemm Jack jinsabu tajbin. Grazzi lil kull min kien ta’ sapport għalina,” żied jgħid Clayton.

Clayton u Lenies huma ġenituri wkoll ta’ Noah, li għandu 3 snin.

Nawguraw lil Clayton, Lenies u Noah għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom.

Jade Cini ssir omm

Jade Cini ssir omm

Ftit tal-ħin ilu, Jade Cini, mudella u rebbieħa ta’ Miss Universe Malta, ħabbret li saret omm taċ-ċkejkna Mae.

Hija għamlet dan fuq il-mezzi soċjali tagħha. Permezz ta’ kitba flimkien ma’ ritratti li juri isem it-tarbija, b’ferħ kbir, Jade ħabbret it-twelid ta’ binthom, li twieldet illum fis-14:45.

Filwaqt li rringrazzjat lill-maħbub tagħha, Edward Camilleri, tas-sapport kontinwu tiegħu, Jade qalet li din il-ġurnata memorabbli se tibqa’ mnaqqxa f’qalbhom għal dejjem.

Min-naħa tiegħu, Edward Camilleri qasam l-ewwel ritratt taċ-ċkejkna Mae fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, li juri swaba ċkejknin imdawrin ma subgħajh.

F’kitba huwa ta merħba lil binthom, filwaqt li qal “ir-rigal tal-ħajja, x’barka li tesperjenza miraklu bħal dan.”

Filwaqt li stqarr li jinsab ħerqan għall-vjaġġ tiegħu bħala missier, qal li jħossu kburi ħafna b’dak li għamlet l-omm, Jade. “Inħobbok ħafna,” żied jgħid lill-maħbuba tiegħu.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Jade u lil Edward għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom bħala ġenituri.

“B’ferħ nilqgħu lit-tarbija tagħna Luċija” – Joseph u Shalane Agius

“B’ferħ nilqgħu lit-tarbija tagħna Luċija” – Joseph u Shalane Agius

L-attur, produttur u preżentatur Joseph Agius ħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-5:51, hu u l-mara tiegħu Shalane saru ġenituri għall-ewwel darba, taċ-ċkejkna Luċija.

B’ferħ nilqgħu lit-tarbija tagħna Luċija f’din id-dinja.

Żied jgħid li kemm l-omm kif ukoll it-tifla jinsabu tajbin u b’saħħithom.

Filwaqt li rrimarka li minn issa ‘l quddiem se jibdew kapitlu ġdid li jinvolvi fost oħrajn “ħrieqi maħmuġin, iljieli bla rqad u mħabba bla qies,” irringrazzja lill-istaff mediku ta’ Mater Dei, b’mod speċjali lill-qwiebel.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Joseph u Shalane għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom bħala ġenituri.

Enable Notifications OK No thanks