
Missier jagħti l-pulmun lil ibnu ta’ ħames snin
F’Bergamo, l-Italja, sar l-ewwel trapjant tal-pulmun minn fuq persuna ħajja. Kien il-missier li ta l-pulmun lil ibnu ta’ ħames snin, ġewwa l-isptar Giovanni XXIII.
Din it-tip ta’ kirurġija hija estremament delikata u li rarament issir, speċjalment fil-Ġappun u l-Istati Uniti, filwaqt li fl-Ewropa ftit li xejn.
Dan ir-riċevitur ċkejken ilu jbati mit-talassemija sa mit-twelid, marda tad-demm li diġà ġegħlitu jkollu bżonn trapjant tal-mudullun. F’dak il-każ ukoll id-donatur kien il-missier.
Bħalissa ż-żewġ pazjenti huma rikoverati l-isptar bi pronjosi kunfidenzjali. Ir-riżultati tal-operazzjoni mistennija joħorġu fi ftit jiem oħra.
