
It-tewmin ta’ Lisa Marie Presley mhux se jirritornaw id-dar fejn mietet ommhom
Skont dak li qed jiġi rrapurtat mil-midja barranija, TMZ, it-tewmin ta’ Lisa Marie Presley, Finley u Harper, ta’ 14 -il sena, jinsabu trawmatizzati ħafna mill-mewt għallarrieda ta’ ommhom u minħabba f’hekk mhux se jirritornaw id-dar fejn ommhom mietet b’arrest kardijaku.
Sorsi qrib il-familja qed jgħidu li t-tewmin qed iqattgħu ħafna ħin fid-dar tan-nanna tagħhom, Priscilla Presley, f’Los Angeles wara l-mewt ta’ Lisa Marie.
Oħthom il-kbira, Riley Keough, tinsab hemm ukoll; u kulħadd qed jiddependi fuq xulxin għas-sapport.
Il-ħajja ta’ Lisa Marie Presley se tkun onorata permezz ta’ ċerimonja pubblika li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar, fi Graceland, id-dar li kellu missierha.
Hija se tkun midfuna fi Graceland stess flimkien ma’ missierha, Elvis Presley u membri oħra tal-familja, inkluż it-tifel ta’ Lisa Marie, Benjamin Keough, li miet b’suwiċidju f’Lulju tal-2020.
