Kont taf li Vanni Pulé huwa wkoll pittur?!

Kont taf li Vanni Pulé huwa wkoll pittur?!

Il-biċċa l-kbira tan-nies, lil Vanni Pulé jafuh bħala illużjonist. Fil-fatt, ilu jiddeverti u jgħaġġeb lill-poplu Malti u lit-turisti li jżuruna kif ukoll lin-nies f’pajjiżi oħra, mal-50 sena!

Iżda ftit forsi jafu li Vanni kien jaf ipinġi qabel beda jagħmel il-maġija. Meta kellu biss 13-il sena kienu diġà ppubblikawlu cartoon strips regolari fuq gazzetta lokali. Fil-bidu tas-snin 70 kien ipinġi l-karikaturi fuq ġurnal ewlieni. Kompla jpinġi u jpitter u tgħallem taħt Harry Alden u Anthony Calleja filwaqt li ħa kors tal-Masters f’Upper Saint Martin’s Art College, Londra.


Ħa sehem f’diversi wirjiet kollettivi kemm f’Malta kif ukoll barra. Madwar sitt snin ilu kellu wirja solo f’Spazju Kreattiv tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. Minn dak iż-żmien, il-pitturi tiegħu inxterdu mal-Ingilterra, l-Italja, l-Amerika u l-Awstralja, f’kollezzjonijiet privati.

Nhar is-Sibt 27 ta’ Novembru se tiftaħ wirja oħra solo tiegħu bl-isem ta’ Ilwien, fl-Imperial, tas-Sliema, fejn, f’żewġ swali kbar, se jiġu esibiti madwar 45 biċċa oriġinali biż-żejt, akkwarelli u akriliċi. Din se tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ Diċembru bejn id-9 ta’ filgħodu u s-7 ta’ filgħaxija.

Din se ssir b’kollaborazzjoni mal-Malta Cultural Institute u l-wirja se tiżżanżan waqt kunċert nhar is-Sibt filgħaxija.

Min jixtieq iżur jista’ jmur fil-ġranet imsemmija hawn fuq, imma importanti li jkun imlaqqam u jilbes il-maskra waqt li jkun hemm. L-Imperial għandhom parkeġġ taħt l-art.

X’tista’ tigwadanja jekk tqum aktar kmieni mis-soltu? – Matthaeus Grasso

X’tista’ tigwadanja jekk tqum aktar kmieni mis-soltu? – Matthaeus Grasso

🌅😴🌞 L-isfida ta’ din il-ġimgħa tista’ tgħin biex il-ġranet tiegħek jibdew aktar b’mod kalm u aktar faċli. L-isfida tiegħek hi li tissettja l-allarm tiegħek u tqum 15-il minuta qabel il-ħin li tqum is-soltu, kuljum din il-ġimgħa!

🐦⏰ Studju li sar f’Harvard wera li l-“early birds” – nies li jqumu aktar kmieni filgħodu – għandhom tendenza li jkunu aktar proattivi u ta’ suċċess fil-karrieri tagħhom.

Huma għandhom tendenza li jkunu dawk li jippjanaw l-għanijiet u jwettquhom! ✅✅✅

X’għandek tagħmel b’dan il-ħin żejjed? Huwa totalment f’idejk. Imma nista’ nagħtik xi ideat:

📓 Ibda ġurnal

📚 Aqra kotba jew artikli ta’ ispirazzjoni

🎧 Isma’ podcast jew awdjo ktieb motivanti

🏃🏽‍♀‍ Mur għal mixja qasira

🧘 Immedita

☕ Jew … jekk ġeneralment issib ruħek stressat u taħdem filgħodu, tista’ tuża l-15-il minuta żejda biex tqassam il-ħin aħjar fir-rutina tiegħek u tnaqqas l-istress.

💪 Bażikament, agħmel dak kollu li jġiegħlek tħossok b’saħħtek u ispirat biex tibda l-ġurnata u tagħmel l-aħjar użu minnha!

🦉 X’ħin normalment tqum kull filgħodu? Int night owl jew early Bird?

🐦 Se tkun qed tingħaqad magħna f’din l-isfida!? Jekk iva, se tirringrazzja lilek innifsek aktar tard. Ħallilna kumment u għidilna!

Enable Notifications OK No thanks