Select Page
Xi jfisser li tkun ġurnalist fuq l-ajruplan tal-Papa? – Jgħidilna dwar dan Mark Laurence Zammit

Xi jfisser li tkun ġurnalist fuq l-ajruplan tal-Papa? – Jgħidilna dwar dan Mark Laurence Zammit

Il-ġurnalist Mark Laurence Zammit kien fost aktar minn 70 ġurnalist li kienu fuq l-ajruplan tal-Papa Franġisku waqt it-titjira tiegħu lejn Malta.

F’kuntatt li għamilna, Mark spjegalna xi tfisser li tkun ġurnalist fuq l-ajruplan tal-Papa kif ukoll x’jaħseb dwar il-Papa Franġisku.

Il-Papa jieħu l-ġurnalisti miegħu f’kull vjaġġ Appostoliku. Ikun hemm ġurnalisti diġà qegħdin fil-post, imma jkun hemm dawk li jivvjaġġaw mal-Papa. Dan ifisser li huma obbligati li jitilqu miegħu minn Ruma, iduru miegħu fil-postijiet li jżur u jirritornaw miegħu Ruma wara l-vjaġġ. F’dal-vjaġġ kien hemm ftit iktar minn 70 ġurnalist minn madwar id-dinja kollha fuq dak li jgħidulu l-“Papal Flight”. Kien hemm mill-AFP, CNN, NBC, CBS, Rai, u oħrajn.

“Ħafna minnhom jivvjaġġaw miegħu f’kull vjaġġ li jmur allura kienu mdorrijin b’dal-proċess. Għall-vjaġġ f’Malta konna 3 Maltin. Allura jiena kelli ntir minn Malta għal Ruma l-Ġimgħa l-1 ta’ April filgħodu. Mort il-Vatikan niġbor accreditation fejn iltqajt mal-ġurnalisti l-oħrajn kollha u kellna laqgħa biex jispjegawlna x’se jiġri. Spjegawlna x’se jkun qed jagħmel il-Papa u f’liema mumenti nistgħu u ma nistgħux niffilmjaw. Is-Sibt it-2 ta’ April sbaħna kmieni Fiumicino.”

Mark Laurence Zammit

Mark qalilna li l-ġurnalisti fuq il-Papal Flight mhux biss iridu jirkbu l-ajruplan mal-Papa kull darba, imma fil-każ tiegħu, li kien Malti, ma setax jorqod id-dar tiegħu f’Malta u ma setax juża l-karozza tiegħu, u joħroġ mid-delegazzjoni. Kulħadd ried jibqa’ flimkien, jivvjaġġa flimkien u jgħix flimkien, fl-istess lukanda.

“L-ajruport ta’ Ruma qabel tlaqna saħansitra ġabru l-passaport ta’ kulħadd u tawulna qabel erġajna dħalna fuq l-ajruplan minn Malta għal Ruma.”

Mark Laurence Zammit

Mark spjega li fuq l-ajruplan kien hemm il-Papa, in-nies li jgħinuh, is-security tiegħu, dinjitarji Maltin, il-Kardinal Mario Grech u mbagħad, min-nofs lura, il-ġurnalisti kollha. Il-Papa poġġa fuq quddiem imma fit-triq lejn Malta qam u dar l-ajruplan kollu u kellem lil kulħadd wieħed wieħed.

L-iktar ħaġa li impressjonat lil Mark dwar iż-żjara Appostolika kienet is-sigurtà u l-protocol.

“Tgħallimt li żjara Appostolika hija operazzjoni kkumplikata immens li tinvolvi mijiet ta’ nies, imma li hija kkordinata b’mod tant professjonali li kollox jimxi perfett to the minute.”

Mark Laurence Zammit

Dwar il-Papa Franġisku, Mark qalilna li impressjonah il-fatt li minkejja li l-Papa għandu ż-żmien u l-vjaġġ lejn Malta kien pjuttost turbolenti minħabba l-maltemp, baqa’ baqa’ sakemm kellem lil kull min kien miegħu fuq l-ajruplan.

“Vera li jidher anzjan u muġugħ, però ma jidhirx bla ħeġġa. Irid jisma’ u jiltaqa’ man-nies u jkun jaf kollox x’inhu għaddej. Moħħu jidher luċidu u jrid ikun viċin in-nies.”

Mark Laurence Zammit

Min mill-mistednin ta’ Sibtek li jmiss se jkollu l-Prank Call?!

Min mill-mistednin ta’ Sibtek li jmiss se jkollu l-Prank Call?!

Sibtek jirritorna b’aktar personalitajiet!

Din id-darba l-personalitajiet Tiziana Calleja, Geo Debono, Anthea Żammit u Keane Cutajar se jkunu ma’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12.15 ‘l quddiem.

Il-ġurnalist u Xandar Keane Cutajar se jkollu sorpriża ħelwa u se narawh ukoll waqt sessjoni fil-gym bla flokk!

Tiziana Calleja din id-darba se jkollha l-Prank Call!

Geo Debono se jiltaqa’ ma’ xi ħadd speċjali li tħobbu ħafna!! Imma ma’ min?!

Il-mudella u żeffiena Anthea Żammit se tiltaqa’ ma’ xi ħadd li qatt ma basret li se jiġi fuq it-televiżjoni għaliha!! Tgħid x’se tkun ir-reazzjoni tagħha?!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Bħal kull ġimgħa, ma tonqosx ukoll il-mużika lajv!

Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan hu programm ieħor li ma tistax titlef!

Imut il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli

Imut il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli fl-età ta’ 65 sena.

Huwa miet fl-isptar l-Italja fejn kien ilu mis-26 ta’ Diċembru, minħabba kumplikazzjoni serja minħabba disfunzjoni tas-sistema immuni tiegħu.

Sassoli, politiku Taljan, ġie wkoll ikkurat fi sptar Franċiż għal pulmonite f’Settembru.

David Sassoli beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist, u kompla jevolvi fil-karriera meta ingħaqad max-xandir tal-Istat Taljan RAI. Fl-2009, ingħaqad mal-Partit Demokratiku u rebaħ l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.

Huwa ilu president tal-parlament ta’ 705 siġġu mill-2019. Huwa rwol fil-biċċa l-kbira ċerimonjali u l-mandat tiegħu kellu jintemm dan ix-xahar.

Skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Parlament Ewropew, il-Viċi President iddeterminat skont il-preċedenza, isir President jekk ir-rwol jiġi vakanti.

Roberta Metsola tokkupa l-kariga ta’ Viċi President, għaldaqstant se tkun qed isservi bħala President tal-Parlament Ewropew sakemm jiġi elett President ġdid.

L-elezzjoni se ssir nhar l-Erbgħa d-19 ta’ Jannar u Metsola hija l-kandidata tal-PPE għar-rwol.

Is-Superman il-ġdid se joħroġ bħala bisesswali fil-ktieb tal-komiks li jmiss

Is-Superman il-ġdid se joħroġ bħala bisesswali fil-ktieb tal-komiks li jmiss

Superman ilu magħruf fil-kotba tal-komiks għal madwar 80 sena.

Sa din is-sena, kull interazzjoni komika ta’ Superman kienet iddur mal-imħabba tiegħu Lois Lane, iżda fil-ħarġa li jmiss tas-serje l-ġdida, Superman se jidħol f’relazzjoni oħra.

Il-ħames ħarġa tas-serje tal-komiks Superman: Son of Kal-El se tikkonferma li s-Superman il-ġdid Jon Kent huwa bisesswali wara li tinbet relazzjoni romantika bejnu u bejn ġurnalist, Jay Nakamura, li mhuwiex karattru ġdid għaliex fil-fatt huwa kien diġà deher fit-tielet ħarġa ta’ din is-serje.

Il-kittieb tas-serje Tom Taylor qal li l-evoluzzjoni ta’ dan is-serje l-ġdid qed iżżomm mal-valuri li l-karattru dejjem irrapreżenta, u, importanti, jirrifletti l-esperjenzi ta’ ħafna fans tal-komiks.

Huwa qal li s-simbolu ta’ Superman dejjem kien għat-tama, l-verità u l-ġustizzja. Żied jgħid li llum dak is-simbolu jirrappreżenta xi ħaġa aktar u li aktar nies jistgħu jaraw lilhom infushom fl-iktar supereroj b’saħħtu fil-komiks.

Imut l-attur Patrick Vella

Imut l-attur Patrick Vella

Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tal-attur Patrick Vella.

Huwa ħadem f’bosta produzzjonijiet teatrali kif ukoll televiżivi. Kien magħruf ukoll għall-vuċi partikolari tiegħu.

Minbarra dan, Patrick għamel xi żmien jaqra l-aħbarijiet fuq l-istazzjon ONE, u anki ħadem bħala ġurnalist.

Enable Notifications OK No thanks