Select Page
Bosta djar jispiċċaw fil-baħar hekk kif il-Kanada tinħakem minn maltemp qawwi

Bosta djar jispiċċaw fil-baħar hekk kif il-Kanada tinħakem minn maltemp qawwi

Mijiet ta’ eluf ta’ nies spiċċaw bla dawl, u oħrajn saħansitra bla dar, wara li l-Maltempata Fiona laqtet il-kosta tal-Kanada.

Partijiet minn ħames provinċji esperjenzaw xita u riħ qawwija li kkawżaw għargħar.

Kundizzjonijiet tat-temp bħal dawn huma rari fil-Kanada.

Filwaqt li ntbagħat il-militar biex jgħin fl-operazzjonijiet tat-tindif mill-ħerba li ħalliet il-Maltempata Fiona, il-Prim Ministru tal-Kanada Trudeau qal li mhux se jkun qed jivvjaġġa lejn il-Ġappun biex jattendi għall-funeral tal-eks Prim Ministru Shinzo Abe, ħalli jittratta l-konsegwenzi tal-maltemp.

Twissijiet ta’ maltempata tropikali inħarġu għall-provinċji Atlantiku ta’ Nova Scotia, Prince Edward Island, Newfoundland u New Brunswick, kif ukoll f’partijiet tal-Quebec.

Żona f’Newfoundland tinsab fi stat ta’ emerġenza, tant li l-ġurnalist lokali René Roy qal li din hija l-aktar ħaġa tal-biża’ li qatt ra f’ħajtu.

Huwa żied jgħid li hemm ħafna djar li spiċċaw fl-oċean, bini ta’ appartamenti li litteralment sparixxa u toroq sħaħ meqruda.

Il-kumpaniji tal-enerġija wissew li jista’ jieħu jiem biex jerġa’ jkollhom l-elettriku lura, peress li l-veloċitajiet tar-riħ baqgħu għoljin wisq biex jibdew ix-xogħol fuq il-ħsara li saret.

Jiftaħ flixkun xampanja u jifraħ bil-mewt tar-Reġina Eliżabetta II

Jiftaħ flixkun xampanja u jifraħ bil-mewt tar-Reġina Eliżabetta II

Ftit minuti wara li tħabbret il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II, diversi ċelebritajiet u politiċi madwar id-dinja urew niket, hekk kif ir-Renju Unit qed jibki din it-telfa.

Madankollu, il-personalità tal-midja Arġentina, il-ġurnalist Santiago Cuneo għamel kompletament bil-kontra.

Fil-fatt Cuneo qanqal stmerrija wara li f’filmat deher jiċċelebra l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II billi fetaħ flixkun xampanja u sejjaħ l-aħbar bħala “aħbar tajba”.

Fi ftit ħin dan il-filmat mar virali fuq l-Internet, però dlonk tneħħa. Fil-filmat instema’ jsejħilha ‘mara anzjana’, u li “fl-aħħar marret l-infern” fost kliem dispreġjattiv.

Keith isellem għall-aħħar darba lit-telespettaturi b’għafsa ta’ qalb iżda b’sodisfazzjon

Keith isellem għall-aħħar darba lit-telespettaturi b’għafsa ta’ qalb iżda b’sodisfazzjon

Il-ġurnalist tant maħbub Keith Demicoli temm il-karriera ġurnalistika tiegħu b’messaġġ emozzjonanti li ċertament nissel demgħa lil bosta.

Filwaqt li rringrazzja lill-ġenituri tiegħu u lil familja tiegħu li dejjem kienu warajh, huwa ta ħajr ukoll lill-kollegi tiegħu u lit-telespettaturi ta’ TVM għall-fiduċja, ir-rispett u l-imħabba li dejjem urewh.

It-tim ta’ skoperta.net jawgura lil Keith kull suċċess għall-futur.

Il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri – Malta Journalism Awards

Il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri – Malta Journalism Awards

Illejla fil-Malta Journalism Awards, il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri.

L-Unur għall-aqwa feature tas-sena 2019 u kif ukoll Peppi Azzopardi rebaħ wieħed mill-aktar unuri prestiġġjużi f’dawn l-awards, dak tal-Gold Award ippreżentat mill-President Emeritus l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca.

It-tim ta’ Xarabank jirringrazzja lit-telespettaturi li kienu u baqgħu jsegwu l-programm, li flimkien mat-tim kollu iddedikat, kienu parti mis-suċċess ta’ dan ir-riżultat.

Kif qalu fuq il-paġna tagħhom stess, minkejja li Xarabank fuq it-televiżjoni spiċċa, se jkompli jixxandar online fuq il-paġna ta’ Xarabank u fuq Lovin Malta.

Awguri lit-tim ta’ Xarabank! Awguri Peppi!

Enable Notifications OK No thanks