L-attriċi Stefania Attard Vella ssellem lil oħtha Mariel Galea Vella f’għeluq is-sentejn u sitt xhur minn mindu ħalliet din id-dinja, permezz ta’ poeżija emozzjonali li tirrifletti l-uġigħ li ġġib magħha l-firda u l-imħabba bla limitu, li flimkien mal-memorji, jgħaddu kemm jgħaddu snin, jibqgħu għal dejjem.
Għażiża oħti llum ġa sentejn u sitt xhur Kemm hu kiefer għalina dan id-dulur ma għadekx magħna ħallejtna għallarrieda kiefra wisq din il-firda qerrieda
Jgħaddi kemm jgħaddi hemm jibqa’ l-uġigħ b’qalbna mnikkta, vojt kbir, min jista’ jimlieh u mhux veru li jtaffi ż-żmien nerġgħu ngħixu l-mument kuljum, kullimkien
Kemm insemmuk f’kull ħaġa li nagħmlu niftakru, nitbissmu u spiss anke nibku kemm hu iebes għażiża li ngħixu mingħajrek meta ħlief ġid ma rajniex mingħandek
Karattru bħal tiegħek dejjem tferraħ in-nies kif stajna qatt aħna ma nħobbukx bla qies ċerti li fil-ġenna qed tagħmel l-istess tferraħ u tnissel tbissima, f’kulħadd turi interess
Kemm nixtieq li għal darba, nreġġa lura ż-żmien u imqar tgħanniqa oħra ntik bla tmiem inbusek u ngħidlek li nħobbok immens kif dejjem kont nagħmel fil-veru sens
B’fidi kbira nemmen li tkun magħna kuljum inkellmek u nitolbok tieħu ħsiebna mal-jum Tħallina qatt għażiża tagħna ibqa’ ħu ħsiebna u ibqa’ magħna sa ma niltaqgħu miegħek fil-ġenna qalbna maqsuma se tibqa tistenna. Inħobbuk għal dejjem Sis x x x x
Filwaqt li Jonas kien liebes pulit, xagħru mimxut lura b’mod eleganti, b’dehra impekkabbli, wiċċ donnu dak ta’ żagħżugħ, ġisem imlaħħam sew u maġenb karozza sabiħa lussuża u skura. Kont qed inħoss il-piż tal-kuxjenza tniggiżni, hekk kif għaffiġt il-basket li kelli mdendel miegħi, taħt idejja b’mod aġitat. “Ġejt għalija?” staqsejtu b’leħen baxx, nipprova ma nħarisx f’għajnejn ħija. “U ma tafx li niġi għalik. Issa ejja oqgħod għandi fil-bidu sakemm tissetilja x’imkien ieħor. Jien waħdi ngħix,” qalli Jonas. U ħadni miegħu d-dar. L-ewwel ftit jiem ma stajtx nidra l-ħajja normali. Għalkemm kont naf li ma kinitx ħaġa faċli, bdejt nerġa’ nfittex xogħol. U wara kont beħsiebni nfittex appartament żgħir. Ħajja ġdida. Libera. Iżda kont qed inħossni xi ftit imbarazzat minn ħija. Kien iħares lejja b’mod stramb. Ftit diskors. Mill-inqas. Sa dakinhar. Dakinhar li Jonas kien mar lejn ix-xogħol u bħas-soltu kien ħallieni waħdi d-dar. Ħarist barra lejn il-ġnien. U lmaħt l-għeruq tas-siġra l-kbira fil-ġnien ħerġin minn hemm taħt b’mod mhux normali. U kien propju dak il-ħin li ddeċidejt li nirranġalha l-għeruq. Hekk jew hekk, ma kelli xejn x’nagħmel! Sibt pala u bdejt nipprova naqla’ ftit il-ħamrija li kien hemm fil-wiċċ. Wara li kont tellajt ammont ta’ ħamrija ġmielha ‘il fuq, sibt kaxxa tal-ħadid midfuna hemm taħt. Tgħid din x’kienet? Tħassibt! Kienet imdaqqsa. Ħriġtha. Ftaħtha. Qalbi għamlet tikk. Ġakketta safra. U mazza. Kieku flejtha aħjar, kont ninduna. Kienet imtebba’ bid-demm niexef ta’ ħamsa u għoxrin sena ilu! U jien…………… Jien kont servejt is-sentenza ta’ ħija! Ħija it-tewmi. Ħija Jonas. Li kien iħarisli b’mod stramb. Minjaf għalfejn hux? U din……………. Din kienet l-evidenza!
Il-ħoss tax-xita nieżla minn barra kamarti kienet twennisni. Kont inħoss li kien hemm xi ħaġa li kienet tgħaqqadna. Lili. U lilek. Għalfejn ma kontx bħall-bniet l-oħra tal-iskola li kienu fil-klassi tiegħi? Kull sena, meta konna ntellgħu reċta flimkien, bl-għajnuna tal-għalliema tagħna, kont narahom kollha ferħana. Kont narahom kif kienu jħarsu lejn uliedhom. Kienu jkunu kburin bihom. U int ma kontx tkun hemm. Int qatt ma kont tkun hemm. Naf. Naf li kien ikun hemm ommi. Lilha kont naraha titbissem. Kont naraha tifraħ xħin kienet tarani u xxejjirli ħalli turini li kienet tkun hemm. Hi biss. Waħedha. “Mia, il-papà ma jistax jiġi. Taf……..” kienet tgħidli. “Taf li l-papà tiegħek qiegħed jiġġieled fil-gwerra. Imma toqgħodx imdejqa. Daqt tispiċċa l-gwerra……….u tara, tara kif ma jdumx ma jiġi lura!” Kien ilu snin li telaq. Kont inħoss nuqqas kbir tiegħu. Darbtejn fis-sena biss kien jiġi jarana. F’għeluq snini u fil-ġurnata tal-Milied. Ma tantx kont ingawdih. Kien jiġi, jgħaddi jumejn magħna u jerġa’ jitlaq lura. U kull darba……… Kull darba kien iħalli vojt kbir. Vojt kbir warajh. Akbar minn ta’ qabel. F’kamarti kelli kalendarju mdendel ma’ granpun tal-ħadid, nofsu mdaħħal fil-ħajt, f’kamra kważi vojta. Kont nimmarka l-ġranet kuljum. U dawk il-jumejn speċjali………..dawk kienu jkunu mdawrin bi ċrieki ħomor. Dawk il-ġranet li kien ikun ġej hu. Missieri. “Mamà, xahar ieħor il-Milied,” kont għidt lil ommi xi ġranet ilu. U hi kienet ħarset lejja b’għajnejha jleqqu. Anke hi kienet tħoss in-nuqqas. Imma ma tantx kienet turi. Kont nismagħha tibki waħedha fis-sodda. Kont nismagħha tqalleb fir-ritratti u naqbadha timsaħ id-dmugħ minn fuq ħaddejha. “Mia……” kien qalli meta kien ġie s-sena ta’ qabel, f’għeluq is-sitt snin tiegħi. Kien xtrali ħafna ġugarelli u għannaqni miegħu. Dejjem kien iġibli xi ħaġa miegħu. “Ejja, ħalli ngħallmek tiżfen il-valz.” “Il-valz x’inhu?” kont staqsejtu jiena b’għajnejja kbar, kbar, hekk kif bdejt ngħaffeġ id-drapp tal-libsa li kelli fuqi. Kont qed inħossni skomda. Għax jiena ma kontx naf niżfen. U ma ridtx naqta’ brutta figura quddiem missieri! Dawwart ħarsti lejn il-kejk li kien għad hemm fuq il-mejda, bix-xemgħat mitfijin, nofsu mikul u n-nofs l-ieħor lest għal ġol-friġġ. Ma kienx żmien il-ħela. Kont naf li ommi kienet marret għand Duminku l-furnar sabiex tagħmlu hi stess b’idejha. “Żifna. Żifna waħda. Ejja ħalli niżfnu jiena u inti,” kien qalli b’dak il-leħen sod, li kien jagħtini sensazzjoni ta’ paċi u mħabba.
Meta xi ħadd qrib tagħna ikun qed jikkumbatti mal-kanċer, ir-reazzjoni immedjata tagħna tkun dik li naraw x’nistgħu nagħmlu biex ngħinuhom u nagħtu s-sapport tagħna.
Dawn huma modi differenti kif tista’ tagħti s-sapport tiegħek.
X’għandi ngħid?
Ħafna drabi, speċjalment fil-bidu, tista’ tkun konfuż dwar x’għandek tgħid jew tagħmel, iżda żomm f’moħħok li tkun miftuħ u sensittiv għal kif qed iħossu huwa dak li ħafna nies ikollhom bżonn. Li jkunu jafu li qiegħed hemm għalihom se jgħin ħafna.
Kull persuna li tkun qed tikkumbatti mal-kanċer ikollha esperjenza differenti u għalhekk ipprova tassumix kif il-persuna tista’ tħossha. Tista’ tkun qed tħossha ferħana f’ġurnata u mdejqa fl-oħra. Ipprova kun konxju tal-burdata tagħha.
Ftakar li l-persuna forsi ma tridx titkellem jew taħseb dwar il-kanċer il-ħin kollu. Li jkollok konverżazzjoni normali fuq affarijiet ta’ kuljum u li taqsam ċajta kultant tista’ tgħin ħafna.
Ipprova teħodhiex personalment jekk il-persuna ma tridx titkellem dwar il-kanċer u rrispetta l-ħtieġa tagħha għall-privatezza jew li jkollha ftit ħin għall-kwiet.
L-emozzjonijiet li jistgħu jħossu
Ħafna drabi tibda tinduna li l-burdata tal-persuna tinbidel minn mument għall-ieħor. Dan huwa normali għal min jiġi dijanjostikat b’kanċer.
Hemm firxa sħiħa ta’ emozzjonijiet li jistgħu jesperjenzaw inklużi:
Rabja
Dwejjaq
Inċertezza
Biża’
Ħtija
Frustrazzjoni
Solitudni
Iżolament
Riċentament
Niket
Li wieħed jifhem dawn l-emozzjonijiet jista’ jgħin biex tissapportja lill-persuna aħjar.
Sapport emozzjonali
Ir-riċerka turi li s-sapport emozzjonali mill-familja u l-ħbieb jista’ jagħmel differenza kbira għall-kwalità tal-ħajja ta’ xi ħadd bil-kanċer.
Ħafna drabi wieħed jibża’ li se jgħid xi ħaġa ħażina lil xi ħadd b’kanċer. Jekk turi li ġenwinament jimpurtak minn dak li għaddejja minnu l-persuna allura tista’ tkun ta’ sapport kbir.
Dawn huma xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk:
Li tista’ tagħmel:
Esprimi ruħek jekk qed tħossok skomdu, importanti li tirrikonoxxi s-sitwazzjoni minflok tippretendi li mhix qed isseħħ.
Xi tagħfisa fl-idejn jew tgħanniqa tagħmel differenza.
Ċempel lill-persuna, ibagħtilha xi kartolina jew messaġġ biex turiha li qed taħseb fiha.
Fakkarha li jekk tkun trid titkellem se ssibek dejjem hemm biex tisma’. Min-naħa tiegħek kun żgur li tkun disponibbli.
Irrispetta l-ħtieġa għall-privatezza tagħha, anke jekk tkun qed tgħix mal-persuna.
Issapportja lill-persuna matul id-dijanjosi kollha, fil-bidu, waqt u wara t-trattament.
Aqsam xi ċajta u idħak magħha. Id-daħk huwa wkoll mediċina.
Żomm ir-relazzjoni tiegħek mal-persuna normali u bilanċjata kemm jista’ jkun.
X’għandek tevita li tgħid u tagħmel:
Evita li tgħid li taf kif qed tħossha. Qatt ma tista’ tkun taf eżattament kif iħossu xi ħadd li jkun qed jgħix b’kanċer jekk ma tkunx għaddejt minnha, u anke jekk tkun għaddejt, kulħadd huwa differenti.
Evita li tgħidilha biex tkun b’saħħitha jew pożittiva, għaliex b’hekk tkun qed tagħmel pressjoni fuq il-persuna biex iġġib ruħha b’ċertu mod.
Tiħux l-affarijiet personalment jekk il-persuna tidher irrabjata jew imdejqa jew ma tridx titkellem.
Toffrix pariri li ma ġewx mitluba.
Tqabbilx is-sitwazzjoni tal-persuna ma’ ta’ xi ħaddieħor li taf, l-esperjenza ta’ kull persuna li tgħix b’kanċer hija unika.
Li tisma’
Li tisma’ u tipprova tkun konxju tal-ħsibijiet u s-sentimenti ta’ xi ħadd huwa importanti.
M’hemmx bżonn li jkollok it-tweġibiet kollha. Sempliċiment li tisma’ t-tħassib jew l-inkwiet tal-persuna jista’ jkun ta’ għajnuna kbira.
Li tisma’ lill-persuna fil-mument li jkollha bżonn huwa parti importanti mis-sapport emozzjonali.
Hawn xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk tagħmel dan:
Ara li kemm jista’ jkun tkunu f’post privat, rilassat u bi ftit distrazzjonijiet.
Ħares f’għajnejn il-persuna imma tiċċassax lejha.
Ħalli l-persuna tmexxi l-konverżazzjoni u pprova tinterrompix.
Agħti l-attenzjoni kollha tiegħek għal dak li qed tgħid.
Jekk qed issib dak li qed tgħid il-persuna diffiċli jew ta’ dwejjaq, tbiddilx is-suġġett. Tkellem dwar kif qed tħossok, dan jista’ jipprevjeni kwalunkwe skumdità.
Jekk il-persuna tibki, tippruvax twaqqafha jew tipprova tferraħha. Aċċertaha li huwa ok li tkun imdejqa u li hija reazzjoni normali għal dak li qed tgħaddi minnu.
Li taqbdilha idejha tista’ tgħin imma jekk tinġibed lura, agħtiha l-ispazju li għandha bżonn.
Ipprova tagħtix pariri sakemm il-persuna ma tkunx talbitek xi parir hi stess.
Iddaħħalx umoriżmu f’dak il-mument sakemm ma tkunx qed tiċċajta hi stess.
Is-silenzju mhuwiex ħażin, anzi, li jkun hemm mumenti fejn tisma’ biss mingħajr ma tlissen kelma, jistgħu jgħinu lill-persuna wkoll.
Sapport prattiku
Minbarra li tissapportja lil xi ħadd emozzjonalment, tista’ wkoll tgħin billi toffri sapport prattiku.
Tkellem mal-persuna u staqsiha jekk hemmx xi ħaġa speċifika li għandha bżonn l-għajnuna fiha.
Hawn persuni li ma jkunux iridu għajnuna jew jistgħu jsibuha diffiċli biex jaċċettawha. Forsi għax ikunu jridu jibqgħu kemm jista’ jkun indipendenti. Ipprova teħodhiex personali. Irrispettat d-deċiżjoni tal-persuna imma kun żgur li taf li jekk tibdel fehmtha, int se tkun hemm.
Li toffri li tgħin hija ħaġa sabiħa ħafna, iżda kun żgur li int kapaċi timpenja ruħek għal kwalunkwe għajnuna li tkun meħtieġa.
Dawn huma xi ideat prattiċi:
Ipprepara xi ikliet bnini li jistgħu jiġu ffriżati.
Twassal lill-persuna l-isptar għal testijiet tad-demm u appuntamenti.
Tgħin fit-tindif u l-ħasil tal-ħwejjeġ.
Tieħu mixja lill-kelb jew annimali domestiċi oħra għand il-vet.
Toffri li tagħmel ix-xiri.
Twassal u tmur għat-tfal l-iskola.
Tagħmel xi qadjiet li jista’ jkollha bżonn tagħmel.
Jekk ma tgħix mal-persuna, staqsi qabel iżżurha, f’każ li tkun qed tħossha ma tiflaħx ħafna.
Il-preżenza, ir-rispett u l-imħabba huma importanti ħafna u dejjem jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tal-individwu.
Madanakollu, inħeġġu dejjem sabiex wieħed ifittex għajnuna professjonali jekk u meta jħoss il-bżonn.
Wasal Sibt ieħor u allura jirritorna l-programm tant segwit u maħbub Sibtek!
Din id-darba, waqt Sibtek li jmiss se niltaqgħu mal-kantanti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest!
Kollha kemm huma jridu jiżvelaw xi ħaġa speċjali li se jkollhom waqt il-wirja tagħhom.
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti.
Bħal kull ġimgħa, ma tonqosx il-mużika lajv minn Christian Arding u din id-darba l-mużika se tkun kollha kanzunetti li marru jirrapreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest fis-snin li għaddew.
Li hu żgur huwa li Sibtek ta’ din il-ġimgħa se jkun mimli allegrija!
Jekk tħobb issegwi Sibtek u l-Malta Eurovision Song Contest, Dan hu programm ieħor li ma tistax titlef!
Sibtek, kull nhar ta’ Sibt, fuq TVM, mill-12:15 ‘l quddiem.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.