Select Page
Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm fil-jiem li ġejjin

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm nhar Il-Ħamis u fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħamis 8 ta’ Diċembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun fil-wesgħa ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali tan-Naxxar.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 11 ta’ Diċembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar lt-Tlieta 13 ta’ Diċembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun quddiem il-Bini Amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 13 ta’ Diċembru se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Ikun apprezzat li dawk interessati li jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk joħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm għada l-Ħadd l-4 ta’ Diċembru

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm għada l-Ħadd l-4 ta’ Diċembru jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 4 ta’ Diċembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun fil-wesgħa ta’ maġenb il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Ikun apprezzat li dawk interessati li jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk joħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm fil-jiem li ġejjin

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm fil-jiem li ġejjin

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 27 ta’ Novembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun fil-parkeġġ ta’ maġenb Il-Bażilka Rotunda tal-Mosta.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 29 ta’ Novembru se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Ikun apprezzat li dawk interessati li jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk joħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 20 ta’ Novembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun maġenb Il-Knisja Arċipretali taż-Żejtun.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 20 ta’ Novembru se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Ikun apprezzat li dawk interessati li jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk joħġbok, xerred dan l-artiklu.

Bil-filmat: “Naħsbu fil-pożittività u l-pożittività tiġi” – Angele Muscat

Fil-ħajja niltaqgħu ma’ ħafna persuni li b’xi mod jew ieħor iħallu impatt fuqna u fuq ħajjitna, xi wħud aktar minn oħrajn.

Ċertament, Angele Muscat hija waħda minnhom. Angele Muscat kienet waħda mill-mistednin li Keith Demicoli kellu fuq is-sufan miegħu din il-ġimgħa, fl-istudjow ta’ TVAM.

Angele irrakkuntat meta t-tabib ta l-aħbar li l-kanċer, stadju 4, infirex ma’ ġisimha kollu. Dan ifisser li l-kanċer li għandha Angele ma jitfejjaqx iżda jsiru trattamenti biex is-sintomi jinżammu taħt kontroll. B’dan it-tagħrif f’moħħha, Angele qalet li staqsiet lit-tajbin kemm kien fadlilha ħajja, u kien proprju dakinhar li t-tabib qalilha li jekk it-trattament jirnexxi tista’ tgħix sa sentejn.

Irrakkontat li f’dak il-mument ħasset id-dinja taqa’ fuqha, partikolarment għaliex dak iż-żmien kellha t-tfal għadhom żgħar ħafna, tifel ta’ sena u nofs u t-tifla kienet se tagħlaq tliet snin. “Sentejn ma kinux biżżejjed għalija.”

Hija spjegat li minn meta skopriet id-dijanjosi sakemm bdiet it-trattament għaddew 6 ġimgħat, li kienu diffiċli ħafna għaliha. F’dak il-perjodu marret lura ħafna u spiċċat f’qiegħ ta’ sodda.

It-trattament ħadem tajjeb ħafna fuq Angele, madanakollu, lanqas kien perjodu faċli għaliex f’dak iż-żmien kellha tinfired minn mal-familja tagħha meta kellha tiffaċċja għażla bejn twaqqaf għal kollox l-attivitajiet ta’ kuljum tat-tfal tagħha minħabba xi mard li jistgħu jġibu u li jista’ jkollu konsegwenzi koroh fuqha jew inkella toħroġ hi mid-dar. Angele għażlet li toħroġ hi u marret toqgħod mal-ġenituri tagħha.

Stqarret li l-meditazzjoni għenitha ħafna u temmen f’possibilità u futur differenti għaliha. “Nemmen li jista’ jkun li ngħix aktar minn sentejn.” Fil-fatt, illum Angele mhux biss qed tħossha aħjar imma tħossha aktar aħjar minn qabel id-dijanjosi tagħha.

Impressjonanti huwa l-fatt li minn din l-esperjenza li Angele għaddejja minnha, iddeċidiet li tagħmel xi ħaġa biex tgħin lil ħaddieħor.

Angele għandha sit elettroniku, angelemuscat.com u permezz tal-esperjenza tagħha qed tagħmel differenza fil-ħajja ta’ persuni oħrajn.

L-akbar tagħlima li ħadet Angele minn dan il-vjaġġ diffiċli kienet li anki meta dak kollu ta’ madwarek, inkluż ġismek juruk li l-affarijiet huma ħżiena, jekk wieħed ibiddel il-perspettiva tiegħu u jemmen f’dik ir-realtà tista’ tiksibha.

Meta Keith staqsiha jekk taħsibx dwar il-mewt, Angele weġbitu li għalkemm ma tibżax mill-mewt, ma taħsibx dwarha, “għaliex inħoss li dik mhijiex ir-realtà tiegħi, ir-realtà tiegħi hija li ħa ngħix, ir-realtà tiegħi hija qiegħda nagħmel il-ġid, ir-realtà tiegħi hija li qed ngħix ħajja kuntenta, allura le, dik il-parti ma naħseb fiha xejn.”

Enable Notifications OK No thanks