Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm dan il-weekend u nhar it-Tlieta li ġej

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa u nhar It-Tlieta li ġej jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fis-Sala Sant’ Anna, taħt il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaskala. Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm se jkun mit-8:30am sas-1:00pm. Din is-sessjoni se ssir fis-Sala Parrokkjali minflok fil-Mobile Blood Donation Unit.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 21 ta’ Marzu li se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm fil-jiem li ġejjin

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fil-jiem li ġejjin jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fiċ-Ċentru Pastorali, maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard. Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. (Din is-sessjoni ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali minflok fil-Mobile Blood Donation Unit.)
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 7 ta’ Marzu li setkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ara fejn u xħin tista’ tagħti d-demm nhar il-Ħadd il-15 ta’ Jannar

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 15 ta’ Jannar mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem Iċ-Ċentru Ċiviku, fil-Pjazza ta’ quddiem Il-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 15 ta’ Jannar se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Enable Notifications OK No thanks