Select Page
Illejla t-Tieni Semifinali tal-Eurovision Song Contest 2021

Illejla t-Tieni Semifinali tal-Eurovision Song Contest 2021

Il-Eurovision Song Contest beda nhar it-Tlieta li għadda bl-ewwel semifinali fejn minnha ntgħażlu 10 parteċipanti fosthom Destiny.

Illejla se jkun hemm 17-il kanzunetta oħra li minnhom se jerġgħu jintgħażlu 10 finalisti.

L-award-winning break dancer Redouan Ait Chitt (Redo) se jiftaħ is-serata tal-lejla flimkien mal-kantant Eefje de Visser b’wirja speċjali b’kombinazzjoni ta’ żfin u kanzunetta.

Matul l-intervall, iż-żeffien tal-ballet Ahmad Joudeh u BAKER Dez Maarsen minn ISH Dance Collective se jagħtu wirja li żgur se tinżel tajjeb mat-telespettaturi. Ahmad Joudeh huwa magħruf għad-dokumentarju Dance or Die, li rebaħ il-premju prestiġjuż tal-Emmy fil-kategorija tal-Programmar tal-Arti fl-2019, fejn jikkombina ballet klassiku, żfin kontemporanju u Arabic Sufi (twirling).

Il-preżentaturi tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest huma l-kantanta Edsilia Rombley, li rrapreżentat lil pajjiżha darbtejn fil-passat, fl-1998 u l-2007, l-attur u preżentatur Chantal Janzen, il-kantant u preżentatur Jan Smit, kif ukoll il-makeup artist popolari u YouTube NikkieTutorials.

Il-pajjiżi li se jkunu qed jipparteċipaw fis-serata tal-lejla huma: L-Iżlanda, is-Serbja, San Marino, id-Danimarka, il-Greċja, l-Albanija, il-Ġeorġja, l-Estonja, l-Iżvizzera, l-Awstrija, il-Finlandja, ir-Repubblika Ċeka, il-Moldova, il-Latvija, il-Bulgarija, il-Polonja u l-Portugall.

Enable Notifications    OK No thanks