Konverżazzjoni ta’ sagħtejn bejn l-aħwa u l-Prinċep Charles

Konverżazzjoni ta’ sagħtejn bejn l-aħwa u l-Prinċep Charles

Għall-ewwel darba minn Marzu tas-sena l-oħra, il-Prinċep Harry reġa’ ngħaqad mal-familja tiegħu biex jagħtu l-aħħar tislima lid-Duka ta’ Edinburgu, il-Prinċep Philip.

Minbarra li l-aħwa dehru fuq il-kamera jitkellmu ma’ xulxin, sors qrib tagħhom qal li wara l-funeral tal-Prinċep Philip, il-Prinċep Harry iltaqa’ mal-Prinċep Charles, il-Prinċep William u Kate, id-Dukessa ta’ Cambridge, u damu jitkellmu għal madwar sagħtejn.

Is-sors qal ukoll li dan huwa ferm ‘il bogħod mit-tmiem tal-kriżi Rjali iżda huwa l-ewwel pass għal possibilità ta’ tama.

Enable Notifications OK No thanks