500g sider tat-tiġieġ bla għadam u bla ġilda, u mqatta’ f’biċċiet bitesized
Tliet sinniet tewm, imqatta’ rqiq ħafna
Żewġ kuċċarini ġinġer midħun
Żewġ kuċċarini kosbor midħun
Bott ħalib tal-coconut
Żewġ karrotti maħkuka
Tliet imgħaref pejst tal-kari aħmar Tajlandiż, (jew trab tal-kari)
Kuċċarina melħ
Nofs kuċċarina bżar
Daqs tliet kikkri weraq tal-ispinaċi friski
Mgħarfa meraq tal-lumi
Żewġ imgħaref zokkor ismar
Żewġ imgħaref kosbor frisk, imqatta’ għat-tiżjin
Metodu:
F’taġen kbir, żid iż-żejt, il-basla, u sajjar fuq nar medju sakemm il-basla tibda tirtab, madwar 5 minuti, ħawwad spiss.
Żid it-tiġieġ u sajjar għal madwar 5 minuti, jew sakemm it-tiġieġ ikun sar sew; aqleb u ħawwad spiss biex tiżgura li jsir sew.
Żid it-tewm, il-ġinġer, il-kosbor, u sajjar għal madwar żewġ minuti, jew sakemm jibda jfuħ. Ħawwad spiss.
Żid il-ħalib tal-coconut, il-karrotti, il-pejst tal-kari Tajlandiż, il-melħ, il-bżar, u ħawwad biex tgħaqqad.
Naqqas in-nar għal baxx, u ħalli t-taħlita ttektek bil-mod għal madwar 5 minuti, jew sakemm il-volum tal-likwidu jkun naqas kemm mixtieq u jagħqad ftit.
Żid l-ispinaċi, il-meraq tal-lumi, u ħawwad biex tgħaqqad. Sajjar sakemm l-ispinaċi jkun idbiel u jkun sar artab, madwar żewġ minuti.
Żid iz-zokkor ismar u ħawwad sew.
Roxx il-kosbor frisk fil-wiċċ u servi immedjatament fuq ross jew ma’ ħobż naan.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Int it-tip ta’ persuna li immedjatament tarmi l-ikel li jkun għadda d-data ta’ skadenza tiegħu?
Jew, it-tip li taħseb….”U le, żgur li għadu tajjeb għalissa!”
Ilkoll nafu li hemm ċertu ikel li tista’ tiekol wara d-data tal-“best before” mingħajr ebda problema, iżda hemm xi wħud li aħjar qatt ma tpoġġi f’ħalqek wara l-iskadenza, għax inkella tkun qed tieħu r-riskju li timrad.
Pereżempju, hawn ħa nsemmulkom ħmistax-il tip ta’ ikel li qatt m’għandek tiekol jekk tkun għaddiet id-data ta’ skadenza tagħhom!
Kull laħam ikkapuljat huwa imprevedibbli, kemm fil-preservazzjoni kif ukoll fil-preparazzjoni tiegħu. Naturalment, ilkoll nafu li huwa kruċjali li ssajjar tajjeb biex tevita li timrad. Madankollu, ftit nies jafu li trid tissorvelja mill-qrib ħafna d-data ta’ skadenza tiegħu. Kapuljat skadut hu aktar probabbli li jkun ikkontaminat minn ”staphylococcus aureus” jew salmonella, u b’hekk tista’ tispiċċa b’avvelenament mill-ikel, jew agħar!
Il-ħut m’għandekx tiċċajta miegħu lanqas! Ladarba tkun laħqet id-data ta’ skadenza, ikollok bżonn tikolha jew tarmiha. Inkella, tkun qed timmultiplika ċ-ċansijiet tiegħek li tieħu ”listeriosis”, marda li tikkawża uġigħ addominali, dijarea, dardir, u rimettar. Dan huwa partikolarment perikoluż għan-nisa tqal, peress li jista’ jikkawża korriment.
Dawk l-insalati magħmulin lesti u ppakkjati li ssib fil-ħwienet, huma faċli u mill-isbaħ, sakemm tikkunsmahom qabel id-data ta’ skadenza tagħhom! Minħabba li setgħu tkabbru ħdejn ilma kontaminat, jistgħu jkunu mimlija batterji li jkollhom żmien biżżejjed biex jimmultiplikaw!
Bħal ħafna mill-frott tal-baħar, il-gambli huma fraġli. Anke meta tirrispetta d-data ta’ skadenza, jekk kienu maħżuna jew immaniġġjati ħażin, setgħu ġew ikkontaminati minn diversi batterji. Biex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, dejjem żomm mad-data ta’ skadenza.
Ir-raspberries jitħassru ħafna. Huwa rakkomandat li jittieklu ftit wara li jinxtraw. Inkella, se jiddeterjoraw u jittrasformaw fi speċi ta puree li xejn ma tiftaħlek l-aptit. U wkoll, dak huwa ambjent opportun għall-multiplikazzjoni ta’ ‘cyclospora cayetanensis’, batterja li tikkawża cyclosporiasis, marda li għandha diversi sintomi simili għal dawk ta’ avvelenament mill-ikel.
Il-frawli ma jżommx aktar minn tlett ijiem fil-friġġ. Minn hemm ‘il quddiem, isiru pjuttost rotob u mkemmxin. Huma wkoll suxxettibbli li jimtlew batterji. Jekk tesponihom għas-sħana, se jdumu saħansitra inqas ħin tajbin.
Ġobon artab. Il-biċċa l-kbira tal-ġobon iebes, tista’ taqta’ l-moffa u tiekol il-bqija. Madankollu, f’ġobon artab, bħal feta jew brie, mhix idea tajba li tagħmel dan. Dan it-tip ta’ ġobon huwa aktar suxxettibbli għal-listeria monocytogenes, il-batterja li tikkawża listeriosis.
Il-pasturizzazzjoni telimina l-biċċa l-kbira tal-batterji preżenti fil-ħalib. Madankollu, m’hemm xejn li jiggarantixxi li l-ħalib ma kienx ikkontaminat wara. Pereżempju, seta’ kien maħżun ħażin fil-maħżen tal-grocer, li seta’ ppermetta li ċerti batterji jimmultiplikaw. Li tixrob ħalib qares iżid ir-riskju tiegħek li tbati minn avvelenament mill-ikel. Is-sintomi huma ħafna: bugħawwieġ fl-istonku, dardir, deni, u dijarea.
Jekk qed tagħmel krema d-dar (homemade whipped cream), huwa importanti li tikolha malajr. Mhux biss għax tista’ timrad, imma għax titlef it-togħma tagħha. Sa l-għada tkun diġà saret pjuttost likwida.
It-tiġieġ irid ikun imsajjar sew u maħżun sew biex jiġu evitati problemi ta’ saħħa. It-tiġieġ li jittiekel wara d-data ta’ skadenza tiegħu jista’ jkun ikkontaminat minn E. coli, batterji li jikkawżaw ħafna mard bħal gastroenterite, meninġite, u infezzjonijiet fl-awrina. Barra minn hekk, ma tistax tafda d-dehra tiegħu meta tiġi biex tiddeċiedi jekk it-tiġieġ għadux tajjeb jew le. L-aħjar huwa li tmur skont id-data miktuba fuq l-imballaġġ.
Il-weraq tal-ispinaċi għandhom tendenza li jitħassru malajr, speċjalment jekk ikunu mxarrbin. Tant li huwa prattikament impossibbli li tikolhom lil hinn mid-data ta’ skadenza tagħhom. Biex ittawwal il-ħajja tagħhom, nixxifhom sew u laħlaħhom qabel l-użu biss.
Skont it-twemmin popolari, laħmijiet imsajra u mixtrijin lesti (bħal pulpetti pereżempju) jibqgħu tajbin għal xhur. Madankollu, huwa importanti li tmur skont id-data ta’ “l-aħjar qabel” tagħhom, sakemm ma tridx ikollok listeriosis! Bosta sintomi ta’ din il-marda huma simili għal dawk ta’ avvelenament mill-ikel. Barra minn hekk, f’xi nies bħat-tfal jew l-anzjani, jista’ jwassal ukoll għal meninġite.
L-arzell ma jistax jinħażen għal żmien twil. Arzella bil-qoxra ddum sa tlett ijiem fil-friġġ, filwaqt li mingħajr qoxra tibqa’ għal 24 siegħa biss. Wara dan, jibdew jinxtammu b’mod qawwi u jsiru ma jistgħux jittieklu. L-stess, għandek dejjem issegwi d-data ta’ skadenza fejn tidħol il-gajdri (oysters). L-ewwelnett, minħabba li gajdra mħassra tagħti riħa ħażina, u wkoll peress li jistgħu jiġu kkontaminati b’vibrio vulnificus, batterji li jwasslu għall-avvelenament tad-demm.
In-nebbieta tal-fażola (bean sprouts) huma essenzjali għall-kċina Ażjatika. Sfortunatament, imorru malajr ħafna, speċjalment meta jitħallew fl-ippakkjar issiġillat tagħhom. Huwa rakkomandat li taħżenhom f’borża tal-karti kannella fil-friġġ u tistenna l-iktar jumejn qabel tikolhom.
Ovvjament, qatt m’għandek tiekol bajda ħażina. Madankollu, jekk ma tkunx ċert, hemm trick sempliċi biex tiddetermina jekk bajda għadhiex friska jew le. Poġġiha fi skutella mimlija bl-ilma u ara x’jiġri. Jekk il-bajda tibqa’ f’wiċċ l-ilma, dan ifisser li għandek bżonn tarmiha. U jekk tegħreq, tkun tista’ tikkunsmaha bla ebda problemi.
125ml stokk tat-tiġieġ (jew stokk tal-ħut jew tal-ħaxix)
50g ġobon parmiġġan maħkuk fin
Żewġ imgħaref tursin imqatta’ fin
Bżar għat-togħma
Metodu:
Għalli borma kbira ilma. Żid l-għaġin u sajjar minuta inqas minn kemm hemm miktub fuq il-pakkett.
Eżatt qabel issaffi l-għaġin, tella’ tazza ilma tat-tisjir tal-għaġin u warrab.
Saffi l-għaġin.
Sadanittant, dewweb mgħarfa butir fuq nar medju f’taġen kbir li ma jwaħħalx.
Żid il-gambli u sajjar għal żewġ minuti fuq kull naħa. Neħħi l-gambli u warrabhom.
Fl-istess taġen, żid l-imgħarfa l-oħra tal-butir. Kif idub, żid it-tewm u ħawwad għal 20 sekonda sakemm jibda jfuħ.
Żid l-inbid u ħawwad. Tektek għal żewġ minuti sakemm l-inbid jonqos ftit.
Żid krema, l-istokk u l-parmiġġan. Ħawwad sakemm idub il-parmiġġan, imbagħad ħallih itektek għal żewġ minuti sakemm jagħqad ftit (se jagħqad aktar fil-pass li jmiss).
Żid il-gambli, ħawwad, imbagħad żid l-għaġin flimkien ma’ madwar kwart ta’ tazza ilma tal-għaġin li kont warrabt. Ħalli t-taġen fuq nar baxx u itfa’ l-għaġin u ħawwad. Se tinnota li z-zalza teħxien f’madwar 40 sekonda u tibda teħel mal-għaġin.
Neħħiha minn fuq in-nar qabel ma z-zalza tkun għaqdet wisq.
Roxx il-biċċa l-kbira tat-tursin u l-bżar iswed.
Erġa’ ħawwad sakemm il-konsistenza taz-zalza tkun għall-gosti tiegħek.
Jekk tara li għaqdet wisq, tista’ żżid ftit ieħor mill-ilma tal-għaġin li kont warrabt.
Servi immedjatament, imżejjen bit-tursin u l-parmiġġan li fadallek.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Nitkellmu mal-membri tal-grupp mużikali Malti SKALD
Se tkunu qed ittellgħu żewġ kunċerti fi Spazju Kreattiv nhar il-Ġimgħa t-28 u s-Sibt id-29 ta’ Jannar. Kif wasaltu għall-pjan li ttellgħu dawn il-kunċerti? U x’għandhom jistennew mis-serata dawk li se jattendu?
Ġejna mistiedna biex intellgħu dan il-kunċert minn Spazju Kreattiv. Kull membru kien ilu bix-xewqa li jdoqq fi Spazju Kreattiv għal żmien twil. Il-post huwa wieħed intimu u laqa’ diversi passjonijiet artistiċi u xogħlijiet teatrali differenti bħal reċti, kunċerti u pantomimi. Ma naħsibx li qatt kellna l-opportunità li ndoqqu f’sala ċirkolari fejn l-ispettaklu jingħata ċ-ċentru tal-attenzjoni b’mod mhux biss figurattiv iżda letterali. Iddedikajna ħafna ġimgħat ta’ prattika akkost tar-restrizzjonijiet u intoppi li esperjenzajna minnħabba l-pandemija. Għandkom tistennew tnedija ta’ xogħol ġdid minn Skald u wirja t’iżjed talenti lokali bħal m’huma ta’ Rea u Ċikku l-Poplu.
Xi jfissru dawn il-kunċerti għal Skald? U għalikom personali?
Nixtiequ li nżommu l-kuntatt mal-pubbliku f’dawn iż-żminijiet tant diffiċli għall-arti. Nerġgħu ntennu li kienet ilha x-xewqa li niġu milqugħa fil-palk ta’ dan it-teatru żgħir. Inħossu li l-atmosfera sferika mudlama se tkun ta’ benefiċċju għall-għan li nerġgħu nolqtu l-udjenza fil-qalb u l-laħam il-ħaj.
Tistgħu tiżvelaw xi ħaġa dwar il-kunċerti?
Se nkunu qiegħdin nużaw ‘props’ li jorbtu mas-sinifikat ta’ kull diska. Preparajna xogħol ġdid kif ukoll xogħol li diġà ssemma’ qabel. L-aħħar diski li nkitbu se jħejju d-direzzjoni għall-album li jmiss, dejjem jekk id-destin jippermetti.
Kif oriġina l-grupp mużikali SKALD? Kif ingħaqadtu u kif ġiet l-idea għall-isem?
Nixtiequ li nistgħu nirrakkuntawlek xi storja drammatika imma r-realtà hi li ma kellniex ħsieb li ningħaqdu għal tul ta’ żmien. Kien ġie avviċinat wieħed minna biex jgħaqqad grupp malajr ħalli ninterpretaw xi kitbiet ta’ Dun Karm Psaila u ġejna mitlubin nipprovdu isem ta’ band biex ikun jista’ jiġi inkluż fil-programm ta’ dakinhar.
Diġà ma konniex komdi bil-ħin li kellna għall-prattika allura ħriġna b’wieħed ta’ malajr, “Skald”. Ma kellu l-ebda sinifikat ħlief li konna qed indoqqu f’garaxx mimli injam u wieħed kellu joqgħod attent ma jdaħħalx skalda f’subgħajh.
Ftit wara sirna nafu li b’kumbinazzjoni, il-kelma ‘skald’ għandha sinifikat fl-Iskandinavja fejn kienet tiddeskrivi mużiċist jew għannej li kien jirrakkonta poeżiji fuq l-istejjer erojċi ta’ xi persuna.
Koinċidentalment, din kienet r-raġuni għaliex iltqajna, biex indoqqu poeżiji ta’ Dun Karm li fosthom kienu jfaħħru personaġġi bħal Mikiel Anton Vassalli. Meta eventwalment iddeċidejna nkomplu, żammejna l-isem.
Ġeneralment, minn fejn tkun ispirata l-mużika tagħkom?
Hija wisq varjata biex inpoġġuha f’qoffa waħda. Hemm diski li damu ġimgħat biex inkitbu. Hemm diski fejn il-maġġorparti tax-xogħol ikun tlesta waqt estru fis-sagħtejn ta’ filgħodu mill-kantant. Hemm diski li ġew maħsuba fis-sewqan lejn id-dar waqt li konna mwaħħlin fit-traffiku.
L-ispirazzjoni tiġi minn kullimkien. Esperjenzi personali, l-ambjent, l-istorja Maltija, il-letteratura, il-lingwa u anki xogħol artistiku. Il-kitba wkoll tista’ tiġi minn kull wieħed minna.
X’messaġġ tippruvaw twasslu permezz tal-mużika tagħkom?
Kull diska hija differenti imma fl-aħħar mill-aħħar, naħsbu li kollox jorbot mat-tama. Jekk nirrakkuntaw xi storja daqsxejn kiefra, hija dejjem bl-intenzjoni li ma jiġix ripetut l-iżball.
Liema tqisu li kienu l-isbaħ mumenti ta’ Skald s’issa?
Wieħed mill-akbar mumenti ta’ tferfir kien meta ġejna mwiegħda sapport biex naħdmu u eventwalment invaraw l-ewwel album tagħna. Ma nistgħux nenfasizzaw biżżejjed kemm hu diffiċli tipproduċi album u kemm hemm bżonn paċenzja, dedikazzjoni u investiment qawwi biex iseħħ kollox.
L-istess tferfir reġa’ tfaċċa meta ġietna l-opportunità li ndoqqu l-Portugal flimkien. Hija wisq sabiħa u t’unur li tkun tista’ tagħti wirja ta’ mużika Maltija ‘l barra minn xtutna.
Mument ieħor li jibqa’ ankrat fil-memorja hu l-kunċert li rrekordjajna ġewwa l-Manoel, Skaldatura. Kellna l-opportunità li npoġġu xogħlijiet tagħna maġenb dawk ta’ Trevor Zahra taħt l-istess bozza. Minħabba l-pandemija, ma setax ikollna udjenza preżenti, iżda jekk hemm post wieħed f’Malta fejn artist għandu jdoqq f’post baħħ bil-qalb kollha, dak il-post huwa l-Manoel. Il-maesta tat-teatru kienet l-unika spettatriċi tagħna, u kien privileġġ li ndoqqu għaliha.
Tħossu li l-mużika Maltija hija apprezzata biżżejjed?
Kunfidenti ngħidu li s-sitwazzjoni sejra għall-aħjar. Kien hemm żmien fejn il-Malti ma kienx ikollu lanqas ċans imiss mar-radju popolari. Illum il-ġurnata, l-affarijiet inbidlu. Hemm ħafna iżjed gruppi li jkantaw bil-Malti. Hemm ħafna iżjed kittieba li jiktbu bil-Malti. Hemm kunċerti ferm akbar bħal mhu dak ta’ Mużika Mużika. Hemm opportunitajiet biex tirbaħ investiment għal kontribuzzjoni kulturali bħal mhu album bil-Malti jew filmat mużikali ta’ diska Maltija. Hemm artisti li huma diġà stabbiliti li qiegħdin joħorġu u jipproduċu iżjed mużika bil-Malti. Mexjin ‘il quddiem.
Liema mill-kanzunetti li ħriġtu s’issa tħossu li ħalliet impatt l-aktar?
Probabbilment hija Kura peress li kienet il-kavallier fuq quddiem tal-album tagħna. Hija l-iżjed diska minn tagħna li nstemgħet fuq radju, YouTube u anki Spotify. Kura hija diska pjuttost sempliċi li tittratta fuq tradiment romantiku. Madanakollu, dan hu suġġett li jolqot ħafna nies. Anki min m’għaddiex minnha kapaċi jifhem il-kuntest u jpoġġi ruħu fl-istess sitwazzjoni.
Għandkom xi pjanijiet oħra għax-xhur li ġejjin?
Hemm lok li naqgħu ftit kwieti immedjatament wara l-kunċert ġewwa Spazju Kreattiv minnħabba li hemm xi membri għandhom bżonn jiffukaw fuq il-ħajja personali. Iżda malli joqrob is-sajf, ħa nkunu qed noħorġu mużika ġdida. Hija x-xewqa tagħna li terġa’ tiġi opportunità biex nipproduċu album ieħor. Din id-darba, il-kontenut jirrifletti iżjed ideat ġodda wara l-ewwel album Kura. Qed nesperimentaw bi strumenti u tekniki ġodda li se rrendu materjal li joħloq kuntrast ma’ dak li ħdimna fuqu s’issa.
X’messaġġ tixtiequ twasslu lil min qed jaqra din l-intervista?
Sabiex jinkiteb album, ikun hemm bżonn li numru ta’ mużiċisti jiltaqgħu regolarment għal żmien twil ħafna. Dan kollu mill-ħin personali tagħhom. Biex il-mużika toħroġ sabiħa, qed jintużaw strumenti li jiswew l-eluf. Biex jinkera studjo u jiġi rrekordjat, hemm bżonn ġranet sħaħ ta’ xogħol u iżjed eluf. Hemm bżonn flus biex jipproduċu d-diski, biex jiġu ppublikati onlajn u biex jiġu reklamati fuq midja soċjali. Hemm bżonn l-eluf biex jittella’ kunċert sabiex tikri post, tikri d-dawl, tikri l-makkinarju u tqabbad id-diversi inġiniera, ħaddiema u nies tekniċi biex jarmaw kollox.
Appoġġjaw l-artisti lokali bil-but. Hija inutli li wieħed igerger fuq in-nuqqas ta’ mużika Maltija jekk iqarras wiċċu meta jara li jrid joħroġ karta t’għaxar ewri biex jixtri CD jew jara kunċert. Kunu afu li fil-maġġor parti tad-drabi, il-mużika mhi trendi kważi xejn lill-artist, anzi, tipikament jiġri bil-kontra u jispiċċaw jinħarġu flus mill-but. Iċ-ċirkostanzi li ġabet magħha l-pandemija għamlet l-affarijiet ħafna iżjed diffiċli. L-affarijiet iggravaw u l-artisti lokali għandhom bżonn il-pubbliku iżjed minn qatt qabel.
Ħallat id-dqiq, il-garlic powder, is-sweet paprika u l-mustard powder flimkien fuq platt.
Immartella ftit il-biċċiet tal-majjal jew b’martell tal-kċina jew b’qiegħ ta’ tazza.
Għaddi kull biċċa majjal mit-taħlita tad-dqiq u ara li jinksew bit-taħlita miż-żewġ naħat.
Saħħan il-butir fuq nar medju f’taġen ftit fond u kif jisħon, aqli l-biċċiet tal-majjal għal madwar 3 minuti fuq kull naħa, sakemm tara li bdew jieħdu kulur dehebi.
Issa żid l-istokk sħun. Żid ukoll il-bżar, il-melħ, is-soy sauce, il-worcestershire sauce, is-sagħtar u r-riegnu. Baxxi n-nar, għatti it-taġen u ħallih itektek għal 15-il minuta sakemm il-laħam isir tari.
Ikxef it-taġen u poġġi slajs larinġa fuq kull biċċa laħam. B’imgħarfa tella’ ftit mill-gravy li għandek fit-taġen fuq kull biċċa laring. Erġa’ għatti t-taġen u ħallih itektek għal 5 minuti.
Servi immedjatament ma’ kontorn ta’ ħaxix jew patata.
Fir-ritratt ta’ din ir-riċetta se taraw toqlija sempliċi ta’ ħaxix imħallat u patata mimlija l-forn.
Ingredjenti għall-patata mimlija:
8 patatiet imdaqqsa bil-qoxra
Basla maħkuka
Żewġ sinniet tewm imqatta’ rqaq
8 slajsis bejken imqatta’
Nofs kuċċarina chilli flakes
4 mgħaref mozzarella maħkuk
4 cherry tomatoes maqsuma min-nofs
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Metodu:
Aħsel u għalli l-patata bil-qoxra f’misħun jagħli għal bejn 15 u 20 minuta sakemm tiġi nofs sajran.
Sadanittant, saħħan iż-żejt ġo taġen. Żid il-bejken, il-basla, it-tewm u ċ-chilli flakes. Ħawwad u aqli sakemm il-bejken ikun sar sew.
Tella’ l-patata mill-misħun u aqtagħlha biċċa mill-wiċċ.
Ħaffer ftit il-patata u neħħi ftit mill-ġewwieni tal-patata.
Imla l-vojt bit-toqlija tal-bejken.
Daħħal il-patata fil-forn fuq dixx miksi bil karta tal-forn u aħmiha għal bejn 30 u 40 minuta sakemm iddaħħal ponta ta’ sikkina u tara li saret sew.
Oħroġ id-dixx u iksi l-wiċċ tal-mili bil-mozzarella u poġġi nofs tadama fil-wiċċ.
Erġa’ daħħal id-dixx fil-forn għal 10 minuti.
L-ikla t-tajba!
Din ir-riċetta ġiet imwassla lilkom minni u minn Vince Busuttil.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.