Select Page
Id-definizzjoni ta’ familja hija mħabba

Id-definizzjoni ta’ familja hija mħabba

Żgur li l-koppja Noel u Chris Vella Galea u ż-żewġ uliedhom Daniel u Santiago issa huma familjari magħkom is-segwaċi.

B’mod regolari, din il-familja taqsam mumenti ħelwin mas-segwaċi tagħhom. Fl-okkażjoni tal-Pride Week, qasmu ftit ritratti li jirrapreżentaw dak li fil-fatt jgħixu kuljum.

Ħafna għandhom ideat u opinjonijiet dwar xi tfisser u kif suppost għandha tkun familja, iżda fil-verità, id-definizzjoni ta’ familja, irrelevanti l-forma tagħha, hija waħda, imħabba.

Il-familja Vella Galea hija eżempju ċar ta’ dan. L-imħabba tirrifletti mhux biss fuqhom u f’ħajjithom iżda wkoll tiġi trasmessa lil kull min isegwihom.

Ritratt: Rotography

L-inklużjoni hija importanti, iżda lkoll għandna naħdmu biex naslu f’punt fejn ma jkollniex bżonn naħdmu għall-inklużjoni.

Il-liġijiet huma meħtieġa, iżda l-ħidma tagħna għandha tkun ferm aktar ‘il bogħod u intensiva minn hekk.

Int x’qed tagħmel dwar dan?

Julia Farrugia: Tgħajjir lill-persuni b’diżabilità reat kriminali. Taqbel?

Julia Farrugia: Tgħajjir lill-persuni b’diżabilità reat kriminali. Taqbel?

Ilbieraħ, f’diskussjoni miftuħa organizzata mit-Taqsima tar-Responsabbiltà Soċjali fil-Futbol tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, fejn fiha ħadu sehem 20 stakeholder minn setturi differenti, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, Julia Farrugia Portelli ħabbret li tgħajjir lill-persuni b’diżabilità se jibda jitqies bħala reat kriminali.

Fid-diskors tagħha l-Ministru Farrugia Portelli enfasizzat fuq il-bżonn li nkunu kuraġġużi u ma nibżgħux nieħdu d-deċiżjonijiet sabiex soċjetà tara riżultati fl-inklużjoni. Għaldaqstant qalet li d-drittijiet ta’ persuna b’diżabilità jeħtieġ li jitħarsu għal meta xi ħadd jasal sal-punt li jirredikolaha, jheddidha jew saħansitra jqiegħdilha ħajjitha fil-periklu.

Fuq il-midja soċjali kien hemm reazzjonijiet differenti għal dan li ħabbret il-Ministru. Bosta esprimew l-opinjoni tagħhom, dik li assolutament jaqblu ma’ din id-deċiżjoni filwaqt li oħrajn ħassew li deċiżjoni bħal din ma tirrapreżentax l-inklużjoni iżda tkompli tpoġġi l-persuni msemmija f’kategorija differenti minn dik tal-kumplament tas-soċjetà.

Enable Notifications    OK No thanks